This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0573
Judgment of the Court (Third Chamber) of 10 September 2009.#Sea Srl v Comune di Ponte Nossa.#Reference for a preliminary ruling: Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia - Italy.#Public procurement - Award procedures - Contract relating to a service for the collection, transport and disposal of urban waste - Awarded without any call for tenders - Awarded to a company limited by shares whose capital is wholly owned by public bodies but under whose statutes a private capital holding is possible.#Case C-573/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-10 ta' Settembru 2009.
Sea Srl vs Comune di Ponte Nossa.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia - l-Italja.
Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti - Kuntratt għas-servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban - Għoti mingħajr sejħa għal offerti - Għoti lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jappartjeni kollu kemm huwa lil awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat.
Kawża C-573/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-10 ta' Settembru 2009.
Sea Srl vs Comune di Ponte Nossa.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia - l-Italja.
Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti - Kuntratt għas-servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban - Għoti mingħajr sejħa għal offerti - Għoti lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jappartjeni kollu kemm huwa lil awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat.
Kawża C-573/07.
Ġabra tal-Ġurisprudenza 2009 I-08127
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:532
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
10 ta’ Settembru 2009 ( *1 )
“Kuntratti pubbliċi — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti — Kuntratt għas-servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban — Għoti mingħajr sejħa għal offerti — Għoti lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital azzjonarju tagħha huwa kollu kemm hu tal-awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat”
Fil-Kawża C-573/07,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-28 ta’ Diċembru 2007, fil-proċedura
Sea Srl
vs
Comune di Ponte Nossa,
fil-preżenza ta’:
Servizi Tecnologici Comuni — Se.T.Co. SpA,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn A. Rosas, President tal-Awla, A. Ó Caoimh, J. N. Cunha Rodrigues (Relatur), J. Klučka u A. Arabadjiev, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Mazák,
Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-1 ta’ April 2009,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Sea Srl, minn L. Nola, avukat, |
— |
għall-Comune di Ponte Nossa, minn A. Di Lascio u S. Monzani, avukati, |
— |
għal Servizi Tecnologici Comuni — Se.T.Co. SpA, minn M. Mazzarelli u S. Sonzogni, avukati, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn R. Adam, sussegwentement minn I. Bruni, bħala aġenti assistiti minn G. Fiengo, avvocato dello Stato, |
— |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u C. ten Dam, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn M. Fruhmann, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Pollakk, minn A. Ratajczak, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn M. Konstantinidis u C. Zadra, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 12 KE, 43 KE, 45 KE, 46 KE, 49 KE u 86 KE. |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Sea Srl (iktar ’il quddiem “Sea”) u l-Comune di Ponte Nossa (il-muniċipalità ta’ Ponte Nossa) fir-rigward tal-għoti minn din tal-aħħar ta’ kuntratt għas-servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban lil Servizi Tecnologici Comuni — Se.T.Co. SpA (iktar ’il quddiem “Setco”). |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), jipprovdi: “[…]
[…] 4. “Konċessjoni tas-servizz” huwa kuntratt ta’ l-istess tip bħal kuntratt għas-servizz pubbliku minbarra l-fatt illi l-konsiderazzjoni għa[d]-dispo[ż]izzjoni tas-servizzi jikkonsisti jew waħdu fid-dritt li jesplojta s-servizz jew f’dan id-dritt kif ukoll bi ħlas.” |
4 |
Skont l-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva: “Kuntratti li għandhom bħala l-oġġettiv tagħhom servizzi elenkati fl-Anness II A għandhom jiġu mogħtija skond l-Artikoli 23 sa 55.” |
5 |
L-Artikolu 28 ta’ din id-direttiva jipprovdi li, ħlief fil-każ ta’ ċerti eċċezzjonijiet, il-kuntratti jingħataw skont il-proċedura miftuħa jew il-proċedura ristretta. |
6 |
Skont l-Artikolu 80 tad-Direttiva 2004/18, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw rwieħhom magħha sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2006. |
7 |
L-Anness II A ta’ din id-direttiva tinkludi kategorija 16 għad-“Dipartimenti tat-toroq u tat-tneħħija tal-iskart: servizzi ta’ iġjene u servizzi analogi”. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-kuntest statutarju
8 |
L-Artikolu 2341a tal-Kodiċi Ċivili Taljan jipprovdi: “Il-kuntratti, tkun liema tkun il-forma tagħhom, li, bil-għan li s-sitwazzjoni patrimonjali jew it-tmexxija tal-kumpannija jsiru iktar stabbli:
Jekk it-terminu tal-kuntratt ma jiġix speċifikat, kull wieħed mill-kontraenti għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt permezz ta’ avviż bil-quddiem ta’ 180 jum. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx għall-atti li jikkonsistu fi ftehim ta’ kooperazzjoni fil-produzzjoni jew fil-kummerċ ta’ merkanzija jew ta’ servizzi li jikkonċernaw kumpannija li huma 100% tal-parteċipanti fil-ftehim.” |
9 |
L-Artikolu 2355a tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi: “Meta l-ishma jkunu rreġistrati jew ikun għadhom ma nħarġux, l-istatuti jistgħu jissuġġettaw it-trasferiment tagħhom għal kundizzjonijiet partikolari u jistgħu jipprojbixxu dan it-trasferiment, għal terminu li ma jaqbiżx il-ħames snin mid-data tal-kostituzzjoni tal-kumpannija jew ta’ l-introduzzjoni ta’ din il-projbizzjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-istatuti li jissuġġettaw purament u sempliċement it-trasferiment tal-ishma għall-kunsens tal-korpi soċjali jew ta’ kumpanniji oħra mhumiex validi jekk ma jipprovdux għal obbligu ta’ xiri fil-konfront tal-kumpannija jew tas-soċji l-oħra, jew ma jirrikonoxxux dritt li min qed jitrasferixxi jirtira ruħu mit-tranżazzjoni; id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2357 jibqgħu japplikaw. Il-prezz tal-bejgħ jew tad-dividendi dovuti għall-istralċ għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi u sa fejn previst fl-Artikolu 2437b. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti japplikaw fil-każijiet kollha fejn il-klawżoli jissuġġettaw it-trasferiment tal-ishma fil-każ ta’ mewt għal ċerti kundizzjonijiet partikolari, ħlief meta jingħata l-kunsens previst. Il-limiti għat-trasferiment tal-ishma għandhom jirriżultaw mit-titolu nnifsu.” |
10 |
Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 267 li jirrigwarda test wieħed tal-liġijiet fuq l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet lokali (testo unico delle leggi sull’ordinamento degli enti locali), tat-18 ta’ Awwissu 2000 (suppliment ordinarju mal-GURI Nru 227, tat-28 ta’ Settembru 2000), hekk kif emendat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 269 dwar dispożizzjonijiet urġenti sabiex jiffavorixxu l-iżvilupp u għall-korrezzjoni tas-sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi (disposizioni urgenti per favorire lo sviluppo e per la correzione dell’andamento dei conti pubblici), tat-30 ta’ Settembru 2003 (suppliment ordinarju mal-GURI Nru 229, tat-2 ta’ Ottubru 2003), li sar liġi, wara emenda, bil-Liġi Nru 326, tal-24 ta’ Novembru 2003 (suppliment ordinarju mal-GURI Nru 274, tal-25 ta’ Novembru 2003, iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 267/2000”), jipprovdi l-Artikolu 113(5) tiegħu: “Il-provvista ta’ servizzi għandha ssir skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan is-settur u fid-dawl tal-osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, billi d-dritt li jiġi pprovdut is-servizz jingħata lil:
|
11 |
L-Artikolu 1(3) tal-istatuti ta’ Setco jipprovdi dan li ġej: “Fid-dawl tan-natura tal-kumpannija, jistgħu ikunu soċji l-awtoritajiet lokali hekk kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 267/2000 kif ukoll amministrazzjonijiet u impriżi oħra pubbliċi li għandhom personalità ġuridika kif ukoll li l-attività u l-esperjenza tagħhom tista’ toffri opportunitajiet favorevoli sabiex jintlaħqu għal kollox l-għanijiet tal-kumpannija.” |
12 |
Skont l-Artikolu 1(4) ta’ dawn l-istatuti: “Mhijiex ammessa l-parteċipazzjoni ta’ persuni privati jew korpi oħra u, f’kull każ, ta’ persuni li l-parteċipazzjoni tagħhom, anki jekk kwalitattivament jew kwantitattivament minoritarja, tista’ tagħti lok għal bidla fil-mekkaniżmi ta’ ‘kontroll analogu’ (hekk kif iddefiniti mid-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u mil-liġijiet Komunitarji u nazzjonali) jew tmexxija inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.” |
13 |
L-Artikolu 3 tal-istatuti ta’ Setco jistipula: “1. Il-kumpannija għandha bħala għan l-amministrazzjoni tas-servizzi pubbliċi lokali intermuniċipali li jikkonċernaw esklużivament l-awtoritajiet pubbliċi lokali li jallokaw dawn is-servizzi skont l-Artikoli 113 et seq tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 267/2000 […], anki permezz ta’ kuntratt bejn l-awtoritajiet lokali. […] 3. Is-servizzi u x-xogħolijiet imsemmija iktar ’il fuq:
[…]” |
14 |
L-Artikolu 6(4) ta’ dawn l-istatuti jipprovdi: “Sabiex eventwalment tiffavorixxi li l-ishma jkunu kemm jista’ jkun estiżi fuq livell lokali (ċittadini u/jew operaturi ekonomiċi) jew [il-proprjetà tal-ishma] tal-impjegati, il-kumpannija tista’ toħroġ ukoll ishma pprivileġġati […]” |
15 |
L-Artikolu 8a ta’ dawn l-istatuti jgħid: “1. L-għoti dirett ta’ servizzi pubbliċi lokali lill-kumpannija jista’ jiġi deċiż, fl-osservanza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja fis-seħħ, minn soċji li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali (‘soċji kontraenti’) għas-setturi kollha jew għal ċerti setturi elenkati fl-Artikolu 3 u li jikkorrispondu għat-taqsimiet li ġejjin: taqsima Nru 1: skart; taqsima Nru 2: ilma; taqsima Nru 3: gass; taqsima Nru 4: turiżmu; taqsima Nru 5: enerġija; taqsima Nru 6: servizzi ta’ utilità pubblika. 2. Il-kumpannija għandha tmexxi s-servizzi esklużivament favur is-soċji kontraenti u, f’kull każ, fil-limiti tat-territorji li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ dawn l-amministrazzjonijiet. 3. Is-soċji jeżerċitaw flimkien u/jew separatament l-iktar setgħat wesgħin ta’ tmexxija, ta’ koordinazzjoni u ta’ superviżjoni tal-organi u tal-korpi tal-kumpannija, u, b’mod partikolari: jistgħu isejħu lill-organi tal-kumpannija sabiex jingħataw spjegazzjonijiet dwar il-metodi ta’ żvolġiment tas-servizzi pubbliċi lokali; huma għandhom jitolbu perjodikament, u f’kull każ minn tal-inqas darbtejn fis-sena, rapporti fuq l-amministrazzjoni tas-servizzi u fuq is-sitwazzjoni ekonomika finanzjarja; huma għandhom jeżerċitaw tipi ta’ kontroll tal-amministrazzjoni skont il-metodi stabbiliti mir-regolamenti interni tal-amministrazzjonijiet kontraenti; huma għandhom jesprimu l-kunsens bil-quddiem tagħhom, li jagħti lok għal kundizzjoni ta’ legalità, għal kull emenda fl-istatut li tikkonċerna l-amministrazzjoni tas-servizzi pubbliċi lokali. 4. It-taqsimiet għandhom jiddeterminaw l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll analogu, konġunt jew separat, skont il-metodi previsti f’dan l-att u fil-kuntratti ta’ servizz ikkonċernati. 5. Is-soċji kontraenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fir-rigward tat-taqsimiet li fil-konfront tagħhom huma ddeċidew li tingħata l-allokazzjoni diretta tas-servizzi. Għall-finijiet tat-tmexxija effiċjenti tad-dipartimenti inkwistjoni, l-organi u l-impjegati tal-kumpannija għandhom jagħtu rendikont tal-attività mwettqa b’mod partikolari quddiem il-korpi ddefiniti f’dan l-att. 6. Il-kontroll mis-soċji kontraenti, minbarra permezz tal-prerogattivi fil-kapaċità tagħhom bħala azzjonisti tal-kumpannija hekk kif iddefiniti mil-liġi tal-kumpanniji, isir permezz ta’: kumitat konġunt ta’ gwida u ta’ kontroll politiku amministrattiv (iktar ’il quddiem ‘kumitat konġunt’); kumitat tekniku ta’ kontroll (iktar ’il quddiem ‘kumitat tekniku’) għal kull taqsima. 7. Is-soċji mhux kontraenti jistgħu jipparteċipaw, mingħajr dritt ta’ vot, fil-laqgħat tal-kumitat konġunt […] u tal-kumitat tekniku […] għal kull taqsima. Il-maġġoranza assoluta tal-membri tal-kumitati ċċitati iktar ’il fuq jistgħu jiddeċiedu li tiġi eskluża l-parteċipazzjoni tas-soċji mhux kontraenti għal ċerti laqgħat jew għal ċerti partijiet ta’ laqgħa billi jaqgħtu ġustifikazzjoni motivata mniżżla fil-minuti ta’ kull laqgħa.” |
16 |
L-Artikolu 8b tal-istatuti ta’ Setco jipprovdi dan li ġej: “1. Il-kumitat konġunt […] huwa kompost: minn rappreżentant għal kull soċju kontraenti, magħżul bejn ir-rappreżentant legali tal-awtorità, il-membru tal-eżekuttiv logal delegat jew kunsillier delegat pro tempore fil-kariga; assistent fl-amministrazzjoni, b’funzjonijiet ta’ sostenn u ta’ verbalizzazzjoni, u mingħajr dritt ta’ vot, innominat konġuntament mis-soċji kontraenti matul l-ewwel laqgħa u magħżul minn fost is-segretarji, id-diretturi ġenerali jew l-amministraturi (jew minn fost il-persuni responsabbli mid-dipartimenti fir-rigward ta’ dawk l-awtoritajiet li ma għandhomx persunal li għandu l-kwalità ta’ amministratur) impjegat mill-inqas għand waħda mill-awtoritajiet kontraenti. 