EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CC0261

Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali - Trstenjak - 21 ta' Ottubru 2008.
VTB-VAB NV vs Total Belgium NV (C-261/07) u Galatea BVBA vs Sanoma Magazines Belgium NV (C-299/07).
Talbiet għal deċiżjoni preliminari: Rechtbank van koophandel te Antwerpen - il-Belġju.
Direttiva 2005/29/KE- Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerti konġunti lil konsumaturi.
Każijiet Magħquda C-261/07 u C-299/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:581

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

TRSTENJAK

ippreżentati fil-21 ta’ Ottubru 2008 ( 1 )

Kawżi magħquda C-261/07 u C-299/07

VTB-VAB NV

Galatea BVBA

vs vs

Total Belgium NV

Sanoma Magazines Belgium NV

Werrej

 

I — Introduzzjoni

 

II — Il-kuntest ġuridiku

 

A — Id-dritt Komunitarju

 

B — Id-dritt nazzjonali

 

III — Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari

 

IV — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

 

V — L-argumenti prinċipali tal-partijiet

 

Fuq id-Direttiva 2005/29/KE

 

A — Fuq l-Artikolu 49 KE

 

VI — L-evalwazzjoni ġuridika

 

A — Osservazzjonijiet preliminari

 

B — L-ammissibbiltà tar-rinviji

 

1. Ammissibbiltà tas-suġġett għal interpretazzjoni

 

2. Ir-rilevanza tad-domandi preliminari

 

C — Il-kompatibbiltà tal-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana mad-Direttiva 2005/29

 

1. Il-kunċett ta’ “prattiċi kummerċjali” skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29

 

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 2005/29

 

3. L-analiżi tal-istruttura taż-żewġ dispożizzjonijiet

 

a) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29

 

i) L-armonizzazzjoni sħiħa u massima tad-dispożizzjonijiet nazzjonali bħala għan tad-Direttiva

 

ii) L-istruttura tad-Direttiva 2005/29

 

b) Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Belġjana

 

4. Fuq l-irtirar tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-promozzjoni tal-bejgħ fis-suq intern

 

5. Konklużjonijiet

 

D — Il-kompatibbiltà tal-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana mal-libertajiet fundamentali

 

1. Il-libertajiet fundamentali bħala kriterji ta’ evalwazzjoni

 

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali

 

a) Il-moviment liberu tas-servizzi

 

b) Il-moviment liberu tal-merkanzija

 

c) Ir-relazzjoni bejn il-moviment liberu tas-servizzi u l-moviment liberu tal-merkanzija

 

3. Ir-restrizzjoni għal-libertajiet fundamentali

 

a) Il-moviment liberu tal-merkanzija

 

i) Miżura b’effett ekwivalenti

 

— Il-Formula Dassonville

 

— Il-metodi tal-bejgħ

 

ii) Konklużjonijiet

 

b) Il-moviment liberu tas-servizzi

 

4. Ġustifikazzjoni

 

a) Il-protezzjoni tal-konsumatur bħal raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali

 

b) L-idoneità ta’ projbizzjoni fil-prinċipju tal-offerti konġunti

 

c) Il-ħtieġa/Il-proporzjonalità

 

5. Konklużjonijiet

 

VII — Konklużjoni

“Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerti konġunti lil konsumaturi”

I — Introduzzjoni

1.

Dawn iż-żewġ kawżi huma bbażati fuq żewġ rinviji għal deċiżjonijiet preliminari li ġew ippreżentati, skont l-Artikolu 234 KE, mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen, li permezz tagħhom din essenzjalment issaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk id-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva 2005/29”) ( 2 ), u l-Artikolu 49 KE għandhomx jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, fil-prinċipju, l-offerti konġunti.

2.

Fil-qalba tal-kawżi li se jiġu analizzati iktar ’il quddiem, hemm ċerti aspetti essenzjali tal-proċedura Komunitarja ta’ armonizzazzjoni leġiżlattiva fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll tal-moviment transkonfinali liberu tal-merkanzija u tal-moviment transkonfinali liberu tas-servizzi fis-suq intern.

II — Il-kuntest ġuridiku

A — Id-dritt Komunitarju

3.

Il-11 u s-17-il premessa tad-Direttiva 2005/29 jipprovdu:

“(11)

Il-livell għoli ta’ konverġenza milħuq mill-approssimazzjoni tad-disposizzjonijiet nazzjonali permezz ta’ din id-Direttiva joħloq livell komuni għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur. Din id-Direttiva tistabbilixxi projbizzjoni ġenerali waħda għal dawk il-prattiċi kummerċjali żleali li joħolqu distorsjoni fl-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Tistabbilixxi wkoll regoli dwar prattiċi kummerċjali aggressivi, li mhumiex attwalment [ir]regolati fil-livell Komunitarju.

[…]

(17)

Hu kunsiljabbli li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f’kull ċirkustanza żleali għandhom jiġu identifikati sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta’ dawn il-prattiċi kollha. Dawn huma biss il-prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta’ kull każ għalih fid-dawl tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 sa 9. Il-lista tista’ tiġi modifikata biss b’reviżjoni tad-Direttiva.”

4.

L-Artikolu 2 tad-Direttiva jipprovdi dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

[…]

(d)

‘prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur’ (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘prattiċi kummerċjali’) tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, [imġiba] jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali in[k]lużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew [mal-]bejgħ jew [mal-]fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;

[…]”

5.

L-Artikolu 3(1) u (5) tad-Direttiva jipprovdi:

“1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tran[ż]azzjoni kummerċjali fir-rigward ta' xi prodott.

[…]

5.   Għal perjodu ta’ sitt snin minn 00.6.2007, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispo[ż]izzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva u li jimplementaw direttivi li jikkontjenu klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima. Dawn il-miżuri għandhom ikunu essenzjali sabiex jiżguraw li konsumaturi huma mħarsa adegwatament minn prattiċi kummerċjali żleali u għandhom ikunu proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. Ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 18 tista’, jekk hekk jiġi kkunsidrat xieraq, tinkludi proposta sabiex tiġi mtawla din id-deroga għal perjodu ieħor limitat.”

6.

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva, l-Istati Membri la għandhom jirrestrinġu l-libertà tal-provvista ta’ servizzi u lanqas għandhom jirrestrinġu l-moviment liberu ta’ merkanzija għal raġunijiet li jaqgħu fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva.

7.

L-Artikolu 5 tad-Direttiva, intitolat “Projbizzjoni ta’ prattiċi kummerċjali żleali” jipprovdi dan li ġej:

“1.   Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.

2.   Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:

a)

hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, u

b)

toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.

3.   Prattiċi kummerċjali li x’aktarx joħolqu distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika biss ta’ grupp identifikabbli b’mod ċar ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew għall-prodott li għalih din tirriferi minħabba l-mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità tagħhom b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi, għandhom jiġu eżaminati mill-perspettiva ta’ membru medju ta’ dak il-grupp. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta’ reklamar ta’ stqarrijiet eżaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jittieħdu litteralment.

4.   B’mod partikolari, ikunu żleali dawk il-prattiċi kummerċjali li

a)

[i]qarrqu kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7, jew

b)

[i]kunu aggressivi kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9.

5.   Fl-Anness I tinsab lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista tiġi modifikata biss permezz ta’ revisjoni tad-Direttiva.”

8.

L-Artikolu 6 tad-Direttiva jipprovdi d-definizzjoni li ġejja tal-kunċett ta’ “prattiċi kummerċjali qarrieqa”:

“1.   Prattika kummerċjali għandha titqies bħala [qarrieqa jekk] tikkontjeni tagħrif falz u li għalhekk ma tikkorrispondix għall-verità jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq jew x’aktarx tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra […].

2.   Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra […]”.

9.

Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 8 tad-Direttiva jipprovdi d-definizzjoni li ġejja ta’ “prattiċi kummerċjali aggressivi”:

“Prattika kummerċjali għandha titqies bħala aggressiva jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, permezz ta’ fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew ta’ influwenza mhux xierqa, tfixkel b’mod sinifikanti jew x’aktarx tfixkel konsiderevolment il-libertà ta’ l-għażla jew l-imġieba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott u b’hekk tikkawża jew x’aktarx tikkawża li huwa jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.”

10.

L-Artikolu 19 tad-Direttiva jipprovdi dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 12.6.2007. […].

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri sa 12.12.2007 […]”.

B — Id-dritt nazzjonali

11.

L-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana dwar il-prattiki kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur (iktar ’il quddiem, il-“Liġi Belġjana”) ( 3 ), jipprovdi dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ikun hemm offerta konġunta meta l-akkwist, bi flus jew bla ħlas, ta’ prodotti, servizzi, jew ta’ kwalunkwe benefiċċju ieħor, jew ta’ titoli li jippermettu li jinkisbu l-imsemmija, huwa marbut mal-akkwist ta’ prodotti jew servizzi oħrajn, anki jekk ikunu identiċi.

Ħlief fil-każ tad-derogi speċifikati hawn isfel, kull offerta konġunta lil konsumatur magħmula minn bejjiegħ hija pprojbita. Hija wkoll ipprojbita kull offerta konġunta lill-konsumatur minn diversi bejjiegħa li li jkunu qed jaġixxu bi skop komuni.”

12.

L-Artikoli 55 sa 57 tal-Liġi Belġjana jipprovdu ċerti derogi mill-imsemmija projbizzjoni.

13.

L-Artikolu 55 tal-Liġi Belġjana jipprovdi dan li ġej:

“Jistgħu jiġu offruti b’mod konġunt u bi prezz globali:

1.

prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu ħaġa sħiħa

[…];

2.

prodotti jew servizzi identiċi, sakemm:

a)

kull prodott u kull servizz ikun jista' jiġi akkwistat separatament, mill-istess ħanut, bi prezz normali,

b)

ix-xerrej jingħata informazzjoni ċara dwar din il-possibbiltà u dwar il-prezz individwali ta’ kull prodott u ta’ kull servizz,

c)

l-iskont li eventwalment jingħata lil min jakkwista l-prodotti jew is-servizzi flimkien, ma jkunx ta’ iktar minn terz tas-somma tal-prezzijiet individwali.”

14.

L-Artikolu 56 tal-Liġi Belġjana jipprovdi dan li ġej:

“Jistgħu jiġu offruti bla ħlas, flimkien ma’ prodott jew ma’ servizz prinċipali:

1.

l-aċċessorji ta’ prodott prinċipali, li l-produttur tal-prodott ikun adatta b’mod speċifiku għal dak il-prodott u li jiġu pprovduti flimkien mal-prodott sabiex jiġi estiż jew faċilitat l-użu tiegħu,

2.

l-ippakkjar jew ir-reċipjenti wżati għall-protezzjoni jew il-preparazzjoni tas-suq tal-prodotti, fid-dawl tan-natura ta’ dawn il-prodotti,

3.

prodotti u servizzi ċkejknin meqjusa normali fil-kummerċ, kif ukoll it-trasport, l-istallazzjoni, il-kontroll u l-manutenzjoni tal-prodotti mibjugħa,

4.

kampjuni mill-gamma tal-prodotti mill-manifattur jew il-fornitur tal-prodott prinċipali, sakemm jiġu offruti fi kwantità jew f’dimensjonijiet strettament meħtieġa għal evalwazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott,

5.

ritratti bil-kulur, stampi li jeħlu u immaġnijiet oħrajn ta’ valur kummerċjali minimu,

6.

biljetti għal parteċipazzjoni f’lotteriji legalment awtorizzati,

7.

affarijiet b’kitbiet pubbliċitarji li ma jistgħux jitħassru u li jidhru b’mod ċar, li mhumiex għall-kummerċ bħala tali, sakemm il-prezz ta’ produzzjoni tagħhom imħallas mill-bejjiegħ ma jkunx ta’ iktar minn 5% mill-prezz tal-bejgħ tal-prodott jew tas-servizz prinċipali li jitqassmu miegħu.”

III — Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari

15.

Is-suġġett tal-kawża prinċipali fil-Kawża C-261/07 huwa r-rikors li VTB-VAB (iktar ’il quddiem, “VTB”), kumpannija li tipprovdi servizzi ta’ għajnuna meta l-vettura tieqaf jew fil-każ ta’ inċidenti, fetħet kontra Total Belgium NV (iktar ’il quddiem, “Total”), kumpannija sussidjarja tal-Grupp Total, li l-attività prinċipali tagħha hija l-bejgħ tal-karburanti f’pompi tal-petrol.

16.

Mill-15 ta’ Jannar 2007, Total bdiet toffri lill-konsumaturi, li jkollhom il-karta TOTAL-CLUB, tliet ġimgħat bla ħlas ta’ servizz ta’ assistenza fit-triq (TOTAL ASSISTANCE), kull darba li konsumatur jieħu mill-inqas 25 litru ta’ karburant għall-karozza jew mill-inqas 10 litri għall-mutur.

17.

Fil-5 ta’ Frar 2007, VTB ippreżentat quddiem ir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen att ta’ inibizzjoni fil-konfront ta’ Total Belgium NV biex titwaqqaf din il-prattika kummerċjali, billi sostniet li din kienet tikkostitwixxi offerta konġunta projbita mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana.

18.

Is-suġġett tal-kawża prinċipali fil-Kawża C-299/07 huwa r-rikors li BVBA Galatea, ditta li tmexxi negozju ta’ ħwejjeġ ta’ taħt fi Schoten (il-Belġju) kontra Sanoma Magazines Belgium NV, kumpannija sussidjarja tal-Grupp Finlandiż Sanoma (iktar ’il quddiem, “Sanoma”), li fost l-oħrajn tippubblika rivisti għan-nisa, fosthom ir-rivista ta’ kull ġimgħa “Flair”.

19.

Il-ħarġa tat-13 ta’ Marzu 2007 ta’ din ir-rivista kien fiha suppliment ta’ 47 paġna li kien jinkludi vawċer, validu bejn it-13 ta’ Marzu u l-15 ta’ Mejju 2007, li kien jagħti dritt għal skont ta’ bejn il-15% u l-25% fuq diversi prodotti mibjugħa f’diversi ħwienet tal-ħwejjeġ ta’ taħt.

20.

Fit-22 ta’ Marzu 2007, Galatea ressqet quddiem ir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen att ta’ inibizzjoni biex titwaqqaf din il-prattika kummerċjali, billi sostniet li din kienet tikser, fost l-oħrajn, l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana.

21.

Ir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen, fid-digrieti tar-rinviju tagħha, sostniet li fil-perijodu meta seħħew il-fatti, it-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE kien għadu ma skadiex. Madankollu, hija wriet xi dubji rigward il-kompatibbiltà tal-projbizzjoni tal-offerti konġunti, stabbilita mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, mad-Direttiva 2005/29/KE kif ukoll, għall-inqas fir-rigward tal-Kawża C-299/07, mal-Artikolu 49 KE. Għaldaqstant, iddeċidiet, fiż-żewġ kawżi, li tissospendi l-proċeduri u tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

Fil-Kawża C-261/07

“[I]d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 54 tal-liġi Belġjana tal-14 ta’ Lulju 1991, dwar prattiċi kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, li — b’eċċezzjoni tal-każijiet speċifikament stipulati fil-liġi — tipprojbixxi kull offerta konġunta ta’ bejjiegħ lil konsumatur, inkluża l-offerta konġunta ta’ prodott, li l-konsumatur għandu jixtri kif ukoll [ta’] servizz b’xejn, li t-tgawdija tagħha hija marbuta max-xiri tal-prodott, mingħajr kunsiderazzjoni għaċ-ċirkostanzi tal-każ, b’mod partikolari mingħajr kunsiderazzjoni tal-influwenza li l-offerta konkreta jista’ jkollha fuq il-konsumatur medju u [minkejja l-kwistjoni dwar jekk] fiċ-ċirkostanzi konkreti[, din l-offerta] tista[x] tiġi kkunsidrata li tmur kontra l-obbligi ta’ diliġenza professjonali jew [kontra l-]prattiċi onesti kummerċjali?”

