EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0539

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Jannar 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 26(3) - Numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza - Tagħrif dwar il-lok ta’ min jagħmel is-sejħa - Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu f’każ ta’ emerġenza - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C-539/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:12





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2009 – Il‑Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C‑539/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/22/KE – Artikolu 26(3) – Numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza – Tagħrif dwar il-lok ta’ min jagħmel is-sejħa – Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu f’każ ta’ emerġenza – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)

2.                     Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367).

Dispożittiv

1)

Billi, fir-rigward tas-sejħiet intiżi għan-numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza “112”, naqset milli tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu f’każ ta’ emerġenza t-tagħrif dwar il-lok ta’ min jagħmel is-sejħa, sal-limitu ta’ kemm kien teknikament possibbli, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali).

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top