2. Il-kumitat konġunt għandu jeżerċita funzjonijiet konsultattivi, funzjonijiet ta’ gwida u funzjonijiet ta’ deċiżjoni għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-kontroll analogu, u, b’mod partikolari: a) jeżerċita, fir-rigward tal-organi u tal-korpi tal-kumpannija, il-kompetenzi u l-prerogattivi rikonoxxuti lill-kunsill, lill-organu eżekuttiv u lis-sindku/president fir-rigward tal-kontroll tal-uffiċċji u tad-dipartimenti tagħhom stess. Il-kontroll jikkonċerna l-aspetti kollha ta’ organizzazzjoni u ta’ ħidma tas-servizzi li huma suġġetti għall-għoti ta’ kuntratt; b) jagħti gwida lill-kumitati tat-taqsima għall-finijiet tat-tmexxija koordinata u konġunta tas-servizzi kif ukoll fl-oqsma u għall-aspetti li jimplikaw numru ta’ taqsimiet; c) jirrakkomanda l-ħatra tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali fi ħdan il-bord tad-diretturi tal-kumpannija; d) jirrakkomanda l-ħatra tal-president tal-bord tad-diretturi u tal-kunsill tal-awdituri u jista’ jirrevoka dawn il-ħatriet fil-każijiet imsemmija f’dawn l-istatuti; e) jagħti gwida għall-ħatra tal-amministraturi delegati u tad-direttur ġenerali tal-kumpannija; f) jadotta l-proposta tal-pjan tal-programm, tal-baġit ekonomiku ta’ iktar minn darba fis-sena, tal-baġit ekonomiku ta’ kull sena u tar-rendikont annwali ta’ attività; g) jorganizza laqgħat mal-organi tat-tmexxija tal-kumpannija, billi jisma’ mill-inqas darba fis-sena lill-president u/jew lid-direttur ġenerali; h) perjodikament, minn tal-inqas darba kull sitt xhur, jirċievi mill-organi tat-tmexxija tal-kumpannija, rapporti fuq l-iżvolġiment tas-servizzi pubbliċi lokali; i) jista’ jiddelega wħud mill-funzjonijiet tiegħu lil kumitat jew kumitati tekniċi, b’mod partikolari skont l-ispeċifiċità fil-kompetenzi ta’ dawn tal-aħħar; l) jagħti avviż bil-quddiem dwar l-atti tal-amministratturi suġġetti għall-approvazzjoni tal-assemblea fil-każijiet previsti f’dawn l-istatuti. 3. Il-kumitat konġunt għandu jiltaqa’ normalment darba fis-sens u, b’mod straordinarju, fuq talba: a) ta’ wieħed mis-soċji kontraenti; b) tar-rappreżentant legali tal-kumpannija.” |
17 |
Skont l-Artikolu 8c ta’ dawn l-istatuti: “1. Il-kumitat tekniku […] huwa stabbilit għal kull waħda mit-taqsimiet li ġejjin: taqsima Nru 1: skart; taqsima Nru 2: ilma; taqsima Nru 3: gass; taqsima Nru 4: turiżmu; taqsima Nru 5: enerġija; taqsima Nru 6: servizzi ta’ utilità pubblika 2. Il-kumitat tekniku […] huwa kompost: minn rappreżentant għal kull soċju kontraenti magħżul minn fost is-segretarji, id-diretturi ġenerali jew l-amministraturi (jew minn fost il-persuni responsabbli mid-dipartimenti fir-rigward ta’ dawk l-awtoritajiet li ma għandhomx persunal li għandu l-kwalità ta’ amministratur) impjegat mill-inqas għand waħda mill-awtoritajiet kontraenti […] 3. L-istess persuna tista’ tagħmel parti mill-kumitat tekniku ta’ iktar minn taqsima waħda. 4. Il-kumitat tekniku, b’mod partikolari: a) jeżerċita, fir-rigward tal-organi u tal-korpi tal-kumpannija, il-kompetenzi u l-prerogattivi rikonoxxuti lill-organi tekniċi tal-amministrazzjoni fuq id-dipartimenti tagħhom stess. Il-kontroll jikkonċerna l-aspetti kollha ta’ organizzazzjoni u ta’ ħidma tas-servizzi li huma suġġetti għall-għoti ta’ kuntratt fil-limiti tal-kompetenza tat-taqsima fid-dawl tal-osservanza tad-direttivi tal-kumitat konġunt; b) isostni lill-kumitat konġunt fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u l-ħidma tas-servizzi li jaqgħu taħt il-kompetenzi tat-taqsima; c) jeżerċita l-funzjonijiet delegati mill-kumitat konġunt; d) jikkoordina s-sistemi ta’ kontroll ta’ amministrazzjoni tal-kumpannija; e) jipproponi lill-kumitat konġunt jew lill-organi tal-kumpannija l-adozzjoni tal-atti neċessarji għall-koordinazzjoni tal-azzjoni tal-kumpannija bl-għanijiet tal-amministrazzjonijiet kontraenti hekk kif jirriżultaw mill-pjan eżekuttiv ta’ amministrazzjoni u mill-pjan tal-għanijiet; f) jipprovdi sostenn tekniku amministrattiv lill-attività tal-kumpannija skont il-metodi stabbiliti mir-regolamenti tal-amministrazzjonijiet kontraenti u/jew mill-ftehim li jirregola r-relazzjonijiet bejn dawn tal-aħħar; g) jindika difetti fl-amministrazzjoni tas-servizzi u jipproponi l-korrezzjonijiet li għandhom isiru fuq il-leġiżlazzjoni muniċipali u fuq l-atti li jirregolaw is-servizzi pubbliċi lokali.” |
18 |
L-Artikolu 14 tal-istess statuti jistipula: “1. Bla ħsara għall-prerogattivi tal-korpi ta’ kontroll analogu, konġunt u separat, imsemmija fl-Artikoli 8a, 8b u 8c imsemmija iktar ’il fuq, l-assemblea ordinarja għandha tiddeċiedi fuq is-suġġetti kollha previsti mil-liġi u minn dawn l-istatuti, fid-dawl tad-direttivi, tal-gwida u ta’ istruzzjonijiet eventwali mogħtija minn dawn l-organi fir-rigward tal-organizzazzjoni jew tal-amministrazzjoni tas-servizzi pubbliċi li jaqgħu direttament taħt il-kompetenzi tal-kumpannija. […] 3. Huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-assemblea ordinarja, fuq opinjoni favorevoli konformi tal-kumitat konġunt imsemmi fl-Artikolu 8b iktar ’il fuq fir-rigward tal-partijiet li jaqgħu taħt l-organizzazzjoni u l-ħidma tas-servizzi pubbliċi lokali, l-atti amministrattivi li ġejjin:
[…] 5. L-assemblea u l-kumitat konġunt jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom għat-twettieq tal-atti msemmija fil-punti preċedenti, anki taħt il-kundizzjoni ta’ ċerti istruzzjonijiet, obbligi jew atti li għandhom jiġu implementati mill-amministraturi. F’dan il-każ, l-amministratturi għandhom itellgħu rapport fuq l-osservanza tal-istruzzjonijiet f’terminu mogħti fl-att ta’ awtorizzazzjoni jew ukoll, fin-nuqqas ta’ dan it-terminu mogħti, fit-30 jum minn meta ġie implementat l-att inkwistjoni. 6. L-awtoritajiet lokali azzjonisti jirrappreżentaw minn tal-inqas ħamsa fil-mija tal-kapital tal-kumpannija, u kull azzjonist kontraenti, permezz tal-kumitat konġunt, jista’ jeżiġi, jekk iqis li l-kumpannija ma implementatx jew ma tidhirx li se timplementa l-att skont l-awtorizzazzjoni mogħtija, sabiex tissejjaħ l-assemblea, skont l-Artikolu 2367(1) tal-Kodiċi Ċivili, sabiex hija tadotta l-miżuri li tqis opportuni fl-interess tal-kumpannija. 7. L-eżekuzzjoni tal-atti suġġett għal awtorizzazzjoni bil-quddiem mingħajr ma jkun intalab u nkiseb il-kunsens tal-assemblea jew opinjoni konformi tal-kumitat konġunt fil-każijiet previsit mill-istatuti, jew ukoll in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-att skont l-awtorizzazzjoni mogħtija tista’ tikkostitwixxi raġuni valida għar-revoka tal-amministraturi. 8. Il-Bord tad-Diretturi li ma għandhiex l-intenzjoni li teżegwixxi l-att awtorizzat mill-assemblea, għandu jadotta, f’terminu ta’ ħmistax-il jum mid-deċiżjoni tal-assemblea, deċiżjoni mmotivata ad hoc, li għandha tiġi immedjatament ikkomunikata lill-awtoritajiet lokali azzjonisti u, fir-rigward tal-materji li jikkonċernaw l-amministrazzjoni tas-servizzi pubbliċi lokali, lill-kumitat konġunt. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u/jew l-amministrazzjoni tas-servizzi pubbliċi lokali, il-kumitat konġunt jista’ jadotta, fit-30 jum minn meta jirċievi l-komunikazzjoni tal-Bord tad-Diretturi, deċiżjoni ta’ konferma tal-opinjoni tiegħu u/jew tal-istruzzjonijiet tiegħu. L-att adottat jorbot l-organu ta’ amministrazzjoni. […]” |
19 |
