This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FO0021(01)
Order of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 14 December 2007. # Luigi Marcuccio v Commission of the European Communities. # Public service - Officials - Action for damages - Inadmissibility. # Case F-21/07.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Diċembru 2007.
Luigi Marcuccio vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Inammissibbiltà.
Kawża F-21/07.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Diċembru 2007.
Luigi Marcuccio vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Inammissibbiltà.
Kawża F-21/07.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2007 I-A-1-00463; II-A-1-02621
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2007:235
DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(L-Ewwel Awla)
14 ta’ Diċembru 2007
Kawża F-21/07
Luigi Marcuccio
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Ipproċessar allegatament illegali ta’ data medika – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli biex tiġi ppreżentata talba għad-danni”
Suġġett: Rikors ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 Euratom, li bih L. Marcuccio qed jitlob, prinċipalment, kumpens għad-dannu allegatament subit minnu minħabba serje ta’ aġir illegali li xi impjegati tal-Kummissjoni kkommettew b’mod partikolari waqt l-ipproċessar tad-data medika tiegħu.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Sommarju
1. Proċedura – Ammissibbiltà tar-rikorsi – Evalwazzjoni fir-rigward tar-regoli fis-seħħ meta ġiet ippreżentata t-talba
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 76)
2. Uffiċjali – Rikors – Termini – Talba għal kumpens indirizzata lil istituzzjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90)
1. Jekk ir-regola msemmija fl-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li tgħid li t-Tribunal jista’, permezz ta’ digriet, jiċħad rikors li jidher manifestament li għandu jiġi miċħud, hija regola ta’ proċedura li hija applikabbli, bħala tali, mid-data tad-dħul tagħha fis-seħħ għall-kawżi kollha pendenti quddiem it-Tribunal, dan ma jgħoddx għar-regoli li abbażi tagħhom it-Tribunal jista’, b’applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, iqis li rikors huwa manifestament inammissibbli u li jistgħu jkunu biss dawk applikabbli fid-data tal-preżentata tar-rikors.
(ara l-punt 14)
2. Huma l-uffiċjali jew l-impjegati li għandhom, f’terminu raġonevoli, jirreferu lill-istituzzjoni kull talba intiża sabiex jinkiseb kumpens mill-Komunità minħabba dannu attribwibbli lilha, u dan mill-mument li fih huma jkunu saru bis-sitwazzjoni li dwarha jkunu qed jilmentaw. In-natura raġonevoli tat-terminu għandha tiġi evalwata skond ċirkustanzi partikolari għal kull każ u, b’mod partikolari, mill-interess fil-kwistjoni għall-parti kkonċernata, mill-kumplessità tal-każ u mill-aġir tal-partijiet involuti.
F’dan ir-rigward, għandu jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-punt ta’ paragun mogħti mit-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst għall-kawża għal responsabbiltà mhux kuntrattwali fl-Artikolu 46 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, it-terminu ta’ ħames snin ma jistax jikkostitwixxi limitu riġidu u intanġibbli li mingħajru kull talba tkun ammissibbli jkun liema jkun iż-żmien meħud mir-rikorrent sabiex jindirizza t-talba tiegħu u jindika ċ-ċirkustanzi tal-każ quddiem l-amministrazzjoni.
(ara l-punti 19 sa 22)
Referenza:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 5 ta’ Ottubru 2004, Eagle et vs Il-Kummissjoni, T‑144/02, Ġabra p. II‑3381, punti 65 u 66; 1 ta’ Frar 2007, Tsarnavas vs Il‑Kummissjoni, F‑125/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑2‑0000, punti 76 u 77