Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0021

    Kawża F-21/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l- 14 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għal kumpens — Ipproċessar allegatament illegali ta' data medika — Inammissibbiltà — Nuqqas ta' rispett ta' terminu raġonevoli biex tiġi ppreżentata talba għall-ħlas ta' kumpens)

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/62


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-21/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għal kumpens - Ipproċessar allegatament illegali ta' data medika - Inammissibbiltà - Nuqqas ta' rispett ta' terminu raġonevoli biex tiġi ppreżentata talba għall-ħlas ta' kumpens)

    (2008/C 51/115)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett tal-Kawża

    Talba ta' kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba aġir illegali li xi aġenti tal-Kummissjoni kkommettew b'mod partikolari waqt l-ipproċessar tad-data medika tar-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 223, 22.9.2007, p. 20.


    Top