L-Artikolu 16 ta’ dawn l-istatuti jgħid: “1. Il-kumpannija hija amministrata minn Bord tad-Diretturi li b’setgħat ta’ amministrazzjoni ordinarji u straordinarji, bla ħsara għas-setgħat li, skont il-liġi jew l-istatuti:
2. Il-Bord tad-Diretturi huwa kompost minn 3 (tlieta) sa 7 (seba’) membri, maħtura mill-assemblea fuq rakkomandazzjoni tal-kumitat konġunt imsemmi fl-Artikolu 8b. Fil-każijiet kollha, huma l-azzjonisti kontraenti li għandhom jaħtru direttament, jirrevokaw u jissostitwixxu numru ta’ amministraturi (inkluż il-President tal-Bord tad-Diretturi) li jkun proporzjonali għall-portata tal-parteċipazzjoni tagħhom u, f’kull każ, ogħla minn nofshom. […] 6. Il-Bord tad-Diretturi għandu jadotta d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-organizzazzjoni u/jew l-amministrazzjoni tas-servizzi pubbliċi lokali li huma suġġetti għal għoti dirett billi josservaw il-linji gwida adottati mill-organi ta’ kontroll imsemmija fl-Artikoli 8a et seq ta’ dawn l-istatuti. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
20 |
Sea, li hija konċessjonarja wara proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-kuntratt għas-servizz tal-ġbir, tat-trasport u tar-rimi ta’ skart solidu urban u derivanti tiegħu fit-territorju tal-Comune di Ponte Nossa, ipprovdiet dan is-servizz matul perijodu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2006. |
21 |
Setco hija kumpannija b’responsabbiltà limitata kkontrollata minn ċertu numru ta’ muniċipalitajiet tal-Val Seriana u li l-azzjonista prinċipali tagħha huwa l-Comune di Clusone. |
22 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2006, il-Comune di Ponte Nossa ddeċieda li jsir soċju minoritarju ta’ Setco fid-dawl tal-għoti dirett lil din il-kumpannija tas-servizz inkwistjoni mill-1 ta’ Jannar 2007. |
23 |
Fit-23 ta’ Diċembru 2006, il-muniċipalitajiet azzjonisti ta’ Setco, fosthom il-Comune di Ponte Nossa, emendaw l-istatuti ta’ din il-kumpannija sabiex jissuġġettawha għal kontroll analogu għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħhom stess, skont l-Artikolu 113(5)(c) tad-Digriet Leġiżlattiv 267/2000. |
24 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Diċembru 2006, il-Comune di Ponte Nossa ddeċieda li jagħti direttament is-servizz tal-ġbir, tat-trasport u tar-rimi tal-iskart solidu urban u d-derivati tiegħu fit-territorju tiegħu lil Setco mill-1 ta’ Jannar 2007, mingħajr proċedura preliminari ta’ sejħa għal offerti. |
25 |
Fit-2 ta’ Jannar 2007, Sea ippreżentat rikors quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (Tribunal Amministrattiv Reġjonali tar-Reġjun ta’ Lombardija) kontra d-deċiżjonijiet tal-Comune di Ponte Nossa tas-16 u tat-30 ta’ Diċembru 2006. |
26 |
Sea ssostni b’mod partikolari li l-Comune di Ponte Nossa, billi ta direttament is-servizz inkwistjoni lil Setco, kiser l-Artikolu 113(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 267/2000 kif ukoll l-Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE, sa fejn ma jeżerċitax fil-konfront ta’ Setco kontroll analogu għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħha stess, li huwa meħtieġ għall-għoti dirett ta’ servizz lil impriża kkontrollata mill-awtorità kontraenti. |
27 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li ċerti elementi jistgħu iqajmu xi dubji fir-rigward tal-punt dwar jekk il-Comune di Ponte Nossa jeżerċitax fuq Setco kontroll analogu għal dak li jeżerċita fuq id-dipartimenti tiegħu stess. |
28 |
Minn naħa, il-parteċipazzjoni ta’ persuni privati fil-kapital ta’ Setco, minkejja li attwalment hija ineżistenti, hija potenzjalment possibbli. Il-qorti tar-rinviju tispeċifika f’dan ir-rigward li, minkejja l-esklużjoni espressa ta’ soċji privati fil-kapital ta’ Setco prevista fl-Artikolu 1(4) tal-istatuti tagħha, din il-parteċipazzjoni tidher li hija possibbli skont l-Artikolu 6(4) tal-istess statuti kif ukoll skont l-Artikolu 2355a tal-Kodiċi Ċivili Taljan. |
29 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-setgħat ta’ kontroll effettivament devoluti lill-Comune di Ponte Nossa fir-rigward ta’ Setco, din il-qorti ssaqsi jekk kontroll analogu għal dak li huwa jeżerċita fuq id-dipartimenti tiegħu stess jistax jeżisti ladarba għandu biss parteċipazzjoni minoritarja f’din il-kumpannija. |
30 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia ddeċieda li jissospendi l-proċeduri qiddiemu sabiex jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja: “L-għoti dirett ta’ servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart solidu urban u derivati tiegħu lil kumpannija b’responsabbiltà limitata b’kapital kollu kemm huwa pubbliku u bl-istatuti tagħha emendati bil-mod espost fil-motivi, sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 113 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 267/2000, huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari mal-libertà ta’ stabbiliment jew mal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u mal-obbligi ta’ trattament ugwali, ta’ trasparenza u ta’ kompetizzjoni libera msemmija fl-Artikoli 12 KE, 43 KE, 45 KE, 46 KE, 49 KE u 86 KE?” |
Fuq id-domanda preliminari
31 |
Qabel kollox, għandu jiġi osservat li l-għoti ta’ servizz tal-ġbir, tat-trasport u tar-rimi tal-iskart urban, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ jaqa’, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-korrispettiv ta’ dan is-servizz, taħt id-definizzjoni tal-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi jew dik tal-għoti ta’ servizzi pubbliċi fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 1(2)(d) jew (4) tad-Direttiva 2004/18. |
32 |
Skont l-elementi li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju u fil-proċess trażmess lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju, il-kuntratt fil-kawża prinċipali jista’ jikkostitwixxi kuntratt pubbliku għal servizzi, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-kuntratt li sar bejn Setco u l-Comune di Ponte Nossa għall-provvista tas-servizzi inkwistjoni jipprovdi li dan tal-aħħar għandu jħallas lil Setco l-korrispettiv tas-servizzi pprovduti minnha. |
33 |
Kuntratt ta’ dan it-tip jista’ jaqa’ taħt id-Direttiva 2004/18, bħala kuntratt ta’ servizzi ta’ ġbir ta’ skart li jaqa taħt il-kategorija 16 tal-Anness II A ta’ din id-direttiva. |
34 |
Madankollu d-deċiżjoni tar-rinviju ma tikkomportax l-informazzjoni neċessarja biex jiġi ddeterminat jekk din tikkonċernax għoti ta’ servizzi jew kuntratt pubbliku għal servizzi u, f’dan l-aħħar każ, jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni ta’ din id-direttiva humiex issodisfati. B’mod partikolari, hija ma tispeċifikax jekk l-ammont tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali jeċċedix il-limitu għall-applikazzjoni tiegħu. |
35 |
F’kull każ, il-kwistjoni dwar jekk il-kawża prinċipali tikkonċernax l-għoti ta’ servizzi jew kuntratt pubbliku għal servizzi, kif ukoll il-kwistjoni dwar jekk, f’dan l-aħħar każ, it-tali kuntratt ta’ servizzi jaqax jew le fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18, ma jinfluwenzawx ir-risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti lil domanda preliminari magħmula. |
