Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0011

    Kawża T-11/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Diċembru 2010 — Frucona Košice vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Rinunzja parzjali għal debitu fiskali fil-kuntest ta’ ftehim — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kriterju tal-kreditur privat f’ekonomija tas-suq )

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Frucona Košice vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-11/07) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Rinunzja parzjali għal debitu fiskali fil-kuntest ta’ ftehim - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-kreditur privat f’ekonomija tas-suq)

    2011/C 30/57

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: B. Hartnett, barrister, O. H. Geiss u A. Barger, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u K. Walkerová, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: St. Nicolaus-trade a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: N. Smaho, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/254/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat C-25/05 (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s. (ĠU L 112, p. 14).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Frucona Košice a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


    Top