Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CO0296

    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Novembru 2007.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Scott SA.
    Appell - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Digriet li jiddikjara li mhemmx lok li tingħata deċiżjoni - Appell manifestament infondat.
    Kawża C-296/07 P(R).

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:707





    Digriet tal-president tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2007 – Il‑Kummissjoni vs Scott

    (Kawża C-296/07 P (R))

    “Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Digriet li jiddikjara li mhemmx lok li tingħata deċiżjoni – Appell manifestament infondat”

    Appell – Appell minn digriet li jiddikjara li mhemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar proċeduri għal miżuri provviżorji – Rikors prinċipali deċiż minn qabel – Astensjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Appell manifestament infondat (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 104(1)) (ara l-punti 21-23)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-President) tat-30 ta’ Marzu 2007, Scott vs Il-Kummissjoni (T-366/00 R), li jiddikjara li ma kienx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ddikjarat għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top