Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0293

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Ellenika.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Żoni ta’ protezzjoni speċjali - Miżuri ta’ protezzjoni insuffiċjenti.
    Kawża C-293/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:706





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

    (Kawża C‑293/07)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Żoni ta’ protezzjoni speċjali – Miżuri ta’ protezzjoni insuffiċjenti”

    1.                     Ambjent – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Direttiva 79/409 – Miżuri speċjali ta’ konservazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikolu 4(1) u (2), u Artikolu 4(4), kif emendat bid-Direttiva 92/43, Artikolu 6(2) sa (4) (ara l-punti 21-23, 36 u d-dispożittiv 1)

    2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova tan-nuqqas – Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni (ara l-punt 32)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p.1) flimkien mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva, kif emendata bl-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p.7) – Nuqqas ta’ protezzjoni taż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) – Eżistenza ta’ attivitajiet li jistgħu jheddu l-integrità taż-ŻPS u li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi negattivi fuq l-għanijiet ta’ preservazzjoni taż-ŻPS u tal-ispeċi li għalihom dawn iż-żoni ġew stabbiliti.

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi u tapplika sistema legali koerenti, speċifika u sħiħa ta’ natura tali li tiżgura ġestjoni vijabbli u protezzjoni effettiva taż-żoni magħżula bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (2) ta’ din id-direttiva, kif ukoll taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tagħha, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top