Fil-Kawża C-299/07

“L-Artikolu 49 tat-Trattat KE fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll id-[Direttiva], jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 54 tal-liġi Belġjana tal-14 ta’ Lulju 1991, dwar prattiċi kummerċjali u [dwar informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur], li — bl-eċċezzjoni tal-każijiet espliċitament indikati fil-liġi — tipprojbixxi kull offerta konġunta ta’ bejjiegħ lil konsumatur, skont liema offerta l-akkwist b’xejn jew bi ħlas ta’ prodotti, servizzi, benefiċċji jew intitolamenti sabiex dawn jinkisbu jkunu marbutin mal-akkwist ta’ prodotti oħra jew servizzi, anki identiċi, mingħajr kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi tal-każ, u b’mod partikolari mingħajr kunsiderazzjoni tal-influwenza li l-offerta konkreta jista’ jkollha fuq il-konsumatur medju kif ukoll tal-fatt jekk it-tali offerta fiċ-ċirkustanzi konkreti tistax tiġi kkunsidrata li tmur kontra l-obbligi ta’ diliġenza professjonali u tal-użanzi stabbiliti ta’ lealtà kummerċjali?”

IV — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

22.

Id-digrieti tar-rinviju, tal-24 ta’ Mejju 2007 (Kawża C-261/07) u tal-21 ta’ Ġunju 2007 (Kawża C-299/07) waslu fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-1 ta’ Ġunju 2007 u fis-27 ta’ Ġunju 2007 rispettivament.

23.

Fid-29 ta’ Awwissu 2007, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna li ż-żewġ kawżi jingħaqdu.

24.

VTB, Total u Sanoma, il-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Franċiża, tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni ppreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

25.

Skont il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet domanda lill-partijiet li ppreżentaw sottomissjonijiet, li min-naħa tagħhom tawha r-risposta tagħhom.

26.

Waqt is-seduta tat-18 ta’ Ġunju 2008, ir-rappreżentanti ta’ VTB, Total u Sanoma, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Franċiża u tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll ir-rappreżentant tal-Kummissjoni ppreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom.

V — L-argumenti prinċipali tal-partijiet

Fuq id-Direttiva 2005/29/KE

27.

Fiż-żewġ kawżi, il-qorti nazzjonali essenzjalment qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-projbizzjoni tal-offerti konġunti, ipprovduta mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, hix konformi mad-Direttiva 2005/29.

28.

Preliminarjament, VTB tikkontesta l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari, peress li din tikkonċerna l-interpretazzjoni ta’ Direttiva li fil-perijodu li seħħew il-fatti kien għadu ma skadiex it-terminu għat-traspożizzjoni tagħha.

29.

Għall-istess raġuni, minkejja li ma jikkontestawx espliċitament l-ammissibbiltà, il-Gvernijiet ta’ Spanja u tal-Belġju jqisu li d-Direttiva mhijiex applikabbli f’każ bħal dan. B’mod partikolari, dispożizzjoni nazzjonali ma tistax tiġi ddikjarata inapplikabbli minn qorti minħabba ksur ta’ direttiva sakemm ikun għadu ma skadiex it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ dik id-direttiva.

30.

Fuq il-mertu, Total, Sanoma, il-Gvern Portugiż u l-Kummissjoni jqisu li d-Direttiva tipprekludi projbizzjoni ta’ offerti konġunti bħal dik ipprovduta mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana.

31.

Sanoma, Total u l-Kummissjoni jsostnu li l-offerti konġunti jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “prattika kummerċjali” fis-sens tad-Direttiva. Peress li din id-Direttiva twettaq armonizzazzjoni sħiħa fis-settur tal-prattiki kummerċjali żleali, “f’kull ċirkostanza” l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu biss dawk il-prattiki li, skont dak li ġie pprovdut fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva, jissemmew fl-Anness I tad-Direttiva. Madankollu, peress li l-offerti konġunti ma jissemmewx bħala tali fl-imsemmi Anness, dawn diġà ma jistgħux jiġu projbiti per se, imma biss jekk il-qorti nazzjonali, fid-dawl taċ-ċirkostanzi konkreti tal-każ, tqis li hemm ir-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5 tad-Direttiva. Konsegwentement, projbizzjoni fil-prinċipju tal-offerti konġunti, bħal dik ipprovduta mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, tikser id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva wkoll li din il-projbizzjoni, ikun xi jkun il-każ, mhijiex meħtieġa biex il-konsumatur jiġi protett b’mod adegwat mill-prattiki kummerċjali żleali, u lanqas mhija proporzjonata fir-rigward ta’ dan l-għan.

32.

Min-naħa tiegħu, il-Gvern Portugiż josserva biss li l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana jikser id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva safejn dan jipprevedi projbizzjoni ġenerali tal-offerti konġunti u dan minkejja li, fl-Artikoli 55 u 56, il-liġi Belġjana tipprovdi ċerti derogi.

33.

VTB u l-Gvernijiet tal-Belġju u ta’ Franza jsostnu interpretazzjoni opposta.

34.

Skont VTB l-offerti konġunti ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “prattika kummerċjali” fis-sens tad-Direttiva u għaldaqstant ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Ikun xi jkun il-każ, l-Artikolu 5 tad-Direttiva ma jeskludix il-possibbiltà li l-Istati Membri jidentifikaw anki prattiki kummerċjali żleali oħrajn, differenti minn dawk li jissemmew fl-Anness I.

35.

Anki l-Gvern Belġjan isostni li l-offerti konġunti ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “prattika kummerċjali” fis-sens tad-Direttiva. B’mod iktar preċiż, il-Gvern Belġjan iqis li l-offerti konġunti iktar huma relatati mal-proposta għal Regolament dwar il-promozzjoni tal-bejgħ fis-suq intern ( 4 ) li jqis l-offerti konġunti b’mod differenti mill-prattiki kummerċjali li huma s-suġġett tad-Direttiva. Madankollu, peress li din il-proposta ġiet irtirata biss fl-2006, l-awtoritajiet Belġjani, ġustament, qiesu li l-offerti konġunti ma kinux “prattiċi kummerċjali”. Konsegwentement, il-leġiżlatur Belġjan, mat-traspożizzjoni tad-Direttiva, ma qiesx li kellu jemenda l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana jew li kellu jinterpretah fid-dawl tal-Artikolu 5 tad-Direttiva.

36.

Il-Gvern Franċiż isostni teżi essenzjalment simili għal dik tal-Gvern Belġjan, fejn jgħid ukoll li jekk id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri li jipprojbixxu prattiki kummerċjali żleali fil-konfront tal-konsumatur, dan xorta ma jimpedixxix lill-Istati Membri milli jipprojbixxu anki prattiki kummerċjali oħrajn biex jipproteġu lill-konsumaturi, indipendentement minn jekk dawn ikunux żleali jew le fis-sens tad-Direttiva. Bejn dawn il-prattiki ulterjuri hemm anki l-offerti konġunti, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

A — Fuq l-Artikolu 49 KE

37.

Fil-Kawża C-299/07, il-qorti nazzjonali qed tistaqsi wkoll jekk l-Artikolu 49 KE jipprekludix projbizzjoni tal-offerti konġunti bħal dik provduta mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana.

38.

VTB kif ukoll il-Gvernijiet ta’ Spanja, tal-Belġju u ta’ Franza jsostnu li għal din id-domanda għandha tingħata risposta negattiva.

39.

Skont VTB, il-projbizzjoni inkwistjoni, li tista’ tiġi applikata mingħajr distinzjoni kemm fil-konfront tan-negozjanti residenti fil-Belġju kif ukoll fil-konfront tan-negozjanti residenti fi Stati Membri oħrajn, mhija se tgħabbi lil dawn tal-aħħar bl-ebda piż ulterjuri f’termini ta’ spejjeż jew ta’ ħlasijiet amministrattivi, li jista’ jostakola l-moviment liberu tas-servizzi. Ikun xi jkun il-każ, tali projbizzjoni hija ġġustifikata wkoll minn raġunijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

40.

Il-Gvernijiet tal-Belġju u ta’ Franza jqisu li l-Artikolu 49 KE mhuwiex rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jisħqu fuq il-fatt li l-offerti inkwistjoni jikkonċernaw prinċipalment il-bejgħ ta’ prodotti (karburant fil-Kawża C-261/07 u ħwejjeġ ta’ taħt fil-Kawża C-299/07) u mhux l-għoti ta’ servizzi. Għaldaqstant, jekk id-Direttiva tiġi interpretata bħala li ma tipprekludix il-liġi Belġjana, il-projbizzjoni tal-offerti konġunti għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 28 KE, li jikkonċerna l-moviment liberu tal-merkanzija, li anki l-qorti nazzjonali tirreferi għalih fid-digriet tar-rinviju tagħha.

41.

Il-projbizzjoni tal-offerti konġunti provduta mil-Liġi Belġjana għaldaqstant tikkonċerna metodu ta’ bejgħ fis-sens tas-sentenza tal-24 ta’ Novembru 1993, Keck u Mithouard (Kawżi magħquda C-267/91 u C-268/91, Ġabra p. I-6097) u għalhekk ma tistax tostakola l-moviment liberu tal-merkanzija, peress li jkunu ġew sodisfatti ż-żewġ rekwiżiti msemmija mill-ġurisprudenza ċċitata. Tabilħaqq, il-projbizzjoni hija applikabbli fil-konfront tal-operaturi kollha li jwettqu l-attività tagħhom fit-territorju Belġjan, u għandha impatt, kemm mil-lat ġuridiku kif ukoll minn dak fattwali, fuq il-bejgħ kemm ta’ prodotti nazzjonali kif ukoll ta’ prodotti minn Stati Membri oħrajn. Fl-aħħar nett, il-Gvern Franċiż iqis li, ikun xi jkun il-każ, il-projbizzjoni inkwistjoni minn naħa hija ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur u biex ikun hemm kompetizzjoni ġusta, u min-naħa l-oħra hija proporzjonata fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet, peress li hija tipprevedi diversi eċċezzjonijiet għall-istess projbizzjoni.

42.

Anki l-Gvern Spanjol jiċħad l-applikabbiltà tal-Artikolu 49 KE għal sitwazzjoni, bħal din inkwistjoni, fi ħdan Stat, li l-elementi tagħha huma kollha limitati għal Stat Membru wieħed. Fil-fatt, dan il-każ jikkonċerna impriżi stabbiliti fil-Belġju, li joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju Belġjan.

43.

Sanoma, il-Gvern Portugiż u, sa ċertu punt, anki l-Kummissjoni, min-naħa tagħhom iqisu li l-projbizzjoni tal-offerti konġunti, ipprovduta mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, tikser il-moviment liberu tas-servizzi, iggarantit mill-Artikolu 49 KE.

44.

B’mod partikolari Sanoma ssostni li d-dritt tagħha għall-moviment liberu tas-servizzi ġie preġudikat peress li hija ma tistax tippromwovi l-attività tagħha fil-Belġju bl-istess mod kif tagħmel fi Stati Membri oħrajn li ma jipprojbixxux l-offerti konġunti (b’mod partikolari fl-Olanda u fil-Lussemburgu). Sanoma tosserva wkoll li minħabba l-projbizzjoni, il-klijenti Belġjani tagħha ma jistgħux jużaw il-vawċers tal-iskontijiet ippubblikati fir-rivisti bl-Olandiż fil-Fjandri u fl-Olanda, li però jitqassmu anki mal-Belġju kollu. Fl-aħħar nett, Sanoma tqis li, meta titwettaq l-armonizzazzjoni sħiħa permezz tad-Direttiva, il-projbizzjoni inkwistjoni lanqas ma tkun tista’ tiġi ġġustifikata. Ikun xi jkun il-każ, tali projbizzjoni la hija meħtieġa u lanqas proporzjonata biex ikun protett il-konsumatur u biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta.

45.

Il-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, tagħti risposta pjuttost ambigwa.

46.

Minkejja li ssostni argumenti simili għal dawk tal-Gvern Franċiż, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjoni rilevanti f’dan il-każ hija tabilħaqq l-Artikolu 28 KE, u li b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza Keck u Mithouard, il-projbizzjoni inkwistjoni tal-offerti konġunti ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippreċiża li, rigward il-moviment liberu tas-servizzi, ma tqisx li hemm għalfejn isir eżami peress li, f’ċirkostanzi bħal dawn, din il-libertà, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija għalkollox sekondarja għall-moviment liberu tal-merkanzija u tista’ tkun anki konnessa magħha (ara b’mod partikolari s-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2002, Canal Satélite Digital, C-390/99, Ġabra p. I-607, punt 31). Skont il-Kummissjoni wkoll, l-eżami mwettaq mill-qorti nazzjonali fid-digriet tar-rinviju tagħha ma kienx jinkludi r-restrizzjonijiet eventwali għall-moviment liberu tas-servizzi.

47.

Minkejja dan, il-Kummissjoni, sempliċement għal finijiet ta’ prudenza, għamlet dan l-eżami u waslet għall-konklużjoni li l-probizzjoni tal-offerti konġunti hija bla dubju restrizzjoni għall-moviment liberu tas-servizzi, li tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni ġusta.

VI — L-evalwazzjoni ġuridika

A — Osservazzjonijiet preliminari

48.

L-għan tad-Direttiva 2005/29, li ġiet adottata fil-11 ta’ Mejju 2005 mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, huwa li jiġi stabbilit qafas leġiżlattiv uniformi biex jiġu rregolati l-prattiki kummerċjali żleali fil-konfront tal-konsumatur. Skont il-ħames premessa tad-Direttiva, dan l-għan għandu jintlaħaq permezz tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prattiki kummerċjali żleali tal-Istati Membri tal-Komunità sabiex jitneħħew l-ostakli fis-suq intern ( 5 ). B’hekk, l-għan tad-Direttiva huwa li jkun hemm armonizzazzjoni sħiħa f’dan is-settur fuq livell Komunitarju ( 6 ).

49.

Skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2005/29, din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fit-12 ta’ Ġunju 2005. Skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jittrasponuha fid-dritt nazzjonali, billi jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi meħtieġa sa mhux iktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2007, bil-possibbiltà però li, għal perijodu tranżitorju ta’ sitt snin oħra, ikomplu japplikaw ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali iktar restrittivi. Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jiġu applikati biss mit-12 ta’ Diċembru 2007.

50.

Ir-Renju tal-Belġju wettaq formalment dan l-obbligu ta’ traspożizzjoni billi adotta l-Liġi tal-5 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Liġi tal-14 ta’ Lulju 1991 dwar il-prattiki kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur ( 7 ), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2007. Madankollu, il-qorti nazzjonali fid-digrieti tar-rinviju tagħha tirreferi għal dispożizzjoni nazzjonali preċedenti, l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, li kienet fis-seħħ qabel ma daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2005/29, u wriet xi dubji rigward il-konformità ta’ din id-dispożizzjoni mad-dritt Komunitarju.

B — L-ammissibbiltà tar-rinviji

1. Ammissibbiltà tas-suġġett għal interpretazzjoni

51.

Fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, titqies bħala suġġett xieraq għal interpretazzjoni esklussivament dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju — kemm jekk tkun dispożizzjoni tad-dritt primarju jew dispożizzjoni tad-dritt sussidjarju. Id-domandi preliminari li tressqu quddiem ir-Rechtbank van koophandel jikkonċernaw suġġett xieraq għal interpretazzjoni, peress li bihom il-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab tinterpreta l-Artikolu 49 KE u d-Direttiva 2005/29.

52.

Fil-fehma tiegħi, għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tar-rinviji, il-fatt li t-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/29 ma kienx għadu skada meta l-qorti nazzjonali ddeċidiet li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpreta din id-dispożizzjoni Komunitarja mhux rilevanti. Fil-fatt, id-Direttiva 2005/29, kienet ilha fis-seħħ mit-12 ta’ Ġunju 2005 u, għaldaqstant, kienet diġà torbot lill-Istati Membri mil-lat ġuridiku ( 8 ).

53.

Skont l-Artikolu 234 KE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni li tieħdu deċiżjoni, b’mod preliminari, dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-atti maħruġa mill-istituzzjonijiet Komunitarji, indipendentement mill-fatt jekk dawn ikollhomx effett dirett jew le ( 9 ). B’hekk, direttiva li t-terminu għat-traspożizzjoni tagħha jkun għadu ma skadiex, hija inkluża fost l-atti ta’ dik ix-xorta, u fir-rigward tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tintalab tagħti deċiżjoni preliminari meta r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ ammissibbiltà stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 10 ).

