EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0131

Kawża F-131/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 2 ta' Diċembru 2008 — Baniel-Kubinova vs Il-Parlament Ewropew (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanji u membri tal-persunal awżiljarji maħtura uffiċjali fuq perijodu ta' prova — Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Dritt għall-allowance ta' kuljum wara għoti ta' parti mill-allowance ta' installazzjoni)

ĠU C 19, 24.1.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta' Diċembru 2008 — Baniel-Kubinova vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-131/07) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji u membri tal-persunal awżiljarji maħtura uffiċjali fuq perijodu ta' prova - Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt għall-allowance ta' kuljum wara għoti ta' parti mill-allowance ta' installazzjoni)

(2009/C 19/72)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Barbora Baniel-Kubinova (Alzingen, il-Lussemburgu) u tlettax–il uffiċjal ieħor tal-Parlament Ewropew, (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Ignătescu u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-diversi deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament li jirrifjutaw li jagħtu lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum stipulata fl-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008, p. 32.


Top