EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0542

Kawża C-542/07 P: Appell imressaq fit- 30 ta' Novembru 2007 minn Imagination Technologies Ltd mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) ta' l- 20 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-461/04, Imagination Technologies Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

ĠU C 37, 9.2.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 37/18


Appell imressaq fit-30 ta' Novembru 2007 minn Imagination Technologies Ltd mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-461/04, Imagination Technologies Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-542/07 P)

(2008/C 37/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imagination Technologies Ltd (rappreżentant: M. Edenborough, Barrister)

Parti oħra fil-kawża: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż ta' l-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u dawk ta' l-appell quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2396075, li tirrigwarda t-trade mark verbali PURE DIGITAL, ma tmurx kontra la l-Artikolu 7(1)(b) u lanqas l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, peress li minn meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, hija kisbet karattru distintiv. Hija ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball fl-analiżi tagħha tal-leġiżlazzjoni rilevanti; b'mod partikolari, hija żbaljat meta naqset milli tqis li l-użu wara d-data tal-preżentata kien rilevanti għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv miksub.

Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta ċaħdet l-appell imressaq quddiemha. Ir-rikorrenti ssostni għalhekk li l-appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza għandu jiġi milqugħ u li s-sentenza kkontestata tiġi annullata. Ir-rikorrenti titlob ukoll li titħallas lura l-ispejjeż li hija sostniet fil-kuntest ta' din il-proċedura ta' appell u għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.


Top