EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0108

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-17 ta' April 2008.
Ferrero Deutschland GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja FERRO - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti FERRERO - Prova tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti.
Kawża C-108/07 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:234





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ April 2008 – Ferrero Deutschland vs UASI

(Kawża C‑108/07 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja FERRO – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti FERRERO – Prova tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 35-37)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l- punti 57-59)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2006, Ferrero Deutschland vs UASI u Cornu (T-310/04) li għandha bħala suġġett rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tas-17 ta’ Marzu 2004 (Każ R 540/2002-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero OHG mbH u Cornu SA Fontain – Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 (ĠU 1994, L 11, p.1) – Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks – Livell medju ta’ xebh bejn it-trade marks – Xebh limitat bejn il-prodotti – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta’ Diċembru 2006, Ferrero Deutschland vs UASI – Cornu (FERRO) (T-310/04), hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-17 ta’ Marzu 2004 (Każ R 540/2002-4) hija annullata.

3)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cornu SA Fontain huma kkundannati għall-ispejjeż relattivi għall-appell.

4)

Ferrero Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi għall-proċeduri fil-Prim’Istanza, bl-esklużjoni ta’ dawk relattivi għall-intervent ta’ Cornu SA Fontain.

5)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relattivi għall-proċeduri fil-Prim’Istanza, bl-esklużjoni ta’ dawk relattivi għall-intervent ta’ Cornu SA Fontain.

6)

Cornu SA Fontain għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk relattivi għall-intervent tagħha sostnuti minn Ferrero Deutschland GmbH u mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Top