Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0026

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Ellenika.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/80/KE - Kumpens għal vittmi ta' delitti - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst.
    Kawża C-26/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:461





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007 –
    Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

    (Kawża C‑26/07)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/80/KE – Kumpens għal vittmi ta’ delitti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 6)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti (ĠU L 261, p. 15)

    Dispożittiv

    1)

    1) Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

    2)

    2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

    Top