EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0089

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-11 ta' Marzu 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Franċiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ? Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika ? Impjiegi ta’ kaptan u ta’ uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera ta’ Stat Membru ? Kundizzjoni ta’ nazzjonalità.
Kawża C-89/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:154





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Marzu 2008 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C‑89/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ? Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika ? Impjiegi ta’ kaptan u ta’ uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera ta’ Stat Membru ? Kundizzjoni ta’ nazzjonalità”

1.                     Moviment liberu tal-persuni – Derogi – Protezzjoni ta’ l-ordni pubbliku, tas-sigurtà pubblika u tas-saħħa pubblika (Artikolu 39(3) KE) (ara l-punti 11-12 u d-dispożittiv)

2.                     Moviment liberu tal-persuni – Derogi – Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika – Kunċett (Artikolu 39(4) KE) (ara l-punti 14, 18 u d-dispożittiv)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 39(4) KE – Moviment liberu tal-ħaddiema – Użu tal-prerogattivi ta’ l-awtorità pubblika – Rekwiżit tan-nazzjonalità Franċiża sabiex jiġu eżerċitati l-impjiegi ta’ kaptani u ta’ uffiċjali (assistenti tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Franċiża – Inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju.

Dispożittiv

1)

Peress li żammet fil-liġi tagħha r-rekwiżit tan-nazzjonalità Franċiża għall-aċċess għall-impjiegi ta’ kaptan u ta’ uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Franċiża, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 39 KE.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top