2. Ir-rilevanza tad-domandi preliminari

54.

Fir-rigward tar-rilevanza tad-domandi preliminari għall-finijiet tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi mfakkar li l-proċedura għal deċiżjoni preliminari stabbilita mill-Artikolu 234 KE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li bis-saħħa tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati nazzjonali l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju li huma meħtieġa għalihom sabiex tiġi riżolta l-kontroversja li huma mitluba jittrattaw ( 11 ).

55.

Fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha tidher il-kontroversja u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġurisdizzjonali li tintervjeni, li tevalwa, fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kawża, il-bżonn ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi mressqa jittrattaw l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-prinċipju, tiddeċiedi dwarhom ( 12 ).

56.

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom hija ntalbet tieħu deċiżjoni mill-qorti nazzjonali sabiex tivverifika l-kompetenza tagħha. Tista’ biss tirrifjuta li tiddeċiedi dwar domanda preliminari mressqa minn qorti nazzjonali meta jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mitluba ma għandhiex x’taqsam bl-ebda mod mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex l-elementi fattwali jew tad-dritt li huma essenzjali sabiex twieġeb b’mod utli għad-domandi mressqa lilha ( 13 ).

57.

Issa, VTB, il-Gvernijiet ta’ Spanja u tal-Belġju ma setgħu jressqu ebda argument validu biex isostnu li l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29 mhijiex rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali. Anzi, hemm bosta elementi li jixhdu favur ir-rilevanza għad-deċiżjoni tad-domandi preliminari.

58.

Tabilħaqq, għandu jiġi kkonstatat li l-avvenimenti li wasslu għall-kawżi prinċipali seħħew biss ftit xhur qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni, jiġifieri fit-12 ta’ Ġunju 2007. Dak iż-żmien, id-dritt nazzjonali ma kienx għadu ġie emendat u, min-naħa l-oħra, ir-Renju tal-Belġju lanqas ma jidher li kellu l-ħsieb li jneħħi l-projbizzjoni fil-prinċipju tal-offerti konġunti — ċirkostanzi li kienet taf bihom anki l-qorti nazzjonali, kif joħroġ b’mod ċar mid-digrieti tar-rinviju ( 14 ).

59.

Jekk il-possibbiltà li l-liġi Belġjana hija inkompatibbli mad-Direttiva 2005/29, ma tistax tiġi eskluża, il-qorti nazzjonali, fil-kapaċità tagħha ta’ qorti Komunitarja funzjonali, kienet tkun, jekk neċessarju obbligata, ma tapplikax id-dispożizzjonijiet korrispondenti. Dan l-obbligu jirriżulta mis-surpremazija li d-dritt Komunitarju għandu fil-konfront tad-dritt nazzjonali ( 15 ), imma iktar minn hekk mill-obbligu — li ġie rikonoxxut mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10 KE u tat-tielet subparagafu tal-Artikolu 249 KE — li għandhom l-Istati Membri, li jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jilħqu r-riżultat stipulat mid-Direttiva inkwistjoni.

60.

Marbut mal-imsemmi obbligu hemm anki l-obbligu tal-astensjoni minn kwalunkwe mġiba li tista’ ġġib fix-xejn l-isforzi biex jintlaħaq l-għan ta’ Direttiva. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta mill-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10 KE u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 249 KE flimkien mad-Direttiva kkonċernata li, matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ Direttiva, l-Istati Membri destinatarji tagħha għandhom jastjenu milli jadottaw dispożizzjonijiet ta’ natura li jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt minn din id-Direttiva ( 16 ). Dan l-obbligu ta’ astensjoni jikkonċerna lill-korpi kollha tal-Istati Membri, fosthom anki dawk ġurisdizzjonali, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħhom ( 17 ). Dawn tal-aħħar għandhom jivverifikaw jekk atti ġuridiċi nazzjonali eventwali, li nħarġu qabel ma skada t-terminu għat-traspożizzjoni jippreġudikawx it-twettiq tar-riżultat stipulat mid-Direttiva ( 18 ).

61.

Fis-sentenza Adelener ( 19 ), il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li mid-data li fiha direttiva tkun daħlet fis-seħħ, il-qrati tal-Istati Membri għandhom jastjenu safejn huwa possibbli milli jinterpretaw id-dritt intern b’mod li jhedded li jikkomprometti serjament, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, il-kisba tal-għan imfittex minn din id-direttiva. Għandu jitqies ukoll li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ direttiva mhux biss id-dispożizzjonijiet nazzjonali li l-għan espress tagħhom huwa li jittrasponu l-imsemmija Direttiva, iżda wkoll, sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li kienu eżistenti li jistgħu jassiguraw il-konformità tad-dritt nazzjonali ma’ din id-direttiva ( 20 ).

62.

Għaldaqstant, jekk il-qorti nazzjonali jkollha xi suspett, kif ġara f’dawn il-kawżi, li leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ ġġib fix-xejn, wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni, l-għan li għandha direttiva li dalwaqt tiġi trasposta ( 21 ), din il-qorti għandha tadotta l-miżuri meħtieġa diġà waqt il-fażi tat-traspożizzjoni. Fil-prinċipju, fost dawn il-miżuri hija inkluża anki l-possibbiltà li ma jiġix applikat id-dritt nazzjonali li jmur kontra tagħha, jekk ma tkunx prattikabbli interpretazzjoni tad-dritt fis-seħħ li tkun konformi mad-Direttiva ( 22 ).

63.

Madankollu, in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, wisq probabbilment kien iwassal lill-qorti nazzjonali tiċħad parzjalment l-atti ta’ inibizzjoni mressqa minn VTB u minn Galatea kontra Total u Sanoma rispettivament.

64.

Fid-dawl ta’ dak li ngħad iktar ’il fuq, ir-rilevanza tad-domandi preliminari għall-finijiet tad-deċiżjoni fil-kawżi prinċipali ma tistax tiġi kkontestata.

65.

Konsegwentement, id-domandi preliminari mressqa huma ammissibbli.

C — Il-kompatibbiltà tal-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana mad-Direttiva 2005/29

66.

L-ewwel nett għandu jitfakkar li, fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 234 KE, ma għandhiex tkun il-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali mad-dritt Komunitarju. Madankollu, hija għandha l-ġurisdizzjoni li tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-elementi ta’ interpretazzjoni kollha tad-dritt Komunitarju li jistgħu jgħinuha tevawla din il-kompatibbiltà biex tkun tista’ tagħti deċiżjoni dwar il-kawża inkwistjoni ( 23 ).

67.

Iż-żewġ domandi għandhom l-għan li jaċċertaw jekk id-Direttiva 2005/29 tipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana. Għal dan il-għan, l-ewwel nett għandu jiġi vverifikat jekk tali dispożizzjoni, meta titqies il-materja li tirregola, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2005/29.

1. Il-kunċett ta’ “prattiċi kummerċjali” skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29

68.

X’jirriżulta minn din il-verifika jiddependi mir-risposta għad-domanda jekk l-offerti konġunti jistgħux jitqiesu jew le “prattiċi kummerċjali” fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29. Din id-dispożizzjoni tinkludi definizzjoni legali wiesgħa dwar il-“prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur”, fejn, fil-fehma tiegħi, jista’ jiġi inkluż, mingħajr diffikultà, il-kunċett ta’ offerta konġunta.

69.

L-offerti konġunti jikkonsistu fir-rabta f’unità ta’ bejgħ waħda ta’ mill-inqas żewġ offerti ta’ prodotti jew ta’ servizzi differenti. Għaldaqstant ikun hemm offerta konġunta biss meta l-komponenti tar-rabta jkunu tnejn jew iktar beni distinti. Il-kriterju fundamentali biex issir distinzjoni bejn id-diversi forom li bihom isiru dawn l-arranġamenti ta’ rabta huwa t-tip u l-mod tar-rabta, jiġifieri l-kundizzjonijiet li fuqhom l-offerenti jistrutturaw l-offerti globali tagħhom u jqiegħduhom fuq is-suq ( 24 ). Mil-lat tal-immaniġjar ekonomiku, l-offerti konġunti jikkostitwixxu miżura tal-politika tal-prezzijiet u tal-politika ta’ komunikazzjoni — tnejn mill-politiki l-iktar importanti fil-kummerċjalizzazzjoni. Peress li s-swieq mingħajr kompetizzjoni huma pjuttost rari u l-bejjiegħa kważi dejjem iridu jidħlu f’kompetizzjoni ma’ offerenti oħrajn, l-operaturi ekonomiċi, sabiex jirbħu lill-kompetituri tagħhom, ikollhom joħolqu offerti li mhux biss iqanqlu interess, imma jiġbdu lill-konsumaturi. L-offerti konġunti — minħabba r-rabta partikolari ta’ prodotti jew ta’ servizzi differenti f’offerta waħda u minħabba li l-prezz tagħhom ikun jew jidher tajjeb, minħabba l-forma ta’ rabta — għandhom l-għan li jħeġġu lill-klijenti biex jixtruhom. Fi kliem ieħor, dawn għandhom l-għan li jiġbdu lill-klijenti u jżidu l-potenzjal ta’ bejgħ tal-impriżi ( 25 ).

70.

Jekk titqies il-funzjoni tal-offerti konġunti li għadni kemm iddeskrivejt, kif ukoll iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur normalment jiltaqa’ magħhom, jistgħu jiġu ddefiniti bħala azzjonijiet jew komunikazzjonijiet kummerċjali, li jinkludu r-reklami u l-kummerċjalizzazzjoni, li jiġu stabbiliti minn professjonista u jkunu direttament marbuta mal-promozzjoni jew mal-bejgħ ta’ prodott. Għaldaqstant, jikkorrispondu bla ebda dubju għall-kunċett tal-prattiki kummerċjali li jissemmew fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29. Konsegwentement, l-offerti konġunti rregolati mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2005/29.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 2005/29

71.

L-istess konklużjoni tapplika anki rigward il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 2005/29. Fil-fatt, anki jekk din id-Direttiva għandha l-għan li tipproteġi direttament lill-konsumatur, din ir-raġuni ma għandhiex twassal biex l-interessi ekonomiċi tal-kompetituri li jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont il-liġi jitqiesu bħala li jixirqilhom inqas protezzjoni.

72.

Dan jirriżulta kemm mis-sitt, u iktar u iktar mit-tmien premessa tad-Direttiva 2005/29, jiġifieri li l-imsemmija Direttiva tipproteġi indirettament anki lill-impriżi minn kompetituri li ma jirrispettawx ir-regoli pprovduti fiha, biex b’hekk fis-settur li tikkoordina tkun iggarantita kompetizzjoni ġusta ( 26 ).

3. L-analiżi tal-istruttura taż-żewġ dispożizzjonijiet

73.

Biex ikun jista’ jiġi aċċertat jekk id-Direttiva 2005/29 tipprekludix dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, jeħtieġ li ssir analiżi taż-żewġ dispożizzjonijiet fir-rigward tal-għanijiet u tal-istruttura tagħhom, biex imbagħad wara jsir paragun bejniethom.

a) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29

i) L-armonizzazzjoni sħiħa u massima tad-dispożizzjonijiet nazzjonali bħala għan tad-Direttiva

74.

Kif diġà semmejt fil-bidu ( 27 ), id-Direttiva 2005/29 għandha l-għan li tarmonizza għalkollox id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri fis-settur tal-prattiki kummerċjali żleali. Id-Direttiva għandha anki l-għan — b’differenza minn dak li seħħ s’issa fl-istrumenti ġuridiċi li għandhom l-għan li jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur f’setturi speċifiċi — mhux daqstant ta’ armonizzazzjoni minima, imma ta’ armonizzazzjoni massima tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u dan ma jħallix li l-Istati Membri, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet, iżommu jew idaħħlu dispożizzjonijiet iktar restrittivi ( 28 ). Dak li ngħad iktar ’il fuq irriżulta mill-interpretazzjoni kemm tal-preambolu kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva inkwistjoni.

75.

Minn naħa, dan jirriżulta mill-11-il premessa, fejn jingħad li l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li huwa l-għan tad-Direttiva, għandu jwassal għal livell għoli komuni ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Min-naħa l-oħra, it-12-il premessa tenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi u l-imprendituri jkunu jistgħu jistrieħu fuq qafas regolatorju wieħed li jkun ibbażat fuq kunċetti ġuridiċi ddefiniti b’mod ċar li jirregolaw l-aspetti kollha inerenti għall-prattiki kummerċjali żleali fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, anki l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/29 jirreferi għall-metodu ta’ armonizzazzjoni leġiżlattiva, fejn jirriżulta li din l-armonizzazzjoni għandha l-għan li ttejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur u tipperfezzjona s-suq intern.

76.

L-għan li s-settur li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jiġi rregolat fuq livell Komunitarju b’mod sħiħ u komplut huwa sostnut b’mod ċar fid-dikjarazzjonijiet inklużi fl-14 u fil-15-il premessi, fejn tissemma espressament armonizzazzjoni sħiħa. Dan jirriżulta anki mill-klawżola tas-suq intern li tissemma fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29, fejn jingħad li l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu l-moviment liberu tas-servizzi u lanqas il-moviment liberu tal-merkanzija għal raġunijiet relatati mas-settur armonizzat mid-Direttiva.

77.

B’deroga minn din il-klawżola, l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29 jipprovdi li għal perijodu ta’ sitt snin, li jibda mit-12 ta’ Ġunju 2007, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali iktar dettaljati jew vinkolanti minn dak ipprovduti mid-Direttiva fis-settur li qed tarmonizza. Madankollu, din id-deroga hija limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali li ġew stabbiliti sabiex jiġu implementati Direttivi li jinkludu klawżoli minimi ta’ armonizzazzjoni ( 29 ). Fl-aħħar nett, deroga oħra għal armonizzazzjoni sħiħa tinsab fl-Artikolu 3(9) rigward is-servizzi finanzjarji kif iddefiniti mid-Direttiva 2002/65/KE u l-beni immobbli.

ii) L-istruttura tad-Direttiva 2005/29

78.

Il-qalba tad-Direttiva 2005/29 hija magħmula mill-klawżola ġenerali tal-Artikolu 5(1) li tipprojbixxi prattiki kummerċjali żleali. X’għandu jiġi ddefinit effettivament bi “żleali” ġie ppreċiżat fl-Artikolu 5(2). Fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, prattika kummerċjali tkun żleali jekk, minn naħa, tkun kuntrarja għar-rekwiżiti tad-“diliġenza professjonali” u, mill-oħra, tista’ “toħloq distorsjoni sostanzjali” fl-imġiba ekonomika tal-konsumatur. Skont l-Artikolu 5(4) huma żleali b’mod partikolari l-prattiki kummerċjali qarrieqa (l-Artikoli 6 u 7) jew aggressivi (l-Artikoli 8 u 9). L-Artikolu 5(5) jirreferi għall-Anness I u għal-prattiki kummerċjali elenkati hemmhekk, li “għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali”. Din il-lista tiġi applikata b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha u tista’ tiġi emendata biss billi tiġi riveduta d-Direttiva.

79.

Konsegwentement, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni min-naħa tal-korpi ġurisdizzjonali u amministrattivi nazzjonali, l-ewwel nett għandha ssir referenza għal-lista ta’ 31 każ ta’ prattika kummerċjali żleali, inkluża fl-Anness I. Jekk prattika kummerċjali taqa’ taħt waħda minn dawn il-każijiet, din għandha tiġi pprojbita, mingħajr ma jsiru iktar verifiki, pereżempju fuq l-effetti tagħha. Jekk il-każ inkwistjoni ma jkunx inkluż f’din il-lista ta’ projbizzjonijiet, għandu jiġi vverifikat jekk ikunx hemm wieħed mill-każijiet deskrittivi pprovduti mill-klawżola ġenerali (prattiki kummerċjali qarrieqa jew aggressivi). Jekk dan ma jkunx il-każ, tiġi applikata direttament il-klawżola ġenerali tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2005/29 ( 30 ).

b) Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Belġjana

80.