36 |
Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sejħa għal offerti mhijiex obbligatorja fil-każ ta’ kuntratt b’titolu oneruż konkluż ma’ entità ġuridikament distinta mill-awtorità lokali li hija l-awtorità kontraenti fl-ipoteżi fejn din l-awtorità teżerċita kontroll fuq din l-entità, anki jekk il-kontroparti hija entità ġuridikament distinta mill-awtorità kontraenti, fl-ipoteżi fejn l-awtorità territorjali li hija l-awtorità kontraenti teżerċita fuq l-entità distinta inkwistjoni kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u fejn din l-entità twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha mal-awtorità jew l-awtoritajiet lokali li jikkontrollawha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Novembru 1999, Teckal, C-107/98, Ġabra p. I-8121, punt 50). |
37 |
Issa, din il-ġurisprudenza hija rilevanti kemm għall-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/18 kif ukoll għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 12 KE, 43 KE u 49 KE kif ukoll għall-interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali li tagħhom huma jikkostitwixxu l-espressjoni speċifika (ara, f’dan is-sens, sentenzi tal-11 ta’ Jannar 2005, Stadt Halle u RPL Lochau, C-26/03, Ġabra p. I-1, punt 49, kif ukoll tat-13 ta’ Ottubru 2005, Parking Brixen, C-458/03, Ġabra p. I-8585, punt 62). |
38 |
Għandu jitfakkar li, minkejja l-fatt li ċerti kuntratti ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi Komunitarji dwar il-kuntratti pubbliċi, l-awtoritajiet kontraenti li jikkonkluduhom għandhom l-obbligu li josservaw ir-regoli fundamentali tat-Trattat KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Diċembru 2000, Telaustria u Telefonadress, C-324/98, Ġabra p. I-10745, punt 60, kif ukoll id-digriet tat-3 ta’ Diċembru 2001, Vestergaard, C-59/00, Ġabra p. I-9505, punt 20). |
39 |
Fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari josservaw l-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minn dan (ara, f’dan is-sens, sentenzi Parking Brixen, iċċitata iktar ’il fuq, punti 47 sa 49, u tas-6 ta’ April 2006, ANAV, C-410/04, Ġabra p. I-3303, punti 19 sa 21). |
40 |
L-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 12 KE, 43 KE u 49 KE, kif ukoll tal-prinċipji ġenerali li jikkostitwixxu l-espressjoni speċifika tagħhom hija madankollu eskluża jekk, fl-istess ħin, l-awtorità territorjali li hija l-awtorità kontraenti teżerċita fuq l-entità kontraenti kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u jekk din l-entità twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha mal-awtorità jew mal-awtoritajiet li jikkontrollawha (ara, f’dan is-sens, sentenzi Teckal, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50; Parking Brixen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62, kif ukoll tad-9 ta’ Ġunju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-480/06, Ġabra p. I-4747, punt 34). |
41 |
Iċ-ċirkustanza li l-entità kontraenti tieħu l-forma ta’ kumpannija b’kapital mkien ma teskludi l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni aċċettata mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza. Fis-sentenza ANAV, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-applikabbiltà ta’ din il-ġurisprudenza fil-każ ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata. |
42 |
Il-Qorti tar-rinviju tosserva li, minkejja l-fatt li l-Artikolu 1(3) u (4) tal-istatuti ta’ Setco jirriżerva l-aċċess għall-kapital tagħha lil entitajiet pubbliċi, l-Artikolu 6(4) ta’ dawn l-istatuti jipprovdi li Setco tista’ toħroġ ishma privileġġati sabiex eventwalment tiffavorizza x-xiri ta’ ishma, fuq livell lokali, minn ċittadini u operaturi ekonomiċi jew ix-xiri ta’ ishma mill-impjegati. |
43 |
Matul is-seduta, il-Comune di Ponte Nossa sostna li dan l-Artikolu 6(4) jmissu tneħħa fil-kuntest tal-emenda tal-istatuti ta’ Setco li saret fit-23 ta’ Diċembru 2006, iżda baqa’ hemm bi żball. Dejjem skont il-Comune di Ponte Nossa, dan l-Artikolu 6(4) ġie mħassar iktar ’il quddiem. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika r-realtà ta’ dawn l-elementi, li jistgħu jwasslu sabiex tiġi eskluża l-possibbiltà li l-kapital ta’ Setco ikun aċċessibbli għal investituri privati. |
44 |
Id-deċiżjoni tar-rinviju tqajjem il-kwistjoni dwar jekk awtorità kontraenti tistax teżerċita fuq kumpannija li fiha hija azzjonista u li magħha għandha l-intenzjoni li tikkonkludi kuntratt, kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess fil-każ fejn il-possibbiltà li investituri privati jipparteċipaw fil-kapital tal-kumpannija inkwistjoni teżisti, minkejja li ma sseħħx. |
45 |
Fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, għandu jitfakkar li ċ-ċirkustanza li l-awtorità pubblika tippossjedi, flimkien mal-awtoritajiet pubbliċi l-oħra, il-kapital kollu ta’ kumpannija konċessjonarja timplika, mingħajr ma tkun deċisiva, li din l-awtorità kontraenti teżerċità fuq din il-kumpannija kontroll analogu għal dak li teżerċità fid-dipartimenti tagħha stess (ara, f’dan is-sens, sentenzi tal-11 ta’ Mejju 2006, Carbotermo u Consorzio Alisei, C-340/04, Ġabra p. I-4137, punt 37, kif ukoll tat-13 ta’ Novembru 2008, Coditel Brabant, C-324/07, Ġabra p. I-8457), punt 31). |
46 |
Min-naħa l-oħra l-parteċipazzjoni anki jekk minoritarja, ta’ impriża privata fil-kapital ta’ kumpannija li fiha tipparteċipa wkoll l-awtorità kontraenti kkonċernata teskludi f’kull każ, li din l-awtorità kontraenti tista’ teżerċita fuq din il-kumpannija kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess (ara, f’dan is-sens, sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Stadt Halle u RPL Lochau, punt 49, kif ukoll Coditel Brabant, punt 30). |
47 |
Bħala regola ġenerali, l-eżistenza effettiva ta’ parteċipazzjoni privata fil-kapital tal-kumpannija konċessjonarja għandha tiġi vverifikata meta jingħata l-kuntratt ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Stadt Halle u RPL Lochau, iċċitata iktar ’il fuq, punti 15 u 52). Jista’ jkun ukoll rilevanti li tittieħed inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li, meta awtorità kontraenti tagħti kuntratt lil kumpannija li l-kapital kollu tagħha kkontrollat minnha, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tipprovdi li fuq terminu qasir il-kumpannija ssir aċċessibbli għal kapital ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza, Parking Brixen, iċċitata iktar ’il fuq, punti 67 u 72). |
48 |
B’mod eċċezzjonali, ċirkustanzi partikolari jistgħu jirrikjedu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ġrajjiet li seħħew wara d-data tal-għoti tal-kuntratt ikkonċernat. Dan huwa l-każ b’mod partikolari meta ishma tal-kumpannija konċessjonarja, li preċedentement kienu kollha kemm huma kkontrollati mill-awtorità kontraenti, jiġu ttrasferiti lil impriża privata ftit wara li l-kuntratt ikkonċernat ikun ingħata lil din il-kumpannija fil-kuntest ta’ struttura artifiċjali intiża sabiex tevita d-dispożizzjoniiet Komunitarji fuq is-suġġett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-10 ta’ Novembru 2005, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, C-29/04, Ġabra p. I-9705, punti 38 sa 41). |
