This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0286
Judgment of the Court (Third Chamber) of 24 April 2008.#Commission of the European Communities v Grand Duchy of Luxemburg.#Failure of a Member State to fulfil obligations - Article 28 EC - Registration of second-hand vehicles previously registered in other Member States - Requirement of an excerpt from the commercial register or a comparable document proving that the seller of the vehicle is registered as a dealer - Exemption from the requirement to submit invoices or other documents showing transfer of ownership by previous owners.#Case C-286/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) ta' l-24 ta' April 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs il-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 28 KE - Reġistrazzjoni tal-vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stat Membri oħra - Rekwiżit ta’ estratt mir-reġistru tal-kummerċ jew ta’ dokument ekwivalenti li jiċċertifika r-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura bħala kummerċjant - Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-fatturi jew ta’ dokumenti oħra li jiċċertifikaw it-trasferimenti ta’ proprjetà preċedenti.
Kawża C-286/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:251
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ April 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑286/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 28 KE – Reġistrazzjoni tal-vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stat Membri oħra – Rekwiżit ta’ estratt mir-reġistru tal-kummerċ jew ta’ dokument ekwivalenti li jiċċertifika r-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura bħala kummerċjant – Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-fatturi jew ta’ dokumenti oħra li jiċċertifikaw it-trasferimenti ta’ proprjetà preċedenti”
Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti (Artikoli 28 KE u 30 KE) (ara l-punti 26, 28, 32, 35, 38-39, 43, 46-48 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur ta’ l-Artikolu 28 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra, il-preżentazzjoni ta’ estratt mir-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura fir-reġistru tal-kummerċ, filwaqt li l-vetturi rreġistrati preċedentement fil-Lussemburgu mhumiex suġġetti għal tali obbligu - Ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija - Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni u ta’ proporzjonalità. |
Dispożittiv
1) |
Billi impona, permezz tal-prassi kkontestata, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni fil-Lussemburgu tal-vetturi, il-preżentazzjoni ta’ estratt mir-registru tal-kummerċ jew ta’ dokument ekwivalenti li jiċċertifika r-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura bħala kummerċjant, bl-eċċezzjoni tal-kummerċjanti li jidhru fir-reġistru tas-Société Nationale de Contrôle Technique, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 28 KE. |
2) |
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż. |