Skont ġurisprudenza kostanti, kull Stat Membru li jkun destinatarju ta’ direttiva għandu l-obbligu li jadotta, fl-ordni ġuridiku tiegħu, dawk il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-effikaċja sħiħa tad-direttiva, f’konformità mal-għan mixtieq ( 31 ). Marbut ma’ dan l-obbligu, hemm l-obbligu tal-leġiżlatur nazzjonali li għandu jittrasponi korrettament id-Direttiva kkonċernata fid-dritt nazzjonali tiegħu ( 32 ).

81.

L-ewwel nett għandu jiġi osservat li l-Liġi Belġjana għandha struttura leġiżlattiva differenti minn dik tad-Direttiva 2005/29, peress li fl-Artikolu 54 tissemma projbizzjoni fil-prinċipju tal-offerti konġunti li mhijiex ipprovduta mid-Direttiva. B’differenza għal dak li tagħmel il-Liġi Belġjana, id-Direttiva tippreżumi li l-prattiki kummerċjali jkunu ġusti, għall-inqas jekk ma jkunx hemm il-kundizzjonijiet, speċifikatament ipprovduti, biex dawn jiġu pprojbiti ( 33 ). Għaldaqstant, hija ssegwi orjentazzjoni differenti minn dik tal-Liġi Belġjana, li tiffavorixxi l-libertà imprenditorjali tal-professjonista u li tikkorrispondi essenzjalment għall-kunċett ta’ “in dubio pro libertate” ( 34 ).

82.

Peress li l-offerti konġunti mhumiex inklużi fost il-prattiki kummerċjali elenkati fl-Anness I, li jitqiesu bħala żleali f’kull ċirkostanza, fil-prinċipju, dawn jistgħu jiġu pprojbiti biss jekk ikunu prattiki kummerċjali żleali, nagħtu mod għaliex ikunu qarrieqa jew aggressivi skont id-definizzjonijiet tad-Direttiva. Lil hinn minn din il-possibbiltà, jista’ jkun hemm projbizzjoni fis-sens tad-Direttiva 2005/29 biss jekk prattika kummerċjali titqies żleali għaliex tkun kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali jew għaliex toħloq jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju, fir-rigward tal-prodott.

83.

Madankollu, jekk dan huwa l-każ tal-offerti konġunti, dan ma jistax jiġi stabbilit b’mod ġenerali, u għalhekk– kif jammetti l-istess Gvern Belġjan ( 35 ) — għandha ssir evalwazzjoni tal-prattika kummerċjali konkreta tal-każ individwali. Mill-bqija, anki l-leġiżlatur Komunitarju, kif jirriżulta mis-17-il premessa, iqis li f’każ li prattika kummerċjali ma tkunx inkluża mal-prattiki kummerċjali elenkati fl-Anness I, tkun meħtieġa evalwazzjoni każ b’każ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29 ( 36 ).

84.

Skont il-Gvern Belġjan anki l-leġiżlatur nazzjonali, permezz tad-derogi pprovduti fl-Artikoli 55 sa 57 tal-Liġi Belġjana, ipprovda għal tali evalwazzjoni. Madankollu, jista’ jiġi oġġezzjonat li għalkemm l-imsemmija derogi tabilħaqq jillimitaw il-projbizzjoni fil-prinċipju tal-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, xorta jibqa’ l-fatt li din hija lista speċifika ta’ prattiki kummerċjali legali, li ma tistax tiġi estiża biex tiffavorixxi l-libertà imprenditorjali. Il-leġiżlazzjoni Belġjana, meta titqies l-orjentazzjoni tagħha, hija statika, u biss b’leġiżlazzjoni ġdida tista’ tiġi emendata b’tali mod li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva.

85.

Din il-projbizzjoni fil-prinċipju, fl-aħħar mill-aħħar, twassal biex l-orjentazzjoni liberali tal-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni żleali, li għandha d-Direttiva 2005/29, titbiddel fl-oppost tagħha, peress li l-projbizzjoni ssir prinċipju u l-libertà imprenditorjali tispiċċa bħala eċċezzjoni. Mil-lat ġuridiku, il-projbizzjoni tal-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, irrispettivament mill-eċċezzjonijiet inklużi fih, tinvolvi estensjoni mhux ikkontrollata tal-lista tal-prattiki kummerċjali pprojbiti, inkluża fl-Anness I, filwaqt li proprju din l-estensjoni ġiet prekluża lill-Istati Membri għal finijiet ta’ armonizzazzjoni sħiħa u massima li hija l-għan tad-Direttiva 2005/29 ( 37 ).

86.

Għaldaqstant, l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, minkejja li jiġu pprovduti ċerti eċċezzjonijiet fl-Artikoli 55 sa 57, huwa strutturat b’termini iktar restrittivi u inqas flessibbli mid-Direttiva 2005/29, li tistabbilixxi evalwazzjoni każ b’każ biex ikun ivverifikat jekk hemmx prattiki żleali ( 38 ).

87.

Kif osservat ġustament il-Kummissjoni, il-kompitu li prattika kummerċjali tiġi evalwata biex jitqies jekk hix żleali jew le fid-dawl taċ-ċirkostanzi konkreti, fejn jitqies partikolarment l-effett tagħha fuq l-imġiba ekonomika ta’ konsumatur medju, ġie fdat mil-leġiżlatur Komunitarju f’idejn il-korpi ġurisdizzjonali u amministrattivi nazzjonali. Dan jirriżulta espressament mid-diċitura tat-18-il premessa tad-Direttiva ( 39 ). Skont l-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva, dawn għandhom il-kompitu li jiggarantixxu l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva permezz ta’ sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati fuq livell nazzjonali ( 40 ). Madankollu, jekk il-leġiżlatur Belġjan jistabbilixxi bil-liġi biss liema huma dawk il-prattiki kummerċjali legali u ma jirriserva l-ebda marġni ta’ evalwazzjoni lill-korpi ġurisdizzjonali u amministrattivi nazzjonali, li anki dawn huma d-destinatarji tad-Direttiva 2005/29, l-għan ta’ traspożizzjoni effettiva tad-Direttiva fuq livell nazzjonali jispiċċa fix-xejn ( 41 ).

88.

Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat jekk dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, li tistabbilixxi projbizzjoni fil-prinċipju tal-offerti konġunti mingħajr ma tipprovdi l-possibbiltà li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ inkwistjoni, ġietx ifformulata f’termini iktar restrittivi u ibsin mid-dispożizzjonijiet inklużi fid-Direttiva 2005/29 ( 42 ).

89.

F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana jikkonċerna settur li huwa suġġett għal armonizzazzjoni sħiħa u li fir-rigward tiegħu ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet tranżitorji li jissemmew fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29. Ikun xi jkun il-każ, ma jirriżultax u lanqas ma kien sostnut mill-Gvern Belġjan, li l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana għandu l-għan li jimplementa d-direttivi msemmija fid-dispożizzjoni ċċitata ( 43 ). Bl-istess mod lanqas id-deroga tal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2005/29 mhi applikabbli.

4. Fuq l-irtirar tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-promozzjoni tal-bejgħ fis-suq intern

90.

Jeħtieġ li nistaqsu x’effetti jista’ jkollu, għall-finijiet tal-interpretazzjoni li ntalbet lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-irtirar tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-promozzjoni tal-bejgħ fis-suq intern. Il-Gvern Belġjan, sostnut mill-Gvern Franċiż, tabilħaqq jisħaq fuq il-fehma tiegħu li l-materja rregolata minn dan ir-Regolament tinkludi fost l-oħrajn anki l-offerti konġunti. Fil-fehma tiegħu, mill-irtirar tal-proposta tal-Kummissjoni ma jistax jiġi dedott li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2005/29 issa jista’ jkopri dan l-ambitu.

91.

Fil-fehma tiegħi, il-Gvern Belġjan ma jistax jinvoka b’mod validu l-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi, peress li l-aspettattivi leġittimi li huwa qed jinvoka hawnhekk mhumiex ibbażati fuq sempliċi proposta ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja li, fl-aħħar mill-aħħar, qatt ma daħlet fis-seħħ. Kif josserva l-istess Gvern Belġjan, il-proċeduri leġiżlattivi relatati mar-Regolament u mad-Direttiva 2005/29 sa ċertu punt saru fl-istess perijodu. Il-Gvern Belġjan, bħala rappreżentant istituzzjonali ta’ Stat Membru preżenti fil-Kunsill, ħa sehem, b’mod determinanti, fiż-żewġ proċeduri leġiżlattivi, u għaldaqstant kien il-ħin kollu informat bl-iżviluppi li kien qed ikun hemm. Fuq il-livell ġuridiku, għaldaqstant, ma jistax isostni b’mod effettiv li ma kienx jaf xi żviluppi kien qed ikollhom iż-żewġ proċeduri leġiżlattivi ( 44 ).

92.

Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ir-responsabbiltà partikolari, fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttivi, tal-gvernijiet tal-Istati Membri preżenti fil-Kunsill. Pereżempju, mill-fatt li dawn il-gvernijiet jieħdu sehem fix-xogħlijiet ta’ tħejjija tad-Direttivi, iddeduċiet li dawn għandhom ikunu jistgħu jippreparaw fit-terminu stabbilit id-dispożizzjonijiet legali meħteġa sabiex jiġu implementati ( 45 ).

93.

Għaldaqstant, il-Gvern Belġjan, mhux iktar tard minn meta ġiet irtirata l-proposta tal-Kummissjoni ( 46 ), eventwalment kellu jivverifika jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2005/29 kienx jestendi anki għas-setturi li sa dak iż-żmien kienu koperti mir-Regolament propost. Il-ħtieġa għal tali verifika kienet evidenti, iktar u iktar għaliex id-Direttiva 2005/29 kienet maħsuba, skont il-ħsieb oriġinali tagħha, minn naħa li ddaħħal dispożizzjonijiet ġenerali sussidjarji fis-settur tad-dritt Komunitarju rigward il-protezzjoni tal-konsumatur, u min-naħa l-oħra, li twettaq armonizzazzjoni sħiħa tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-prattiki kummerċjali żleali ( 47 ). Meta jitqies li l-irtirar seħħ f’waqt meta t-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/29 kien għadu ma skadiex, il-leġiżlatur Belġjan kellu l-obbligu li jqis dawn l-elementi li kien jaf bihom sabiex jadatta d-dritt nazzjonali.

94.

Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud.

5. Konklużjonijiet

95.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li ssemmew iktar ’il fuq, nikkonkludi li d-Direttiva 2005/29 tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana.

D — Il-kompatibbiltà tal-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana mal-libertajiet fundamentali

96.

Bid-digriet tar-rinviju relatat mal-Kawża C-299/07 qed tintalab anki verifika dwar jekk l-Artikolu 49 KE jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana.

97.

Minkejja li fid-domanda preliminari li tikkonċerna l-Kawża C-261/07 ma tissemma l-ebda talba korrispondenti biex jiġi interpretat l-Artikolu 49 KE, madankollu l-qorti nazzjonali qajmet espliċitament din il-kwistjoni fil-motivazzjoni tad-digriet tar-rinviju tagħha. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tipprovdi lill-qorti tar-rinviju bl-elementi kollha għall-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju li jistgħu jkunu utli sabiex il-kawża li hija jkollha quddiemha tiġi deċiża, indipendentement minn jekk hija tagħmilx jew le referenza għal dan fid-diċitura tad-domandi preliminari ( 48 ). Meta jitqiesu l-effetti li deċiżjoni preliminari jkollha fuq l-ordni ġuridiku tar-Renju tal-Belġju, inqis li huwa essenzjali li l-Artikolu 49 KE jiġi analizzat anki meta tiġi evalwata l-Kawża C-261/07.

98.

Madankollu, l-ewwel jeħtieġ jiġi ċċarat jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE jistgħux jitqiesu bħala parametru ta’ evalwazzjoni, u liema libertajiet fundamentali eventwalment huma rilevanti għal dan il-każ.

1. Il-libertajiet fundamentali bħala kriterji ta’ evalwazzjoni

99.

Skont il-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta kwistjoni hija rregolata b’mod armonizzat fuq livell Komunitarju, kull miżura nazzjonali li għandha x’taqsam magħha trid tkun evalwata fid-dawl ta’ din il-miżura ta’ armonizazzjoni u mhux fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE ( 49 ). Minkejja dan, kif tosserva ġustament il-Kummissjoni, għandna nżommu quddiem għajnejna li l-Istati Membri kienu obbligati jittrasponu d-Direttiva 2005/29 sa mhux iktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2007 ( 50 ). Kif ingħad iktar ’il fuq, kellha tkun il-qorti nazzjonali li tivverifika, saħansitra qabel ma skada t-terminu għat-traspożizzjoni, jekk kinitx meħtieġa interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali konformi mad-Direttiva biex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-istess Direttiva. Madankollu, din il-problema ma kinitx tikkonċerna d-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE relatati mal-libertajiet fundamentali, li huma applikabbli direttament, li l-applikabbiltà tagħhom mhijiex inkwistjoni. Għal din ir-raġuni, inqis li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE, għall-inqas għal dak li jikkonċerna l-kawżi prinċipali preżenti, jistgħu jitqiesu bħala kriterji ta’ evalwazzjoni flimkien mad-Direttiva 2005/29.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali

100.

Ir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen, fid-digriet tar-rinviju tagħha fil-Kawża C-299/07, eżaminat il-konformità mad-dritt Komunitarju tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju dwar il-moviment liberu tas-servizzi u dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, fejn ibbażat l-eżami tagħha fuq l-Artikolu 28 KE. Il-Gvernijiet tal-Belġju u ta’ Franza flimkien mal-Kummissjoni josservaw, b’sostenn tat-teżi tagħhom, li fil-qalba taż-żewġ kawżi hemm il-libertà fundamentali tal-moviment tal-merkanzija u mhux dik tal-provvista tas-servizzi.

a) Il-moviment liberu tas-servizzi

101.

Skont l-Artikolu 50 KE, is-servizzi huma definiti bħala tali meta normalment jingħataw bi ħlas. Sanoma, skont l-informazzjoni li hi stess tat, tipprovdi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ reklamar, bi ħlas, permezz tad-distribuzzjoni ta’ għadd ta’ rivisti, inkluża r-rivista “Flair”, f’uħud mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Olanda, il-Belġju u l-Lusemburgu. Fost dawn is-servizzi hija inkluża anki l-pubblikazzjoni tal-offerta ta’ skont fl-imsemmija rivista, li tat bidu għall-kawża prinċipali. Għaldaqstant, jista’ jitqies li kien hemm servizz fis-sens tal-Artikolu 50 KE.

102.

Skont id-digriet tar-rinviju fil-Kawża C-261/07, Total toffri lill-klijenti tagħha servizz bla ħlas ta’ tiswija tal-karozzi, fejn is-servizzi korrispondenti jingħataw minn parti terza, jiġifieri l-impriża Touring. Minkejja li mhumiex magħrufa d-dettalji tar-relazzjoni kuntrattwali bejn iż-żewġ impriżi, madankollu nistgħu nippreżumu li b’dan il-mod Touring tipprovdi servizzi bi ħlas lil Total.

b) Il-moviment liberu tal-merkanzija

103.

Madankollu, mill-perspettiva ta’ konsumatur — u fil-fehma tiegħi hija din il-perspettiva li jeħtieġ li nqisu — ix-xiri ta’ rivista flimkien mal-offerta ta’ skont, bħas-sitwazzjoni fil-Kawża C-299/07, fl-aħħar mill-aħħar, tissarraf fl-akkwist ta’ prodott u mhux ta’ servizz, bir-riżultat li dan jista’ jitqies bħala li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-moviment liberu tal-merkanzija.

104.

L-istess jista’ jingħad għall-fatti tal-Kawża C-261/07, li jikkonċernaw primarjament ix-xiri ta’ karburant, u għalhekk ta’ prodott. Minkejja li l-konsumatur jibbenefika minn servizzi bla ħlas tal-assistenza fit-triq provduti mill-impriża (Touring) assoċjata ma’ Total, madankollu l-konsumatur ma jixtrix il-prodott biss biex jikseb is-servizzi marbuta miegħu. Anzi, dawn, skont il-funzjoni tal-offerti konġunti, għandhom jinkoraġġixxu x-xiri tal-prodott ( 51 ).