49 |
Ċertament, ma jistax jiġi eskluż li ishma ta’ kumpannija jinbigħu f’kull mument lil terzi persuni. Madankollu, l-ammissjoni li din is-sempliċi possibbiltà tista’ indefinittivament tissospendi l-evalwazzjoni fir-rigward tan-natura pubblika jew le tal-kapital ta’ kumpannija konċessjonarja ta’ kuntratt pubbliku mhuwiex konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
50 |
Jekk il-kapital ta’ kumpannija huwa kollu kemm hu tal-awtorità kontraenti, waħedha jew flimkien ma’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn, meta jingħata l-kuntratt lil din il-kumpannija, l-aċċess tal-kapital tagħha lil investituri privati jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni biss jekk teżisti, f’dak il-mument, perspettiva konkreta fuq terminu qasir tat-tali aċċess. |
51 |
Minn dan jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn il-kapital tal-kumpannija konċessjonarja huwa kollu kemm huwa pubbliku u fejn ma hemm ebda indikazzjoni konkreta ta’ aċċess imminenti tal-kapital ta’ din il-kumpannija għal azzjonisti privati, is-sempliċi possibbiltà għal persuni privati li jipparteċipaw fil-kapital ta’ din il-kumpannija mhijiex biżżejjed biex jiġi konkluż li l-kundizzjoni li tirrigwarda l-kontroll tal-awtorità pubblika mhijiex sodisfatta. |
52 |
Din il-konklużjoni mhijiex invalidata mill-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punt 26 tas-sentenza tal-21 ta’ Lulju 2005, Coname (C-231/03, Ġabra p. I-7287), li jgħidu li l-fatt li kumpannija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tat lok għal din is-sentenza, ssir aċċessibbli għal kapital privat jipprekludi li tiġi kkunsidrata bħala struttura ta’ amministrazzjoni interna ta’ servizz pubbliku fl-ambitu tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw parti minnha. Fil-fatt, f’din il-kawża, meta s-servizz pubbliku ingħata lill-kumpannija, il-kapital tagħha ma kienx kompletament pubbliku, iżda fil-maġġoranza tiegħu pubbliku, u għaldaqstant imħallat (ara s-sentenza Coname, iċċitata iktar ’il fuq, punti 5 u 28). |
53 |
Għandu madankollu jiġi ppreċiżat li, fl-ipoteżi fejn kuntratt ikun ingħata, mingħajr sejħa għal offerti, lil kumpannija b’kapital pubbliku taħt il-kundizzjonijiet indikati fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, il-fatt li, iktar ’il quddiem, iżda dejjem matul it-terminu tal-validità ta’ dan il-kuntratt, azzjonisti privati jitħallew jipparteċipaw fil-kapital ta’ din il-kumpannija, jikkostitwixxi bidla ta’ kundizzjoni fundamentali tal-kuntratt li jkun jeħtieġ sejħa għal offerti. |
54 |
Sussegwentement tirriżulta l-mistoqsija dwar jekk, fil-każ li awtorità pubblika ssir soċju minoritarju ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata b’kapital kollu kemm huwa pubbliku sabiex din tingħata l-amministrazzjoni ta’ servizz pubbliku, il-kontroll li l-awtoritajiet pubbliċi soċji fi ħdan din il-kumpannija jeżerċitaw fuqha għandu, sabiex jiġi kkwalifikat bħala analogu għall-kontroll li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess, jiġi eżerċitat individwalment minn kull waħda minn dawn l-awtoritajiet jew jista’ jiġi eżerċitat konġuntament minnhom. |
55 |
Il-ġurisprudenza ma tirrikjedix li l-kontroll eżerċitat fuq il-kumpannija konċessjonarja jkun individwali f’dan il-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Coditel Brabant, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46). |
56 |
Fil-fatt, fil-każ fejn numru ta’ awtoritajiet pubbliċi jgħażlu li jwettqu wħud mill-missjonijiet tagħhom ta’ servizz pubbliku billi jirrikorru għal kumpannija kkontrollata minnhom, huwa normalment eskluż li waħda minn dawn l-awtoritajiet li jkollha biss sehem minoritarju f’din il-kumpannija teżerċita waħedha kontroll determinanti fuq id-deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar. Li jkun rikjest fl-istess ipoteżi li l-kontroll eżerċitat minn awtorità pubblika jkun individwali jkollu bħala effett li tiġi imposta sejħa għal offerti fil-parti l-kbira tal-każijiet fejn it-tali awtorità jkollha l-intenzjoni li tassoċja ruħha ma kumpannija li hija ta’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn sabiex tagħtiha l-amministrazzjoni ta’ servizz pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Coditel Brabant, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47). |
57 |
Riżultat bħal dan mhuwiex konformi mas-sistema tar-regoli Komunitarji fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi u ta’ konċessjonijiet. Fil-fatt, huwa paċifiku, li awtorità pubblika għandha l-possibbiltà li twettaq d-dmirijiet ta’ interess pubbliku li huma imposti fuqha permezz tal-mezzi amministrattivi, tekniċi jew oħrajn tagħha stess, mingħajr ma tkun obbligata li tirrikorri għall-entitajiet esterni li mhumiex parti mid-dipartimenti tagħha (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Stadt Halle u RPL Lochau, punt 48; Coditel Brabant, punt 48, u Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, punt 45). |
58 |
Din il-possibbiltà għall-awtoritajiet pubbliċi li jirrikorru għall-mezzi tagħhom stess sabiex iwettqu l-missjonijiet tagħhom ta’ servizz pubbliku tista’ tiġi eżerċitata b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra (ara, f’dan is-sens, sentenzi tad-19 ta’ April 2007, Asemfo, C-295/05, Ġabra p. I-2999, punt 57, u Coditel Brabant, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49). |
59 |
Għandu għaldaqstant jiġi ammess li, fil-każ fejn numru ta’ awtoritajiet pubbliċi jikkontrollaw kumpannija li f'idejha jafdaw it-twettieq tal-missjonijiet tagħhom ta’ servizz pubbliku, il-kontroll ta’ dawn l-awtoritajiet pubbliċi fuq din il-kumpannija jista’ jiġi eżerċitat konġuntament minn dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Coditel Brabant, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50). |
60 |
Fir-rigward ta’ organu kolleġjali, il-proċedura użata għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari b’maġġoranza, mhijiex rilevanti (ara s-sentenza Coditel Brabant, iċċitata iktar ’il fuq, punt 51). |
61 |
Din il-konklużjoni lanqas mhija invalidata mis-sentenza Coname, iċċitata iktar ’il fuq. Ċertament il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, li sehem ta’ 0.97% huwa tant żgħir li mhijiex tali li tippermetti lil muniċipalità li jeżerċita l-kontroll fuq il-konċessjonarju li jmexxi servizz pubbliku. Madankollu, f’dan il-punt ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ttrattatx il-kwistjoni dwar jekk tali kontroll setax jiġi eżerċitat b’mod konġunt (ara s-sentenza Coditel Brabant, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52). |
62 |
