Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0107

    Kawża F-107/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 22 ta' Mejju 2008 — Daskalakis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Benefiċċju temporanju — Inammissibbiltà)

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/31


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 — Daskalakis vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-107/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Benefiċċju temporanju - Inammissibbiltà)

    (2008/C 183/62)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Constantin Daskalakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. A. Pappas, avocat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni li tillimita għal sena l-perijodu li matulu r-rikorrent, uffiċjal li ġie mitlub jokkupa temporanjament kariga ta' Kap ta' Diviżjoni, jista' jibbenefika mill-benefiċċju tad-differenza previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Dispożittiv:

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 315, 22.12.2007, p. 46.


    Top