105.

Għaldaqstant, dawn il-każijiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni taż-żewġ libertajiet fundamentali.

c) Ir-relazzjoni bejn il-moviment liberu tas-servizzi u l-moviment liberu tal-merkanzija

106.

Jeħtieġ li nistaqsu x’relazzjoni hemm bejn dawn il-libertajiet fundamentali. Mis-sottomissjonijiet tal-Gvernijiet tal-Belġju u ta’ Franza jirriżulta li fil-fehma tagħhom il-moviment liberu tal-merkanzija jipprevali fuq il-moviment liberu tas-servizzi.

107.

Meta miżura nazzjonali tirrestrinġi kemm il-moviment liberu tal-merkanzija kif ukoll il-moviment liberu tas-servizzi, effettivament, il-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel l-istħarriġ tagħha fil-prinċipju biss fir-rigward ta’ waħda biss miż-żewġ libertajiet fundamentali msemmija jekk jirriżulta li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, waħda minnhom hija kompletament sekondarja meta mqabbla mal-oħra u tista’ tkun konnessa magħha ( 52 ). Barra minn hekk, jeħtieġ jitqies li, taħt l-Artikolu 50 KE, il-moviment liberu tas-servizzi huwa sekondarju għall-moviment liberu tal-merkanzija.

108.

F’dawn il-każijiet, madankollu, il-moviment liberu tas-servizzi ma jistax ikun marbut mal-moviment liberu tal-merkanzija. Tiġi osservata distinzjoni bejn il-moviment liberu tal-merkanzija u l-moviment liberu tas-servizzi, kif ġiet proposta mill-Gvernijiet tal-Belġju u ta’ Franza, biss fil-każ ta’ “provvisti mħallta” fi ħdan l-istess relazzjoni ta’ provvista ( 53 ).

109.

Kif osservat ġustament il-Kummissjoni ( 54 ), kull waħda minn dawn iż-żewġ libertajiet fundamentali tikkonċerna relazzjonijiet ġuridiċi differenti — waħda r-relazzjoni bejn l-impriżi, l-oħra r-relazzjoni bejn l-impriża u l-konsumatur — biex b’hekk l-ebda waħda ma tista’ titqies bħala sussidjarja għall-oħra. Konsegwentement, il-kompatibbiltà tal-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana mad-dritt Komunitarju għandha tiġi vverifikata fid-dawl taż-żewġ libertajiet fundamentali.

3. Ir-restrizzjoni għal-libertajiet fundamentali

a) Il-moviment liberu tal-merkanzija

i) Miżura b’effett ekwivalenti

— Il-Formula Dassonville

110.

Il-moviment liberu tal-merkanzija huwa ggarantit b’mod partikolari permezz tal-projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi għall-importazzjoni kif ukoll kwalunkwe miżura b’effett ekwivalenti bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea skont l-Artikolu 28 KE.

111.

Skont ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-projbizzjoni tal-miżuri li għandhom effett ekwivalenti għar-restrizzjonijiet stabbilita fl-Artikolu 28 KE tkopri l-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ kollha tal-Istati Membri li tista’ tostakola, b’mod dirett jew indirett, realment jew potenzjalment, il-kummerċ intrakomunitarju ( 55 ). B’hekk, għalkemm miżura nazzjonali ma jkollhiex l-għan li tirregola l-kummerċ bejn l-Istati Membri, dak li huwa determinanti huwa l-effett tagħha fuq il-kummerċ intrakomunitarju, irrispettivament minn jekk ikunx reali jew potenzjali ( 56 ). Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza huwa suffiċjenti li jkun hemm effetti potenzjali fuq il-kummerċ intrakomunitarju biex jitqies li fil-każ inkwistjoni teżisti sitwazzjoni transkonfinali ( 57 ).

112.

Fis-sentenza Oosthoek’s Uitgeversmaatschappij ( 58 ), il-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward ta’ projbizzjoni Olandiża li jingħataw rigali, iddikjarat li kien hemm restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija. F’dak iż-żmien, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li leġiżlazzjoni li tirrestinġi jew tipprojbixxi forom partikolari ta’ reklamar u mezzi partikolari ta’ promozzjoni tal-bejgħ, anki jekk ma tinfluwenzax direttament l-importazzjonijiet, tista’ tillimita l-volum tagħhom billi jkollha impatt fuq il-possibbiltà li l-prodotti importati jiġu ddistribwiti. Ma jistax jiġi eskluż li l-fatt li l-operatur ikkonċernat ikun imġiegħel jadotta diversi skemi ta’ reklamar jew ta’ promozzjoni tal-bejgħ skont l-Istati Membri li fihom ikun qed iwettaq ħidmietu, jiġifieri li jirrinunzja għal skema li huwa jqis li partikolarment effettiva, jista’ jkun ostaklu għall-importazzjonijiet, anki jekk l-imsemmija dispożizzjoni tiġi applikata kemm għall-prodotti nazzjonali kif ukoll għal dawk importati.

113.

Jien nara ċertu xebh bejn dawn il-fatti u l-fatti tal-kawża C-299/07. Fil-fatt, projbizzjoni ta’ offerti konġunti, bħal dik ipprovduta mil-Liġi Belġjana, anki jekk ma tinfluwenzax direttament l-importazzjonijiet, tista’ tagħmilha iktar diffiċli biex l-impriżi jbiegħu prodotti partikolari fil-Belġju milli fi Stati Membri oħra fejn l-offerti konġunti huma permessi. F’dan il-każ, dan japplika għal Sanoma, impriża stabbilita fil-Finlandja, li, skont l-informazzjoni li hi stess tat, permezz tar-rivisti tagħha tirreklama offerti konġunti ta’ diversi offerenti, b’mod partikolari fil-Finlandja, fl-Olanda u fil-Lussemburgu, pajjiżi li fihom m’hemmx projbizzjoni ta’ din ix-xorta. Ikun xi jkun il-każ, tali projbizzjoni twassal biex Sanoma tkun tista’ tbiegħ ir-rivisti tagħha fil-Belġju biss wara li tkun aċċertat ruħha li hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ipprovduti mil-Liġi Belġjana.

114.

Għaldaqstant, għall-inqas fuq il-bażi tad-definizzjoni wiesgħa ta’ miżura b’effett ekwivalenti skont l-Artikolu 28 KE, jidher li jeżisti limitu għall-moviment liberu tal-merkanzija.

— Il-metodi tal-bejgħ

115.

Madankollu, fis-sentenza Keck u Mithouard ( 59 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw jew jipprojbixxu ċerti modalitajiet ta’ bejgħ, ma jistgħux jikkostitwixxu ostaklu dirett jew indirett, fil-fatt jew potenzjalment, għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-operaturi kkonċernati kollha li jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju nazzjonali u jaffettwaw bl-istess mod, fid-dritt kif ukoll fil-fatt, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti nazzjonali u ta’ prodotti li joriġinaw minn Stati Membri oħra.

116.

Il-projbizzjoni nazzjonali ta’ offerti konġunti mhijiex dispożizzjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi tal-prodott peress li ma tikkonċernax l-isem, il-forma, id-daqs, il-piż, il-kompożizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikettar jew l-ippakkjar ta’ prodott ( 60 ). Minflok, din hija dispożizzjoni li tikkonċerna d-distribuzzjoni tal-prodott, li tipprojbixxi ċerti strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni maħsuba għall-promozzjoni tal-bejgħ ( 61 ) u, għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar, ta’ metodu ta’ bejgħ fis-sens tal-ġurisprudenza.

117.

Fl-aħħar nett, għandu jiġi dedott mid-digriet tar-rinviju ( 62 ) li l-projbizzjoni, fil-Belġju tapplika kemm għall-operaturi nazzjonali kif ukoll għal dawk barranin.

ii) Konklużjonijiet

118.

Minn dawn l-elementi, nixtieq nagħlaq billi nosserva li l-projbizzjoni tal-offerti konġunti skont l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana ma tistax titqies bħala miżura b’effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 28 KE.

119.

Konsegwentement, l-Artikolu 28 KE ma jipprekludix tali dispożizzjoni ta’ Stat Membru.

b) Il-moviment liberu tas-servizzi

120.

L-Artikolu 49 KE, jimponi mhux biss l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni kontra l-fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor minħabba n-nazzjonalità tiegħu, iżda wkoll it-tneħħija ta’ kull restrizzjoni, anki jekk din tapplika mingħajr distinzjoni għall-fornituri nazzjonali u għal dawk ta’ Stati Membri oħra, meta hija ta’ natura li tipprojbixxi, tostakola jew tagħmel inqas attraenti l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, li fih dan jipprovdi servizzi simili legalment ( 63 ).

121.

Skont l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, il-projbizzjoni inkwistjoni tagħmilha iktar diffiċli li impriża bħal Sanoma tipprovdi servizzi ta’ reklamar lil impriżi oħrajn li, skont id-definizzjoni legali inkluża fid-dispożizzjoni tal-liġi msemmija, għandhom ikunu ddefiniti bħala offerti konġunti. Kif ingħad iktar ’il fuq ( 64 ), prattikament Sanoma tkun qed tiġi mġiegħla tikkontrolla kull reklam sabiex tivverifika jekk dan huwiex konformi mal-leġiżlazzjoni Belġjana, filwaqt li tali kundizzjoni mhijiex meħtieġa f’pajjiżi oħra fejn hija tqassam ir-rivisti tagħha u fejn m’hemmx projbizzjoni simili. Din il-kundizzjoni definittivament tista’ tagħmel inqas interessanti l-introduzzjoni ta’ offerti konġunti partikolari min-naħa ta’ Sanoma u tal-imsieħba kummerċjali tagħha, offerti li huma indirizzati, fost l-oħrajn, anki lill-qarrejja residenti fil-Belġju. Għalhekk, hemm restrizzjoni għall-moviment liberu tas-servizzi.

122.

Skont ġurisprudenza kostanti, l-Artikolu 49 KE ma japplikax fir-rigward ta’ attivitajiet li huma limitati f’kull aspett fi Stat Membru wieħed ( 65 ). Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi kkonstatat, għall-kuntrarju tal-Kawża C-299/07, li m’hemmx sitwazzjoni transkonfinali fil-C-261/07, iktar u iktar għaliex kemm Total kif ukoll Touring għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Belġju. Madankollu, fil-fehma tiegħi, dan il-fatt ma jeskludix l-applikabbiltà tal-Artikolu 49 KE, ladarba l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49 KE għandom japplikaw f’kull każ fejn fornitur ta’ servizzi joffri s-servizzi tiegħu fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun stabbilit, indipendentement minn fejn ikun stabbilit id-destinatarju ta’ dawn is-servizzi ( 66 ). Kif spjegat Total fis-sottomissjonijiet tagħha, l-offerta ta’ Total Assistance hija applikata f’iktar minn 35 pajjiż Ewropew. Peress li Touring tagħti servizzi ta’ assistenza fit-triq lill-klijenti ta’ Total anki barra mill-Belġju hija tagħtiha, bħala l-imsieħba kummerċjali tagħha, servizz li jista’ jiġi definit bħala transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 49 KE.

123.

Projbizzjoni ġenerali ta’ offerti konġunti li permezz tagħha tiġi pprojbita l-provvista ta’ servizz ta’ assistenza fit-triq marbut max-xiri ta’ karburant mingħajr ma jkun hemm il-possibbiltà li jiġu mistħarrġa ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ partikolari, hija definittivament ta’ natura li timpedixxi b’mod sinjifikanti l-għoti ta’ servizzi ta’ din ix-xorta. B’hekk, tkun qed twettaq restrizzjoni għall-moviment liberu tas-servizzi ( 67 ).

4. Ġustifikazzjoni

124.

Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, peress li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tikkostitwixxi waħda mill-prinċipji fundamentali tal-Komunità ( 68 ), restrizzjoni ta’ din il-libertà tista’ tiġi ammessa biss jekk l-għan imfittex minnha jkun leġittimu u kompattibbli mat-Trattat u jkun ġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, safejn, fl-istess każ, din tkun tista’ tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex u li ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex dan jinkiseb ( 69 ).

a) Il-protezzjoni tal-konsumatur bħal raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali

125.

L-għan tad-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkonsisti, kif jirriżulta mill-istess titolu tal-liġi, fil-protezzjoni tal-konsumatur. Il-ġurisprudenza tammetti li l-protezzjoni tal-konsumatur hija raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjoni fil-moviment liberu tas-servizzi ( 70 ).

b) L-idoneità ta’ projbizzjoni fil-prinċipju tal-offerti konġunti

126.

Fis-sentenza ċċitata Oosthoek’s Uitgeversmaatschappij ( 71 ), il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li l-offerta ta’ rigali bħala mezz ta’ promozzjoni tal-bejgħ tista’ twassal biex il-konsumaturi jieħdu żball rigward il-prezzijiet reali tal-prodotti u tista’ tgħawweġ il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bbażata fuq il-kompetittività. Għaldaqstant, leġiżlazzjoni li, li għall-imsemmija raġuni tillimita jew saħansitra tipprojbixxi tali prattiki kummerċjali, tista’ tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-konsumatur u għal kummerċ ġust.

127.

Għalkemm minn perspettiva kunċettwali, offerta konġunta ma tistax tiġi pparagunata ma’ rigal ( 72 ), madankollu anki offerta konġunta li mhijiex trasparenti tista’ twassal biex il-konsumaturi jieħdu żball rigward il-kontenut reali u l-kwalitajiet effettivi tal-prodotti jew tas-servizzi offruti b’mod konġunt. Ikun hemm livell għoli ta’ riskju li jitwettaq żball b’mod partikolari meta min jirreklama l-prodott jaħbi ċerta informazzjoni fundamentali jew jipprovdiha b’mod mhux ċar, li ma tinftiehemx jew ambigwu. Jekk minħabba f’hekk il-konsumatur jagħmel żball dwar kemm ikun jaqbillu l-prezz tal-offerta konġunta, dwar il-karatteristiċi jew anki dwar il-valur tal-offerti konġunti, fl-istess ħin tkun qed titnaqqaslu l-possibbiltà li jipparaguna l-prezz u l-kwalità ta’ din l-offerta ma’ offerti simili offruti minn operaturi oħrajn ( 73 ). Għaldaqstant, projbizzjoni fil-prinċipju ta’ offerti konġunti tista’ tipprevjeni dan ir-riskju għall-konsumatur.

c) Il-ħtieġa/Il-proporzjonalità

128.

Fil-fehma tiegħi, madankollu, projbizzjoni fil-prinċipju ta’ offerti konġunti tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tal-protezzjoni tal-konsumatur.

129.

Naqbel mal-Kummissjoni meta tgħid li din il-protezzjoni tista’ tkun iggarantita wkoll permezz ta’ arranġamenti iktar flessibbli u differenzjati, jiġifieri billi jiġu pprojbiti biss dawk l-offerti konġunti li, skont il-karatteristiċi konkreti tal-każ inkwistjoni, għandhom jitqiesu qarrieqa jew aggressivi jew inkella li jbiddlu jew li jistgħu jbiddlu b’mod anki sostanzjali l-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju. Id-Direttiva 2005/29 toffri mudell ta’ arranġamenti ta’ din ix-xorta.

130.

Arranġamenti differenzjati jkunu iktar meħtieġa meta, kif ingħad iktar ’il fuq, mhux kull offerta konġunta tista’ tiġi definita bħala prattika kummerċjali żleali ( 74 ). Għaldaqstant, jista’ jkun hemm konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità biss minn dispożizzjoni li tipproteġi kemm jista’ jkun il-moviment liberu tas-servizzi u tipprojbixxi biss il-prattiki kummerċjali li jagħmlu ħsara lill-protezzjoni tal-konsumatur. Madankollu, dispożizzjoni bħal dik ipprovduta mill-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana, li tistabbilixxi projbizzjoni fil-prinċipju tal-offerti konġunti u tammetti biss ċerti każijiet ta’ offerti ta’ dik ix-xorta li ġew elenkati speċifikatament, tmur kontra din l-orjentazzjoni liberali ( 75 ).