Għall-bqija, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat sussegwentement, fis-sentenza Asemfo, iċċitata iktar ’il fuq (punti 56 sa 61), li, f’ċerti ċirkustanzi, il-kundizzjoni dwar il-kontroll eżerċitat mill-awtorità pubblika kontraenti setgħet tiġi sodisfatta fil-każ fejn hija kienet tippossjedi biss 0.25% tal-kapital ta’ impriża pubblika (ara s-sentenza Coditel Brabant, iċċitata iktar ’il fuq, punt 53). |
63 |
Minn dan jirriżulta li, jekk awtorità pubblika ssir soċju minoritarju ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata b’kapital kollu kemm huwa pubbliku sabiex din tingħata l-amministrazzjoni ta’ servizz pubbliku, il-kontroll li l-awtoritajiet pubbliċi soċji fi ħdan din il-kumpannija jeżerċitaw fuqha jista’ jiġi kkwalifikat bħala analogu għall-kontroll li huma jeżerċitaw fuq is-servizzi tagħhom stess meta dan jiġi eżerċitat b’mod konġunt minn dawn l-awtoritajiet. |
64 |
Id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija intiża wkoll sabiex jiġi kkonstatat jekk strutturi deċiżjonali bħal dawk ipprovduti mill-istatuti ta’ Setco humiex tali li jippermettu lill-muniċipalitajiet azzjonisti sabiex effettivament jeżerċitaw fuq il-kumpannija kkontrollata minnhom kontroll analogu għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess. |
65 |
Sabiex jiġi evalwat jekk l-awtorità kontraenti teżerċitax fuq il-kumpannija konċessjonarja kontroll analogu għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess, jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha. Minn dan l-eżami għandu jirriżulta li l-kumpannija konċessjonarja hija suġġetta għal kontroll li jippermetti lill-awtorità kontraenti tinfluwenza d-deċiżjonijiet ta’ din il-kumpannija. Dan għandu jirrigwarda possibbiltà ta’ influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti ta’ din il-kumpannija (ara, f’dan is-sens, sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Carbotermo u Consorzio Alisei, punt 36, kif ukoll Coditel Brabant, punt 28). |
66 |
Fost l-elementi rilevanti li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju, għandha tiġi eżaminata, qabel kollox, il-leġiżlazzjoni applikabbli, sussegwentement il-kwistjoni dwar jekk il-kumpannija inkwistjoni għandhiex skop kummerċjali u, fl-aħħar nett, il-mekkaniżmi ta’ kontroll previsti mill-istatuti ta’ Setco. |
67 |
Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli, l-Artikolu 113(5)(c) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 267/2000 jipprovdi li l-operat tad-dipartiment jista’ jiġi attribwit, fl-osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, għal kumpanniji b’kapital kollu kemm huwa pubbliku bil-kundizzjoni li l-awtorità jew l-awtoritajiet pubbliċi li jikkontrollaw il-kapital tal-kumpannija “jeżerċitaw fuq il-kumpannija kontroll analogu għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħhom stess kif ukoll li l-kumpannija twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha mal-awtorità jew l-awtoritajiet pubbliċi li jikkontrollawha”. |
68 |
Billi jadotta dan il-kliem, il-leġiżlatur Taljan ittraspona testwalment il-kliem tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 50 tas-sentenza Teckal, iċċitata iktar ’il fuq, u kkonfermati f’numru ta’ sentenzi ulterjuri tal-Qorti tal-Ġustizzja. It-tali leġiżlazzjoni nazzjonali hija, bħala prinċipju, konformi mad-dritt Komunitarju, fid-dawl tal-preċiżazzjoni li l-interpretazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għandha tkun ukoll konformi mal-ħtiġijiet tad-dritt Komunitarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza, ANAV, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25). |
69 |
Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-muniċipalitajiet azzjonisti ta’ Setco emendaw l-istatuti ta’ din il-kumpannija, fit-23 ta’ Diċembru 2006, bil-għan li jissuġġettawha għal kontroll analogu għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess, skont l-Artikolu 113(5)(c) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 267/2000. |
70 |
Il-fatt li din l-emenda tal-istatuti ta’ Setco hija intiża sabiex tiżgura l-osservanza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f’dan il-qasam, jirriżulta wkoll mill-Artikolu 8a(1) ta’ dawn l-istatuti. |
71 |
Preliminarjament, ebda att tal-proċess ma jidher li jindika li dawn l-istatuti ġew emendati bl-intenzjoni li jiġu evitati d-dispożizzjonijet Komunitarji fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. |
72 |
Fl-aħħar nett, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, kemm il-qafas leġiżlattiv kif ukoll il-qafas statutorju rilevanti ma jippermettu li l-awtoritajiet lokali sekondarji jingħataw direttament it-tmexxija ta’ servizzi pubbliċi lokali ta’ interess ekonomiku lill-kumpanniji b’kapital kollu kemm huwa pubbliku ħlief jekk dawn l-awtoritajiet jeżerċitaw fuq il-kumpannija kontroll analogu għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħhom stess fis-sens tad-dritt Komunitarju. Skont il-qorti nazzjonali, l-espressjoni “kontroll analogu” mhijiex madankollu ddefinita f’dan ir-rigward. |
73 |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-kumpannija kkonċernata għandhiex skop kummerċjali li trendi prekarju l-kontroll tal-awtoritajiet li huma l-azzjonisti tagħha, jeħtieġ li tiġi eżaminata l-portata ġeografika u materjali tal-attivitajiet ta’ din il-kumpannija kif ukoll il-possibbiltà li din tibni relazzjonijet ma’ impriżi tas-settur privat. |
74 |
L-Artikolu 3 tal-istatuti ta’ Setco, intitolat “Għan tal-kumpannija”, jipprovdi li Setco tamministra s-servizzi pubbliċi lokali li jikkonċernaw esklużivament l-awtoritajiet pubbliċi lokali li joffru dawn is-servizzi. |
75 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 8a(2) ta’ dawn l-istatuti jgħid li Setco tamministra s-servizzi esklużivament għall-benefiċċju tas-soċji kontraenti u fil-limiti tat-territorji li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ dawn is-soċji. |
76 |
Dispożizzjonijiet bħal dawn huma intiżi li jindikaw, minn naħa, li l-portata ġeografika tal-attivitajiet tal-kumpannija konċessjonarja inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tkunx mifruxa lil hinn mit-territorju tal-muniċipalitajiet li huma azzjonisti tagħha u, min-naħa l-oħra, li din il-kumpannija jkollha bħala għan li tamministra s-servizzi pubbliċi biss għal dawn il-muniċipji. |
77 |
Madankollu, l-Artikolu 3(3) ta’ dawn l-istatuti jipprovdi li Setco tista’ wkoll tipprovdi servizzi favur persuni privati ladarba dan ma jmurx kontra l-għanijiet tal-kumpannija jew jikkontribwixxi sabiex dawn l-għanijiet jitwettqu aħjar. |
78 |
Matul is-seduta, Setco sostniet li s-setgħa li hija għandha li taħdem ma’ impriżi tas-settur privat hija aċċessorju neċessarju għall-eżekuzzjoni tal-missjonijiet tagħha ta’ servizz pubbliku. Bħala eżempju, hija semmiet it-tqassim selettiv tal-iskart, li jista’ jagħti lok għall-ħtieġa li jinbigħu ċerti kategoriji ta’ sustanzi rkuprati lil entitajiet speċjalizzati għar-riċiklaġġ tagħhom. Skont Setco, dan jirrigwarda attivitajiet anċillari għall-ġbir tal-iskart, u mhux attivitajiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-attività prinċipali. |
