Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0051

    Kawża F-51/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 11 ta' Settembru 2008 — Bui Van vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Klassfikazzjoni fil-grad u skala — Klassifikazzjoni irregolari — Irtitrar ta' att ivvizzjat minn illegalità — Aspettattivi leġittimi — Terminu raġjonevoli — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal amministrazzjoni tajba)

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/57


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Settembru 2008 — Bui Van vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-51/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Klassfikazzjoni fil-grad u skala - Klassifikazzjoni irregolari - Irtitrar ta' att ivvizzjat minn illegalità - Aspettattivi leġittimi - Terminu raġjonevoli - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal amministrazzjoni tajba)

    (2008/C 313/103)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Philippe Bui Van (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u R. Albelice, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Komuni ta' Riċerka tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2006 sa fejn irriklassifikat lir-rikorrent fil-grad AST 3, filwaqt li inizjalment kien ikklassifikat fil-grad AST 4, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tħallas lil P. Bui Van is-somma ta' EUR 1 500 bħala danni.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

    3)

    P. Bui Van għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.

    4)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż ta' P. Bui Van.


    (1)  ĠU C 170, 21.7.2007, p. 43.


    Top