Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0020

    Kawża F-20/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni tal-mard — Responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi — Ċaħda espliċita ta' talba)

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/61


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-20/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni tal-mard - Responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi - Ċaħda espliċita ta' talba)

    (2008/C 51/114)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistit minn Mme A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett tal-Kawża

    Minn naħa, l-annullament ta' diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu lir-rikorrent ir-rimbors ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi tiegħu u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.

    Dispożittiv

    1)

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea tirrinunzja għall-kompetenza tagħha fil-kawża F-20/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tagħti deċiżjoni f'dan ir-rigward.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 223, 22.9.2007, p. 19.


    Top