Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CO0456

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-21 ta' Mejju 2008.
    Karol Mihal vs Daňový úrad Košice V.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Najvyšší súd Slovenskej republiky - lis-Slovakja.
    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva tal-VAT - Persuni taxxabbli - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(5) - Korpi rregolati bid-dritt pubbliku - Marixxalli tal-qorti - Persuni fiżiċi u ġuridiċi.
    Kawża C-456/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:293





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2008 – Mihal vs Daňový úrad Košice V

    (Kawża C‑456/07)

    “L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Sitt Direttiva tal-VAT – Persuni taxxabbli – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(5) – Korpi rregolati bid-dritt pubbliku – Marixxalli tal-qorti – Persuni fiżiċi u ġuridiċi”

    Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill‑bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli (Direttiva tal-Kunsill 77/388, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(5)) (ara l-punt 23)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Najvyšší súd Slovenskej republiky – Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 77/388 KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) – Korp irregolat bid-dritt pubbliku li jwettaq attivitajiet jew operazzjonijiet bħala awtorità pubblika li mhuwiex suġġett għat-taxxa – Inklużjoni ta’ marixxalli tal-qorti fl‑eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom – Effett dirett.

    Dispożittiv

    Attività eżerċitata minn individwi, bħal dik ta’ marixxall tal-qorti, mhijiex eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud minħabba s-sempliċi fatt li din tikkonsisti fit-twettiq ta’ atti li jaqgħu taħt il-prerogattivi tal-awtorità pubblika. Anki jekk jitqies li, fl‑eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, huwa jwettaq tali atti, il-marixxall tal-qorti, skond leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jeżerċitax l‑attività tiegħu fil-forma ta’ korp irregolat bid-dritt pubbliku, peress li ma jagħmilx parti mill-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, iżda fil-forma ta’ attività ekonomika independenti, imwettqa fil-kuntest ta’ professjoni libera u, għalhekk, ma jistax igawdi mill-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l‑armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima.

    Top