131.

Għaldaqstant, hemm restrizzjoni sproporzjonata għall-moviment liberu tas-servizzi.

5. Konklużjonijiet

132.

Għar-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq, l-Artikolu 49 KE jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana.

VII — Konklużjoni

133.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen fit-termini li ġejjin:

Id-Direttiva 2005/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju, kif ukoll l-Artikolu 49 KE dwar il-moviment liberu tas-servizzi jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana tal-14 ta’ Lulju 1991 dwar il-prattiki kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur li — ħlief il-każijiet speċifikatament elenkati fil-liġi — tipprojbixxi kull offerta konġunta ta’ bejjiegħ lil konsumatur, biex b’hekk l-akkwist, bi flus jew bla ħlas, ta’ prodotti, ta’ servizzi, ta’ benefiċċji oħra, jew ta’ vawċers li jippermettu biex jinkisbu l-imsemmija, huwa marbut max-xiri ta’ prodotti jew ta’ servizzi oħrajn, anki jekk ikunu identiċi, u dan indipendentement miċ-ċirkostanzi tal-każ, b’mod partikolari indipendentement mill-impatt li l-offerta speċifika jista’ jkollha fuq il-konsumatur medju, u indipendentement minn jekk l-imsemmija offerta fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tistax titqies bħala li tmur kontra l-obbligi ta’ diliġenza professjonali jew ta’ prattiki kummerċjali onesti.


( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.

( 2 ) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 ta-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, 11.6.2005).

( 3 ) Il-Liġi tal-14 ta’ Lulju 1991 dwar il-prattiki kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur (traduzzjoni uffiċjali bil-Ġermaniż fil-Belgisches Staatsblatt tad-19 ta’ Jannar 1994).

( 4 ) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-bejgħ fis-suq intern COM(2001) 546 finali (2001/0227/COD), ippreżentata fl-4 ta’ Ottubru 2001 (ĠU C 75, 26.3.2002, p. 11-16).

( 5 ) Fuq livell leġiżlattiv, id-Direttiva 2005/29 twettaq l-orjentazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-ġejjieni tal-protezzjoni tal-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea, deskritti fil-Green paper tagħha tat-2 ta’ Ottubru 2001 (COM (2001) 531 finali). F’dak it-test, il-Kummissjoni tilmenta li fil-konfront tal-konsumatur is-suq intern ma wettaqx il-potenzjalitajiet tiegħu, u fis-settur tat-tranżazzjonijiet B2C, mhux qed iżomm il-pass, mal-iżvilupp kontinwu tas-suq intern (“B2C” tfisser “Business to Consumer”, jiġifieri komunikazzjonijiet u relazzjonijiet kummerċjali bejn l-impriżi u persuni privati, bil-kontra ta’ komunikazzjonijiet u relazzjonijiet kummerċjali bejn l-impriżi jew bejn l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi, li jikkostitwixxu s-settur imsejjaħ “B2B”). F’każi rari biss, il-konsumaturi jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern permezz ta’ xiri transkonfinali. Il-Kummissjoni tidentifika l-kawża ta’ dan fl-eżistenza ta’ serje ta’ dispożizzjonijiet frammentati fl-Istati Membri u f’sistema ta’ implementazzjoni frammentarja, li tbeżża’ lill-konsumatur. Il-Kummissjoni, fil-Green paper, tipproponi fost l-oħrajn li tiġi adottata Direttiva Qafas Komunitarja għall-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward il-korrettezza tal-prattiki kummerċjali fis-settur B2C. L-orjentazzjonijiet tagħha rigward it-tfassil ta’ din id-Direttiva Qafas intlaqgħu fid-Direttiva 2005/29 attwali.

( 6 ) F’dan ir-rigward, anki F. Henning-Bodewig, “Die Richtlinie 2005/29/EG über unlautere Geschäftspraktiken”, Gewerblicher Rechtsschutz u Urheberrecht Internationaler Teil, 2005, Heft 8/9, p. 629-630; J. Massaguer, El nuevo derecho contra la competencia desleal — La Directiva 2005/29/CE sobre las Prácticas Comerciales Desleales, Cizur Menor 2006, p. 14, 51, 53; H.-W. Micklitz, “Das Konzept der Lauterkeit in der Richtlinie 2005/29/EG”, Droit de la consommation/Konsumentenrecht/Consumer law, Liber amicorum Bernd Stauder, Basel 2006, p. 299 u 306; J. Kessler, “Lauterkeitsschutz u Wettbewerbsordnung — Zur Umsetzung der Richtlinie 2005/29/EG über unlautere Geschäftspraktiken in Deutschland u Österreich”, Wettbewerb in Recht u Praxis, Heft 7, 2007, p. 716; G. De Cristofaro, “La direttiva 2005/29/CE — Contenuti, rationes, caratteristiche”Le pratiche commerciali sleali tra imprese e consumatori, Torino 2007, p. 32 et seq; L. Di Mauro, “L’iter normativo: Dal libro verde sulla tutela die consumatori alla direttiva sulle pratiche commerciali sleali”, Le pratiche commerciali — Direttive comunitarie e ordinamento italiano, Milan 2007, p. 26, fejn jingħad li l-għan tad-Direttiva 2005/29 huwa li jkun hemm armonizzazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet nazzjonali.

( 7 ) Il-Liġi tal-5 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Liġi tal-14 ta’ Lulju 1991 dwar il-prattiki kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi (Moniteur Belge/Belgisch Staatsblad/Belgisches Staatsblatt tal-21 ta’ Ġunju 2007, Nru. 189, p. 34272).

( 8 ) Kif sostna l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-konklużjonijiet tiegħu li ppreżenta fl-24 ta’ April 1997 fil-kawża Inter-Environnement Wallonie (C-129/96, Ġabra p. I-7411, punt 30), l-obbligu li tiġi implementata d-Direttiva jsir effettiv mhux mid-data tat-terminu ffissat għat-traspożizzjoni, imma dakinhar li d-Direttiva tidħol fis-seħħ jew ikollha effett, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 254 KE. Skont l-Artikolu 254(1) KE, id-direttivi li jiġu adottati permezz tal-proċedura li tissemma fl-Artikolu 251 KE jidħlu fis-seħħ fid-data stabbilita minnhom stess. F’dan il-każ, din id-data ġiet stabbilita, kif ingħad iktar ’il fuq, għat-12 ta’ Ġunju 2005. Skont C. Hoffmann, “Die zeitliche Dimension der richtlinienkonformen Auslegung”, Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, 2006, Heft 46, p. 2113 et seq, il-fażi ta’ qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni mhix nieqsa minn effetti ġuridiċi. Fil-fatt, bid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva jkun diġà ġie definittivament stabbilit l-għan tal-armonizzazzjoni Komunitarja u l-Istati Membri jingħataw l-ordni biex jittrasponu d-Direttiva. Għaldaqstant id-Direttiva torbot fir-rigward tal-għanijiet tagħha u, f’ċerti limiti, diġà hija parti mill-ordinament ġuridiku nazzjonali.

( 9 ) Sentenzi tal-20 ta’ Mejju 1976, Mazzalai (111/75, Ġabra p. 657, punt 7); tal-10 ta’ Lulju 1997, Maso et (C-373/95, Ġabra p. I-4051, punt 28); u tal-10 ta’ Diċembru 2002, British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco (C-491/01, Ġabra p. I-11453, punt 32).

( 10 ) Sentenza British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 33).

( 11 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tas-16 ta’ Lulju 1992, Meilicke (C-83/91, Ġabra p. I-4871, punt 22); u tal-5 ta’ Frar 2004, Schneider (C-380/01, Ġabra p. I-1389, punt 20).

( 12 ) Sentenza Schneider (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 21).

( 13 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tas-16 ta’ Diċembru 1981, Foglia vs Novello (244/80, Ġabra p. 3045, punt 18); tal-15 ta’ Ġunju 1995, Zabala Erasun et (C-422/93 sa C-424/93, Ġabra p. I-1567, punt 29); tat-12 ta’ Marzu 1998, Djabali (C-314/96, Ġabra p. I-1149, punt 19); u Schneider (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 22). Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano li kienu ppreżentati fit-18 ta’ Jannar 2005 fil-kawża Längst (C-165/03, Ġabra 2005, p. I-5640, punt 45) u s-sentenza tat-30 ta’ Ġunju 2005 fl-istess kawża (punti 30-35).

( 14 ) Fil-punt 5 taż-żewġ digrieti tar-rinviju, il-qorti nazzjonali minn naħa tikkonstata li “id-Direttiva 2005/29 ma tipprovdix projbizzjoni ta’ offerti konġunti, biex b’hekk il-leġiżlatur forsi jkollu jemenda l-Artikolu 54 [tal-Liġi Belġjana] u/jew jabolih, biex b’hekk il-qrati — meta jiskadi t-terminu għat-traspożizzjoni — probabbilment ikollhom il-fakultà u l-obbligu li ma japplikawx din il-projbizzjoni, sakemm jimponi obbligi li ma għadhomx permessi iktar mid-Direttiva”. Min-naħa l-oħra, il-qorti nazzjonali tikkonstata wkoll li “jidher li l-awtoritajiet Belġjani mhumiex qed iqisu li jirrevokaw din il-projbizzjoni fil-prinċipju tal-offerti konġunti”.

( 15 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tal-5 ta’ Frar 1963, Van Gend & Loos (26/62, Ġabra p. 3); tal-15 ta’ Lulju 1964, Costa vs E.N.E.L. (6/64, Ġabra p. 1253); tas-17 ta’ Diċembru 1970, Internationale Handelsgesellschaft (11/70, Ġabra p. 1125); u tad-9 ta’ Marzu 1978, Simmenthal (106/77, Ġabra p. 629).

( 16 ) Sentenzi tat-18 ta’ Diċembru 1997, Inter-Environnement Wallonie (C-129/96, Ġabra p. I-7411, punt 45); tat-8 ta’ Mejju 2003, ATRAL (C-14/02, Ġabra p. I-4431, punt 58); tat-22 ta’ Novembru 2005, Mangold (C-144/04, Ġabra p. I-9981, punt 67); u tal-4 ta’ Lulju 2006, Adelener et (C-212/04, Ġabra p. I-6057, punt 121).

( 17 ) Sentenzi tat-13 ta’ Novembru 1990, Marleasing (C-106/89, Ġabra p. I-4135, punt 8); tal-14 ta’ Lulju 1994, Faccini Dori (C-91/92, Ġabra p. I-3325, punt 26); Inter-Environnement Wallonie (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 40); tal-25 ta’ Frar 1999, Carbonari et (C-131/97, Ġabra p. I-1103, punt 48); u tal-5 ta’ Ottubru 2004, Pfeiffer et (C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835, punt 110).

( 18 ) Sentenza Inter-Environnement Wallonie (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 46). F’dan ir-rigward, ara wkoll P. Vcelouch, Kommentar zu EU- und EG-Vertrag (ed. Heinz Mayer), Vjenna 2004, Artikolu 249, paragrafu 45, p. 16.

( 19 ) Sentenza Adelener et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 123).

( 20 ) Sentenza tas-7 ta’ Settembru 2006, Cordero Alonso (C-81/05, Ġabra p. I-7569, punt 29).

( 21 ) Il-possibbiltà li tintervjeni l-qorti nazzjonali huwa suġġett għall-preżenza tal-periklu li, wara li jiskadi t-terminu għat-traspożizzjoni, l-għanijiet tad-Direttiva jkunu kompromessi (ara f’dan ir-rigward anki C. Hoffmann, “Die zeitliche Dimension der richtlinienkonformen Auslegung”, Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, 2006, Heft 46, p. 2116). Bl-istess mod anki W. Schroeder, EUV/EGV Kommentar (ed. Rudolf Streinz), Artikolu 249 EGV, paragrafu 139, p. 2197, isostni li l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-Direttiva min-naħa tal-korpi amministrattivi u ġurisdizzjonali jirriżulta biss b’mod eċċezzjonali, jekk il-miżuri leġiżlattivi ta’ traspożizzjoni jipprovdu li t-twettiq tal-għanijiet tad-Direttiva jista’ jiġi definittivament kompromess.

( 22 ) Naturalment l-obbligu għall-qorti nazzjonali li tagħti interpretazzjoni konformi mad-Direttiva jiġi limitat mill-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari dawk taċ-ċertezza legali u tan-nuqqas ta’ retroattività, u għaldaqstant ma jistax jagħmilha ta’ bażi għal interpretazzjoni contra legem tad-dritt nazzjonali (ara s-sentenzi tat-8 ta’ Ottubru 1987, Kolpinghuis, 80/86, Ġabra p. 3969, punt 13; Adeneler et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 110); u tal-15 ta’ April 2008, Impact, C-268/06, Ġabra p. I-2483, punt 100; ara wkoll is-sentenza Pupino tas-16 ta’ Ġunju 2005, C-105/03, Ġabra p. I-5285, punti 44 u 47). Madankollu, jekk Direttiva jkollha effett dirett, għandu jitqies anki l-obbligu ġenerali ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt Komunitarju. Għaldaqstant, jekk applikazzjoni konformi bħal din ma tkunx possibbli, il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu li tapplika b’mod sħiħ id-dritt Komunitarju u li tipproteġi d-drittijiet li dan jagħti lill-individwi, billi eventwalment ma tapplikax dawk id-dispożizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-każ, twassal għal riżultat li jmur kontra d-dritt Komunitarju (ara s-sentenzi tal-21 ta’ Mejju 1987 Albako, 249/85, Ġabra p. 2345, punti 13 et seq; tal-4 ta’ Frar 1988, Murphy, Ġabra p. 673, punt 11; u tas-26 ta’ Settembru 2000, Engelbrecht, C-262/97, Ġabra p. I-7321, punt 40; ara wkoll W. Schroeder, iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21; Artikolu 249 EGV, paragrafu 127, p. 2195).

( 23 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi Costa vs E.N.E.L. (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15); tad-29 ta’ Novembru 2001, De Coster, (C-17/00, Ġabra p. I-9445, punt 23); u tas-16 ta’ Jannar 2003, Pansard et (C-265/01, Ġabra p. I-683, punt 18).

( 24 ) L-intensità tar-rabta, il-funzjoni tal-komponenti individwali offerti fl-offerta globali (b’mod partikolari, il-funzjoni prinċipali jew addizzjonali), kif ukoll is-sehem f’perċentwali ta’ kull element tal-offerta mill-prezz globali huma kriterji fundamentali biex l-offerti konġunti jiġu kklassifikati. Huwa possibbli li ssir distinzjoni bejn offerti konġunti fis-sens strett tat-terminu u dawk f’sens iktar wiesa’. Fl-offerti konġunti fis-sens strett tat-terminu, l-offerti konġunti kollha għandhom funzjoni prinċipali. B’differenza minn operazzjonijiet kummerċjali konġunti oħrajn, ikkaratterizzati mill-fatt li bejn il-prodotti jew is-servizzi tinħoloq relazzjoni ta’ komponent prinċipali u komponent addizzjonali, f’dan il-każ il-komponenti kollha tal-offerta jkollhom l-istess importanza. B’mod partikolari, l-offerta bi prezz globali, fejn il-prodotti jew is-servizzi differenti jiġu magħquda f’pakkett bi prezz globali, tifforma parti minn dan it-tip ta’ offerta konġunta. Min-naħa l-oħra, dawk l-offerti fejn il-prodotti jew is-servizzi jiġu magħquda u mibjugħa f’pakkett, imma mingħajr ma jkollhom il-karatteristiċi ta’ offerta bi prezz globali, jifformaw parti mill-offerti konġunti f’sens wiesa’. B’mod partikolari, il-każ ta’ dawk li jissejħu offerti promozzjonali, fejn flimkien ma’ prodott jew servizz prinċipali, normalment disponibbli fis-suq, jiġu offerti bi prezz partikolarment tajjeb prodott jew servizz ieħor addizzjonali li madankollu ma jkunux jistgħu jinxtraw mingħajr il-prodott jew is-servizz prinċipali jaqa’ f’din il-kategorija. Taqa’ wkoll f’din il-kategorija l-każ tar-rabta, bla ħlas, ta’ prodott jew servizz ma’ prodott jew servizz offrut bi ħlas (ara f’dan ir-rigward S. Charaktiniotis, Die lauterkeitsrechtlichen Zulässigkeitsschranken der Kopplungsangebote nach der Aufhebung der Zugabeverordnung, Frankfurt am Main 2005, p. 28-33).