79 |
Għandu jiġi kkunsidrat li, jekk is-setgħa rikonoxxuta lill-kumpannija konċessjonarja inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi servizzi lil operaturi ekonomiċi privati hija sempliċement anċillari għall-attività essenzjali tagħha, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, l-eżistenza ta’ din is-setgħa ma jipprekludix li l-għan prinċipali ta’ din il-kumpannija jibqa’ l-amministrazzjoni ta’ servizzi pubbliċi. Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ din is-setgħa mhijiex biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li din il-kumpannija għandha skop kummerċjali li jrendi prekarju l-kontroll tal-awtoritajiet li jikkontrollawha. |
80 |
Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-fatt li t-tieni kundizzjoni magħmula fil-punt 50 tas-sentenza Teckal, iċċitata iktar ’il fuq, li tgħid li l-kumpannija konċessjonarja għandha twettaq il-parti essenzjali tal-attivitajiet tagħha mal-awtoritajiet lokali li jikkontrollawha, tippermetti li din il-kumpannija teżerċita attività ta’ natura marġinali ma’ operaturi oħra minbarra dawn l-awtoritajiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Carbotermo u Consorzio Alisei, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63). Din il-kundizzjoni tkun mingħajr suġġett jekk l-ewwel kundizzjoni msemmija fil-punt 50 tas-sentenza Teckal, iċċitata iktar ’il fuq, kellha tiġi interpretata bħala li tipprojbixxi kull attività anċillari, inkluż mas-settur privat. |
81 |
Fir-rigward tal-mekkaniżmi ta’ kontroll previsti mill-istatuti ta’ Setco, mill-proċess jirriżulta li, permezz tal-emendi magħmula fuq dawn l-istatuti fit-23 ta’ Diċembru 2006, is-soċji kellhom l-intenzjoni li jissovrapponu fuq l-Assemblea Ġenerali u fuq il-Bord tad-Diretturi, hekk kif previsti mil-liġi Taljana fuq il-kumpanniji, strutturi deċiżjonali li mhumiex espliċitament previsti minn din il-liġi, sabiex jiġi żgurat fil-konfront ta’ Setco kontroll analogu għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess. Dan jirrigwarda b’mod partikolari li jiġi żgurat kontroll iktar b’saħtu permezz, minn naħa, tal-kumitat konġunt u, min-naħa l-oħra ta’ kumitat tekniku għal kull taqsima responsabbli mill-attivitajiet differenti ta’ Setco. |
82 |
Hekk kif jirriżulta mill-Artikoli 8b u 8c ta’ dawn l-istatuti, il-kumitat konġunt u l-kumitati tekniċi huma komposti minn rappreżentanti tal-awtoritajiet soċji. Kull waħda minn dawn l-awtoritajiet għandha vuċi fi ħdan il-kumitati tagħha, ikun liema jkun id-daqs tal-awtorità kkonċernata jew in-numru ta’ ishma li hija għandha. |
83 |
Barra minn hekk, l-Artikoli 8a sa 8c tal-istatuti ta’ Setco jattribwixxu lill-kumitat konġunt u lill-kumitati tekniċi setgħat wesgħin ta’ kontroll u ta’ deċiżjoni. |
84 |
Korrelativament, l-Artikolu 14 ta’ dawn l-istatuti jillimita s-setgħat tal-Assemblea Ġenerali billi jimponilha sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-gwida u l-istruzzjonijiet deċiżi mill-kumitati msemmija iktar ’il fuq u billi jeżiġi opinjoni favorevoli tal-kumitat konġunt qabel ma l-Assemblea Ġenerali tkun tista’ tawtorizza t-twettiq ta’ ċerti atti mill-amministraturi tal-kumpannija. |
85 |
Bl-istess mod, l-Artikolu 16 ta’ dawn l-istatuti jillimita l-awtonomija deċiżjonali tal-Bord tad-Diretturi billi jimponilu sabiex josserva s-setgħat riżervati għal dawn il-kumitati u billi jissuġġetta d-deċiżjonijiet tiegħu għall-osservanza tal-istruzzjonijet li joħorġu minnhom. |
86 |
Fid-dawl tal-portata tas-setgħat ta’ kontroll u ta’ deċiżjoni li dawn jattribwixxu lill-kumitati li huma jistabbilixxu kif ukoll taċ-ċirkustanza li dawn il-kumitati huma komposti minn delegati tal-awtoritajiet azzjonisti, dispożizzjonijet statutorji bħal dawk tal-kumpannija konċessjonarja inwkistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jitqiesu li jqiegħdu l-awtoritajiet azzjonisti f’pożizzjoni li jeżerċitaw, bl-għajnuna ta’ dawn il-kumitati, influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti ta’ din il-kumpannija. |
87 |
Il-qorti tar-rinviju tqis madankollu li l-Artikoli 8a sa 8c tal-istatuti ta’ Setco, sa fejn jirrigwardaw il-kumitat konġunt u l-kumitati tekniċi, jixbhu lil kuntratti ta’ azzjonisti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2341a tal-Kodiċi Ċivili Taljan. Minn dan hija tiddeduċi li l-kontroll analogu għal dak li l-awtoritajiet lokali jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess u li għalih huwa intiż il-mekkaniżmu ta’ dawn il-kumitati jista’ jkun inoperanti. |
88 |
Dan jirrigwarda għaldaqstant kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li dwarhom għandha tiddeċiedi l-qorti tar-rinviju. |
89 |
Bla ħsara għall-verifika min-naħa tagħha tan-natura inoperanti tad-dispożizzjonijiet statutorji kkonċernati, minn dan jirriżulta li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-kontroll eżerċitat, permezz ta’ organi statutorji, mill-awtoritajiet azzjonisti fuq il-kumpannija konċessjonarja jista’ jiġi kkunsidrat bħala wieħed li jippermetti lil dawn l-awtoritajiet jeżerċitaw fuq din il-kumpannija kontroll analogu għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess. |
90 |
Fir-rigward ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun kif ġej: L-Artikoli 43 KE u 49 KE, il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżultaw minnhom ma jipprekludux l-għoti dirett ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi lil kumpannija b’responsabbiltà limitata b’kapital kollu kemm huwa pubbliku ladarba l-awtorità pubblika li hija l-awtorità kontraenti teżerċita fuq din il-kumpannija kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u li din il-kumpannija Bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tan-natura operanti tad-dispożizzjonijiet statutorji kkonċernati, il-kontroll eżerċitat mill-awtoritajiet azzjonisti fuq din il-kumpannija jista’ jiġi kkunsidrat bħala analogu għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn:
|
Fuq l-ispejjeż
91 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: L-Artikoli 43 KE u 49 KE, il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżultaw minnhom ma jipprekludux l-għoti dirett ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi lil kumpannija b’responsabbiltà limitata b’kapital kollu kemm huwa pubbliku ladarba l-awtorità pubblika li hija l-awtorità kontraenti teżerċita fuq din il-kumpannija kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u li din il-kumpannija twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha mal-awtorità jew l-awtoritajiet li jikkontrollawha. Bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tan-natura operanti tad-dispożizzjonijiet statutorji kkonċernati, il-kontroll eżerċitat mill-awtoritajiet azzjonisti fuq din il-kumpannija jista’ jiġi kkunsidrat bħala analogu għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.