EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0046

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 141 KE - Politika soċjali - Remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa - Kunċett ta’ ‘remunerazzjoni’ - Skema ta’ rtirar tal-uffiċjali.
Kawża C-46/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:618





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C‑46/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 141 KE – Politika soċjali – Remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa – Kunċett ta’ ‘remunerazzjoni’ – Skema ta’ rtirar tal-uffiċjali”

Politika soċjali - Ħaddiema rġiel u nisa - Remunerazzjoni ugwali (Artikolu 141 KE; Ftehim dwar il-politika soċjali tal-1992, Artikolu 6(3)) (ara l-punti 35-59)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 141 KE - Ksur tal-prinċipju ta’ remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-uffiċjali pubbliċi, età ta’ rtirar varjabbli skont is-sess.

Dispożittiv

1)

Billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet li bis-saħħa tagħhom l-uffiċjali għandhom id-dritt jirċievu l-pensjoni tax-xjuħija f’età differenti skont jekk humiex irġiel jew nisa, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha previsti fl-Artikolu 141 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top