( 25 ) F’dan ir-rigward, S. Charaktiniotis (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, p. 19); H. Köhler, “Kopplungsangebote (einschließlich Zugaben) im geltenden u künftigen Wettbewerbsrecht”, Gewerblicher Rechtsschutz u Urheberrecht, 2003, Heft 9, p. 729. P. Bartolomucci, “Le pratiche commerciali sleali ed il contratto: Un’evoluzione del principio della transparenze”, Le pratiche commerciali — Direttive comunitaria ed ordenamento italiano, Milan 2007, p. 261, jinkludi anki l-offerta ta’ servizzi addizzjonali fost il-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni li l-impriżi jużaw biex, minn darba għall-oħra, jiksbu ishma mis-suq ikkonċernat u jiżguraw l-akbar numru possibbli ta’ klijenti.

( 26 ) Ara G. Abbamonte, “The unfair commercial practices Directive and its general prohibition”, The regulation of unfair commercial practices under EC Directive 2005/29 — New rules and new techniques, Norfolk 2007, p. 17, li jsostni li l-protezzjoni tal-kompetituri mill-kompetizzjoni inġusta hija effett indirett tad-Direttiva.

( 27 ) Ara l-punt 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 28 ) F’dan ir-rigward J. Massaguer (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, p. 15); G. Abbamonte (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, p. 19); kif ukoll L. De Brouwer, “Droit de la Consommation - La Directive 2005/29/CE du 11 mai 2005 relative aux pratiques comerciales déloyales”, Revue de Droit Commercial Belge, Heft 7, Settembru 2005, p. 796, li miċ-ċirkustanza li d-Direttiva 2005/29 twettaq armonizzazzjoni massima jiddeduċi l-konklużjoni li l-Istati Membri mhumiex awtorizzati jadottaw dispożizzjonijiet iktar restrittivi, lanqas fil-każ li dawn ikollhom l-għan li jiggarantixxu livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. G. De Cristofaro (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, p. 32) iqis li l-Istati Membri ma jistgħux jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u lanqas jistabbilixxu livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. Skont J. Kessler (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, p. 716) id-Direttiva ma tiffissax biss standards minimi, imma timpedixxi li l-Istati Membri l-oħra jżommu dispożizzjonijiet li, f’isem il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, imorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet materjali tad-Direttiva, billi jistabbilixxu rekwiżiti iktar restrittivi.

Ara wkoll is-sentenza tat-8 ta’ April 2003, Pippig Augenoptik (C-44/01, Ġabra p. I-3095, punti 40 u 44), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ġibdet l-attenzjoni għal kif is-setgħat tal-Istati Membri jvarjaw skont jekk ikun każ ta’ armonizzazzjoni minima jew każ ta’ armonizzjazzjoni sħiħa. Minn naħa, fil-fatt, sostniet li, peress li l-leġiżlatur Komunitarju wettaq, fir-rigward tar-reklamar qarrieq, biss armonizzazzjoni minima tal-iskemi nazzjonali, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 84/450 kien jippermetti li f’dan il-qasam l-Istati Membri japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali iktar restrittivi bil-għan li jiggarantixxu protezzjoni iktar wiesgħa, b’mod partikolari, tal-konsumaturi. Min-naħa l-oħra, ċaħdet l-eżistenza ta’ setgħa simili għall-protezzjoni minn reklamar qarrieq fil-każ speċifiku tar-reklamar komparattiv, peress li d-Direttiva 84/450 kienet wettqet armonizzazzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet li fihom seta’ jkun permissibbli r-reklamar komparattiv fl-Istati Membri.

( 29 ) Fost id-Direttivi li jinkludu klawżoli minimi ta’ armonizzazzjoni, li jissemmew fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29, huma inklużi d-Direttivi li ġejjin: Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju (ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31); Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox inkluż (package travel), il-vaganzi kollox inkluż u t-tours kollox inkluż (ĠU L 158, 23.06.1990, p. 59); Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare (ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83); Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19); Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27); Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23).

( 30 ) Anki l-analiżi proposta minn G. De Cristofaro (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, p. 12), u minn F. Henning-Bodewig (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, p. 631).

( 31 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tal-1 ta’ Frar 1977, Verbond van Nederlandse Ondernemingen (51/76, Ġabra p. 113, punt 22); tas-26 ta’ Frar 1986, Marshall (152/84, Ġabra p. 723, punt 48); tal-24 ta’ Ottubru 1996, Kraaijeveld et (C-72/95, Ġabra p. I-5403, punt 55); tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-336/97, Ġabra p. I-3771, punt 19); tat-8 ta’ Marzu 2001, Il-Kummissjoni vs Franza (C-97/00, Ġabra p. I-2053, punt 9); tas-7 ta’ Mejju 2002, Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja (C-478/99, Ġabra p. I-4147, punt 15); u tas-26 ta’ Ġunju 2003, Il-Kummissjoni vs Franza (C-233/00, Ġabra p. I-6625, punt 75).

( 32 ) It-traspożizzjoni tad-Direttiva tagħmel parti minn proċedura leġiżlattiva mqassma fuq żewġ livelli, fejn it-tieni livell jinsab fuq livell tad-dritt nazzjonali. Permezz tat-traspożizzjoni materjali fuq livell tad-dritt nazzjonali tiġi kkonkretizzata r-regolamentazzjoni inkluża fid-Direttiva (f’dan ir-rigward, ara P. Vcelouch, iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, Artikolu 249, punti 48 u 50, p. 17 u 18).

( 33 ) F’dan ir-rigward, G. Abbamonte (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, p. 15) iqis li d-Direttiva għandha orjentazzjoni liberali, u minħabba f’hekk dak kollu li mhux espliċitament ipprojbit huwa permess. G. De Cristofaro (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, p. 11) jenfasizza korrettament li d-Direttiva għandha metodu preċiż, peress li tistabbilixxi l-kriterji li fuq il-bażi tagħhom għandu jiġi evalwat jekk prattika kummerċjali hix żleali, imma toqgħod għalkollox lura milli tiddeskrivi l-karatteristiċi ta’ prattika kummerċjali żleali.

( 34 ) Din il-massima tad-dritt Ruman litteralment tfisser “meta jkollok dubju ffavorixxi l-libertà”, u oriġinarjament kienet tikkonċerna biss il-kwistjoni jekk xi ħadd kellux jitqies bħala lsir jew le (ara D. Liebs, Lateinische Rechtsregeln u Rechtssprichwörter, München 1998, p. 103). Fid-duttrina ġuridika kontemporanja ma’ dan il-prinċipju huwa assoċjat l-istandard minimu ta’ libertà ta’ kull individwu fi ħdan sistema soċjali partikolari. Pereżempju H. Kelsen, Reine Rechtslehre, Vjenna 1960, p. 43, jgħid li d-dritt — peress li huwa ordinament soċjali li jistabbilixxi l-penali — jirregola l-imġiba tal-bniedem mhux biss b’mod pożittiv (jiġifieri billi jimponi ċertu mġiba billi jipprovdi att ta’ infurzar, bħal penali, għal imġiba li tmur kontra d-dritt, li b’dan il-mod tiġi pprojbita), imma anki b’mod negattiv (jiġifieri fejn ma jkun ipprovdut l-ebda infurzar għal imġiba partikolari, biex b’hekk din l-imġiba la tkun ipprojbita u lanqas ma tkun imposta mġiba kontra tagħha). Konsegwentement, skont Kelsen, “imġiba li ma tkunx ipprojbita mil-lat ġuridiku (f’dan is-sens negattiv) hija ġuridikament permessa” [traduzzjoni libera]. Bl-istess mod ara wkoll R. Alexy, Theorie der Grundrechte, Baden-Baden 1985, p. 517, li jitkellem dwar supremazija prima facie tal-libertà ġuridika bħala prinċipju ġuridiku.

( 35 ) Fil-punt 19 tat-tweġiba għall-mistoqsija li għamlitlu l-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Belġjan osserva li l-Artikolu 54 tal-Liġi Belġjana oriġinarjament ġej mil-Liġi tal-14 ta’ Lulju 1971. Dak iż-żmien il-leġiżlatur Belġjan kien tal-fehma li l-offerti konġunti ma setgħux jitqiesu per se bħala prattiki kummerċjali żleali, u għaldaqstant kien jeħtieġ li jiġi vverifikat każ b’każ jekk l-offerti konġunti kinux ġusti jew le.

( 36 ) Dan huwa meħud minn raġunament a contrario bbażat fuq it-tielet sentenza tas-17-il premessa, fejn tabilħaqq jingħad li l-prattiki kummerċjali elenkati fl-Anness I huma l-uniċi prattiki kummerċjali li “jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta’ kull każ għalih fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 sa 9”.

( 37 ) G. Abbamonte (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, p. 21) josserva li l-Istati Membri ma jistgħux jestendu awtonomament il-lista tal-prattiki kummerċjali pprojbiti, inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 2005/29. Li kieku jistgħu jagħmlu dan, l-armonizzazzjoni massima li hija l-għan tad-Direttiva tiġi eluża, biex b’hekk jispiċċa fix-xejn l-għan taċ-ċertezza tad-dritt.

( 38 ) Skont J. Massaguer (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, p. 50 u 51) il-leġiżlatur nazzjonali — fid-dawl tal-armonizzazzjoni sħiħa mwettqa mid-Direttiva 2005/29 — ma jistax jintroduċi prattiki kummerċjali pprojbiti oħra li jkunu differenti minn dawk elenkati fl-Anness I. Bl-istess mod, il-leġiżlaturi nazzjonali ma jistgħux jintroduċu projbizzjonijiet fil-prinċipju (“per se”) — jiġifieri projbizzjonijiet li ma jeħtiġux evalwazzjoni każ b’każ tal-eżistenza tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29 — li jmorru lil hinn minn dawk elenkati fl-Anness I. L-awtur jiddubita, għaldaqstant, mill-kompatibbiltà mad-Direttiva 2005/29 tal-projbizzjoni fil-prinċipju tal-operazzjonijiet kummerċjali konġunti.

( 39 ) F’dan ir-rigward, ara wkoll U. Bernitz, “The Unfair Commercial Practices Directive: Scope, Ambitions and Relation to the Law of Unfair Competition”, The Regulation of Unfair Commercial Practices under EC Directive 2005/29 — New Rules and New Techniques, Norfolk 2007, p. 39, li min-naħa tiegħu jirreferi għat-18-il premessa tad-Direttiva, fejn jingħad dan li ġej: “Il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeżerċitaw il-fakultà ta’ ġudizzju tagħhom, filwaqt li jittieħed kont tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur medju f’każ determinat.” Fl-20 premessa jissemma wkoll l-esperiment tal-azzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi.

( 40 ) Fl-Istati Membri tal-Komunità — minħabba kundizzjonamenti storiċi kif ukoll differenzi fl-istrutturi tad-diversi ordinamenti ġuridiċi — jeżistu diversi skemi penali relatati mal-prattiki kummerċjali żleali. S’issa, id-dritt Komunitarju ġab uniformità fost id-dispożizzjonijiet penali u proċedurali tal-Istati Membri biss f’termini ferm limitati, u ma jimponi l-ebda skema biex jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali żleali. Id-Direttiva 2005/29 ma biddlitx din is-sitwazzjoni, peress li d-dritt Komunitarju jkompli jaċċetta diversi skemi nazzjonali ta’ implementazzjoni. Għadha r-responsabbiltà tal-leġiżlaturi nazzjonali li jagħżlu l-istrumenti — kemm jekk ikunu tad-dritt amministrattiv, kemm tad-dritt penali jew dak ċivili — biex jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali żleali, kif jikkonferma t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva. Barra minn hekk huma permessi anki taħlit ta’ diversi skemi penali. Għandhom ikunu huma wkoll li jistabbilixxu jekk għandux ikun hemm proċedura ġudizzjarja jew waħda amministrattiva (f’dan ir-rigward, ara C. Alexander, “Die Sanktions- u Verfahrensvorschriften der Richtlinie 2005/29/KE über unlautere Geschäftspraktiken im Binnenmarkt — Umsetzungsbedarf in Deutschland?”, Gewerblicher Rechtsschutz u Urheberrecht, 2005, Heft 10, p. 810, u J. Massaguer, iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, p. 144).

( 41 ) J. Stuyck, “The Unfair Commercial Practices Directive and its Consequences for the Regulation of Sales Promotion and the Law of Unfair Competition”, f’The regulation of unfair commercial practices under EC Directive 2005/29 — New rules and new techniques, Norfolk 2007, p. 170, jenfasizza li d-Direttiva 2005/29 timponi stħarriġ każ b’każ biex ikun ivverifikat jekk prattika kummerċjali tkunx żleali jew le. Dan l-awtur iqis li, skont d-Direttiva 2005/29, leġiżlazzjoni nazzjonali li tinkludi projbizzjoni fil-prinċipju jew tirregola b’mod astratt ċerti forom ta’ promozzjoni tal-bejgħ, bħall-bejgħ bi prezz irħas mill-prezz tal-produzzjoni, l-offerti ta’ rigal, il-kupuni, il-bejgħ bl-irħis (sales), eċċ. mingħajr ma tirriserva lill-qorti l-fakultà li tevalwa f’dak il-każ jekk il-prattika inkwistjoni għandhiex titqies żleali fil-konfront tal-konsumaturi, ma tistax tiġi applikata iktar.

( 42 ) Ara L. De Brouwer (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28, p. 795) li jiddubita mill-kompatibbiltà mad-Direttiva 2005/29 tal-projbizzjoni Belġjana tal-offerti konġunti.

( 43 ) Ara l-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 44 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi li ġew ippreżentati fit-13 ta’ Settembru 2007 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-319/06, Ġabra 2008, p. I-4323, punt 45) fejn sostnejt li gvern, fid-dawl tar-rwol li għandu ta’ rappreżentant leġittimu ta’ Stat Membru preżenti fil-Kunsill, jista’ joġġezzjona għal preżunzjoni ta’ għarfien tad-dikjarazzjonijiet interpretattivi li jiġu adottati minn dan il-korp fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva.

( 45 ) Sentenzi tal-1 ta’ Marzu 1983, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (301/81, Ġabra p. 467, punt 11); u tat-23 ta’ Novembru 2000, Il-Kummissjoni vs Franza (C-319/99, Ġabra p. I-10439, punt 10).

( 46 ) Deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni li tirtira l-proposta tagħha għal Regolament ġiet ippubblikata fil-ĠU C 64, 17.3.2006, p. 3. Madankollu, il-Kummissjoni diġà kienet ħabbret din id-deċiżjoni fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Ir-riżultat tal-eżami tal-proposti leġiżlattivi pendenti quddiem il-Leġiżlatur COM(2005) 462 finali, p. 10.

( 47 ) Minn dan il-lat anki J. Stuyck (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, p. 161) li jippreżumi li mid-dehra ċerti Stati Membri ma ndunawx bil-fatt li d-dispożizzjonijiet inklużi fil-proposta għal Regolament li ġiet irtirata, kienu jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn il-professjonista u l-konsumatur, fl-aħħar mill-aħħar reġgħu ġew stabbiliti fid-Direttiva 2005/29 (meta jitqies l-għan tal-imsemmija Direttiva li twettaq armonizzazzjoni sħiħa).

( 48 ) Ara s-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 1990, SARPP (C-241/89, Ġabra p. I-4695, punt 8); tat-2 ta’ Frar 1994, Verband Sozialer Wettbewerb — dik li ġeneralment tissejjaħ is-sentenza “Clinique” (C-315/92, Ġabra p. I-317, punt 7); u tal-4 ta’ Marzu 1999, Consorzio per la tutela del formaggio Gorgonzola (C-87/97, Ġabra p. I-1301, punt 16); tas-7 ta’ Settembru 2004, Trojani (C-456/02, Ġabra p. I-7573, punt 38); u tas-17 ta’ Frar 2005, Oulane (C-215/03, Ġabra p. I-1215, punt 47).

( 49 ) Sentenzi tal-5 ta’ Ottubru 1977, Tedeschi (5/77, Ġabra p. 1555, punt 35); tat-30 ta’ Novembru 1983, Van Bennekom (227/82, Ġabra p. 3883, punt 35); tat-12 ta’ Ottubru 1993, Vanacker u Lesage (C-37/92, Ġabra p. I-4947, punt 9); tal-5 ta’ Ottubru 1994, Centre d’insémination de la Crespelle (C-323/93, Ġabra p. I-5077, punt 31); tal-11 ta’ Lulju 1996, Bristol-Myers Squibb et (C-427/93, C-429/93 u C-436/93, Ġabra p. I-3457, punt 25); tat-13 ta’ Diċembru 2001, Daimler Chrysler (C-324/99, Ġabra p. I-9897, punt 32); u tal-11 ta’ Diċembru 2003, Deutscher Apothekerverband (C-322/01, Ġabra p. I-14887, punt 64). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi li ppreżentajt fl-4 ta’ Settembru 2008 fil-kawża Danske Slagterier vs Il-Ġermanja (C-445/06, pendenti quddiem il-Qorti).

( 50 ) Ara l-punt 49 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 51 ) Ara l-punt 69 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 52 ) Sentenzi tal-24 ta’ Marzu 1994, Schindler (C-275/92, Ġabra p. I-1039, punt 22); u tat-22 ta’ Jannar 2002, Canal Satélite Digital (C-390/99, Ġabra p. I-607, punt 31).

( 53 ) Skont M. Holoubek, EU-Kommentar (ed. Jürgen Schwarze), l-Artikolu 50 KE, paragafu 15, p. 793; J. Budichowsky, Kommentar zu EU- u KE-Vertrag (ed. Heinz Mayer), Vjenna 2004, Artikoli 49 u 50, paragrafu 50, p. 15, kif ukoll W. Kluth, f’Calliess/Ruffert (ed.); Kommentar zu EUV/EGV, it-tielet edizzjoni, 2007, Artikoli 49 u 50, paragrafu 15, p. 821 u 822, id-distinzjoni bejn il-moviment liberu tal-merkanzija u l-moviment liberu tas-servizzi tkun meħtieġa meta jkun każ ta’ “provvisti mħallta”. F’dak il-każ, it-taħlita tista’ tikkonsisti fil-fatt li l-provvista tal-prodott u tas-servizz marbut miegħu tkun is-suġġett tal-istess relazzjoni ta’ provvista (pereżempju, il-provvista ta’ sistema tal-kompjuter li tinkludi l-installazzjoni ta’ programm tad-ditta), jew jista’ ma jkunx jista’ jiġi stabbilit jekk provvista partikolari għandhiex tiġi ddefinita bħala provvista ta’ prodott jew għotja ta’ servizz (bħalma jiġri, pereżempju, fir-rigward ta’ ċerti servizzi tal-artiġjanat). Fl-ewwel każ, l-ewwel nett jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk ikunux jistgħu jiġu sseparati ż-żewġ kuntesti (ara s-sentenza tat-30 ta’ April 1974, Sacchi, 155/73, Ġabra p. 509, punti 6 et seq, fejn it-trażmissjoni ta’ messaġġi televiżivi tqieset bħala servizz, filwaqt li l-films u r-riproduzzjoni tal-ħoss tqiesu bħala prodotti). Jekk tali klassifikazzjoni fi provvisti individwali ma tkunx possibbli, u għalhekk ikollha tiġi evalwata provvista magħquda, jeħtieġ li tintuża r-regola tal-prevalenza, fejn tingħata importanza lill-kontenut prinċipali tal-provvista inkwistjoni. Minn distinzjoni li ssir skont dan il-kriterju għalhekk jista’ jirriżulta li l-profil inerenti fil-provvista tas-servizz huwa sempliċement wieħed addizzjonali, biex b’hekk is-servizz jaqa’ taħt il-moviment liberu tal-merkanzija (ara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 1991, Franza vs Il-Kummissjoni, C-202/88, Ġabra p. I-1223, rigward il-konnessjoni, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ terminali ta’ mezzi ta’ telekomunikazzjoni).

( 54 ) Fl-osservazzjonijiet tagħha l-Kummissjoni l-ewwel tivverifika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija (punti 28 sa 30) u wara, bħala prekawzjoni, dawk dwar il-moviment liberu tas-servizzi (punti 32 sa 38).

( 55 ) Ara s-sentenzi tal-11 ta’ Lulju 1974, Dassonville (8/74, Ġabra p. 837, punt 5); tal-24 ta’ Novembru 1993, Keck u Mithouard (C-267/91 u C-268/91, Ġabra p. I-6097, punt 11); tas-16 ta’ Novembru 2000, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-217/99, Ġabra p. I-10251, punt 16); tad-19 ta’ Ġunju 2003, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-420/01, Ġabra p. I-6445, punt 25); tat-23 ta’ Settembru 2003, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (C-192/01, Ġabra p. I-9693, punt 39); tat-2 ta’ Diċembru 2004, Il-Kummissjoni vs L-Olanda (C-41/02, Ġabra p. I-11375, punt 39); tal-10 ta’ Jannar 2006, De Groot en Slot Allium u Bejo Zaden (C-147/04, Ġabra p. I-245, punt 71); tas-26 ta’ Ottubru 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-65/05, Ġabra p. I-10341, punt 27); tal-15 ta’ Marzu 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja (C-54/05, Ġabra p. I-2473, punt 30); tal-20 ta’ Settembru 2007, Il-Kummissjoni vs L-Olanda (C-297/05, Ġabra p. I-7467, punt 53); tat-8 ta’ Novembru 2007, Ludwigs-Apotheke (C-143/06, Ġabra p. I-9623, punt 25); u tal-10 ta’ April 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-265/06, Ġabra p. I-2245, punt 31).

( 56 ) Ara l-punt 39 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mazák li ġew ippreżentati fit-8 ta’ Frar 2007 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-254/05, Ġabra 2008, p. I-4269) kif ukoll il-punt 37 tal-konklużjonijiet li ppreżentajt fit-13 ta’ Diċembru 2007 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-265/06).

( 57 ) Sentenza tal-10 ta’ Novembru 1992, Exportur (C-3/91, Ġabra p. I-5529, punti 17 et seq).

( 58 ) Sentenza tal-15 ta’ Diċembru 1982, Oosthoek’s Uitgeversmaatschappij (286/81, Ġabra p. 4575, punt 15). Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet impriża li kienet tbiegħ enċiklopediji, magħmula fil-Belġju u fl-Olanda, fiz-zona kollha fejn kien mitkellem l-Olandiż (l-Olanda, il-Belġju u parti mit-Tramuntana ta’ Franza). Mill-1974 din l-impriża, fir-reklami fil-gazzetti jew fir-rivisti jew permezz ta’ fuljetti, bdiet toffri bħala rigal lil dawk kollha li kienu jixtru enċiklopedija, dizzjunarju, atlas universali jew enċikopedija żgħira. Minħabba din il-prattika, wara li fl-Olanda daħlet fis-seħħ il-projbizzjoni li jiġu offruti rigali, tressqu proċedimenti kriminali kontra din l-impriża minħabba l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi li kienet tinkludi l-projbizzjoni. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-attività ekonomika inkwistjoni kienet suffiċjenti biex jitqies li kien hemm “negozju kummerċjali intraKomunitarju”, u għalhekk sitwazzjoni transkonfinali (ara l-punt 9 tas-sentenza).

( 59 ) Fost l-oħrajn, ara s-sentenzi tal-24 ta’ Novembru 1993, Keck u Mithouard, (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55, punt 16); tal-15 ta’ Diċembru 1993, Hünermund et (C-292/92, Ġabra p. I-6787, punt 21); tat-13 ta’ Jannar 2000, TK-Heimdienst (C-254/98, Ġabra p. I-151, punt 23); Deutscher Apothekerverband (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 49, punt 68); tal-25 ta’ Marzu 2004, Karner (C-71/02, Ġabra p. I-3025, punt 37); tas-26 ta’ Mejju 2005, Burmanjer et (C-20/03, Ġabra p. I-4133, punt 24); tat-23 ta’ Frar 2006, A-Punkt Schmuckhandel (C-441/04, Ġabra p. I-2093, punt 15); tat-28 ta’ Settembru 2006, Ahokainen u Leppik (C-434/04, Ġabra p. I-9171, punt 19); u tal-14 ta’ Frar 2008, Dynamic Medien (C-244/06, Ġabra p. I-505, punt 29).

( 60 ) Ara s-sentenza Keck u Mithouard (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55, punt 15); u tas-6 ta’ Lulju 1995, Mars (C-470/93, Ġabra p. I-1923, punt 12).

( 61 ) L. Dubois u C. Blumann, Droit matériel de l’Union européenne, it-tielet edizzjoni, Pariġi 2004, punt 396, p. 243, josservaw li s’issa l-Qorti tal-Ġustizzja qagħdet lura milli tifformula definizzjoni tal-metodi ta’ bejgħ u milli tipprovdi eżempji f’dan ir-rigward. L-awturi madankollu jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li l-kwistjoni rigward l-eżistenza ta’ metodu ta’ bejgħ inqalgħet fuq kollox fis-settur tar-reklamar. F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ spiss użat il-kategorija tal-metodi ta’ bejgħ, pereżempju b’relazzjoni għall-projbizzjoni tar-reklami f’postijiet partikolari jew għall-protezzjoni ta’ gruppi partikolari ta’ persuni (is-sentenza tad-9 ta’ Frar 1995, Leclerc-Siplec, C-412/93, Ġabra p. I-179); għall-bejgħ lill-pubbliku ta’ prodotti tal-ikel (sentenza tat-13 ta’ Jannar 2000, TK-Heimdienst, C-254/98, Ġabra p. I-151); għall-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku (sentenza tat-8 ta’ Marzu 2001, Gourmet international, C-405/98, Ġabra p. I-1795); jew għall-bejgħ ta’ mediċini permezz tal-Internet (sentenza Deutscher Apothekerverband, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 49). J. Stuyck (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, p. 164 u 165) b’referenza għall-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq, josserva li d-definizzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-reklamar u l-promozzjoni bħala dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-metodi ta’ bejgħ kellha l-effett li tneħħihom mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28 KE.

( 62 ) Ara l-punt 5 tad-digriet tar-rinviju fil-kawża C-299/07.

( 63 ) Sentenzi tal-25 ta’ Lulju 1991, Säger (C-76/90, Ġabra p. I-4221, punt 12); tad-9 ta’ Awwissu 1994, Vander Elst (C-43/93, Ġabra p. I-3803, punt 14); tat-28 ta’ Marzu 1996, Guiot (C-272/94, Ġabra p. I-1905, punt 10); tat-12 ta’ Diċembru 1996, Reisebüro Broede (C-3/95, Ġabra p. I-6511, punt 25); tad-9 ta’ Lulju 1997, Parodi (C-222/95, Ġabra p. I-3899, punt 18); tat-23 ta’ Novembru 1999, Arblade (C-369/96 u C-376/96, Ġabra p. I-8453, punt 33); tal-20 ta’ Frar 2001, Analir et (C-205/99, Ġabra p. I-1271, punt 21); u tal-15 ta’ Jannar 2002, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-439/99, Ġabra p. I-305, punt 22).

( 64 ) Ara l-punt 113 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 65 ) Sentenzi tat-23 ta’ April 1991, Höfner u Elser (C-41/90, Ġabra p. I-1979, punt 37); tat-28 ta’ Jannar 1992, Steen (C-332/90, Ġabra p. I-341, punt 9); tas-16 ta’ Frar 1995, Aubertin et (C-29/94 sa C-35/94, Ġabra p. I-301, punt 9); u tas-16 ta’ Jannar 1997, USSL N° 47 di Biella (C-134/95, Ġabra p. I-195, punt 19).

( 66 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-Artikolu 49 KE, anki jekk jirreferi espressament għall-każ tal-provvista transkonfinali attiva jew passiva tas-servizzi, madankollu ma għandux l-għan li jillimita l-effetti protettivi tiegħu għal dawn il-forom ta’ provvista ta’ servizzi u għalhekk li jeskludi mill-kamp ta’ protezzjoni tiegħu każi oħra ta’ provvista transkonfinali tas-servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant reġgħet inkludiet fil-kamp ta’ protezzjoni tal-Artikolu 49 KE anki l-każi fejn is-servizz kien offrut jew ipprovdut fi Stat Membru ieħor, imma lil destinatarju li kien residenti fl-istess Stat Membru tal-fornitur (ara s-sentenzi tas-26 ta’ Frar 1991, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C-198/89, Ġabra p. I-727, punt 10; tas-26 ta’ Frar 1991, Il-Kummissjoni vs Franza, C-154/89, Ġabra p. I-659, punt 10; tas-26 ta’ Frar 1991, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-180/89, Ġabra p. I-709, punt 9; u tal-1 ta’ Lulju 1993, Hubbard, C-20/92, Ġabra p. I-3777, punt 12).

( 67 ) Ara F. Longfils, L’offre conjointe: la métamorphose? — Régime actuel et perspectives en droits belge et européen, Brussell 2003, paragrafu 100, p. 45, fejn jingħad li dispożizzjoni nazzjonali li tirregola l-offerti konġunti billi tistabbilixxi kundizzjonijiet iktar restrittivi meta pparagunata ma’ dispożizzjonijiet ta’ Stati Membri oħrajn tista’ tillimita l-moviment liberu tal-merkanzija u l-moviment liberu tas-servizzi anki jekk tiġi applikata kemm għall-prodotti nazzjonali kif ukoll għal dawk importati.

( 68 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza tal-4 ta’ Diċembru 1986, Il-Kummissjoni vs Franza (220/83, Ġabra p. 3663, punt 17); u tal-4 ta’ Diċembru 1986, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (252/83, Ġabra p. 3713, punt 17).

( 69 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-5 ta’ Ġunju 1997, SETTG (C-398/95, Ġabra p. I-3091, punt 21); tat-30 ta’ Marzu 2006, Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti (C-451/03, Ġabra p. I-2941, punt 37); tal-5 ta’ Diċembru 2006, Cipolla et (C-94/04 u C-202/04, Ġabra p. I-11421, punt 61); u tat-18 ta’ Diċembru 2007, Laval un Partneri (C-341/05, Ġabra p. I-11767, punt 101).

( 70 ) Ara s-sentenzi Reisebüro Broede (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63, punti 38 et seq); Il-Kummissjoni vs Franza (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 68, punt 20); u Oosthoek’s Uitgeversmaatschappij (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 58, punt 16).

( 71 ) Urteil Oosthoek’s Uitgeversmaatschappij (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 58, punt 15).

( 72 ) F’dan ir-rigward ara wkoll H. Köhler, u H. Piper, Kommentar zum Gesetz gegen den unlauteren Wettbewerb mit Preisangabenverordnung, it-tielet edizzjoni, München 2002, § 1, paragrafu 250. Għotja li tiddependi minn (addizzjonali għal) xiri ta’ prodott jew ta’ servizz prinċipali li, mingħajr ma tingħadd separatament fil-prezz, tmur lil hinn mill-provvista prinċipali li hija distinta minnha, għandha valur tagħha u minħabba l-addizzjonalità tagħha meta pparagunata mal-prodott jew mas-servizz prinċipali tista’ tgħawweġ id-deċiżjoni ta’ xiri tal-klijent tista’ tiġi ddefinita bħala rigal. Madankollu offerti konġunti jew kumulattivi, li jgħaqqdu żewġ prodotti jew iktar, anki differenti, f’offerta waħda, ma nistgħux inqisuhom bħala rigal, peress li kwalunkwe (parti individwali minn) prodott individwali (hija) huwa parti mill-provvista globali u (tingħadd) jingħadd fil-prezz globali.

( 73 ) F’dan ir-rigward, ara wkoll S. Charaktiniotis (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, p. 197) li jenfasizza l-perikli ta’ offerta konġunta mhux trasparenti.

( 74 ) Ara l-punt 83 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 75 ) Ara l-punt 85 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

Top