This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CC0204
Opinion of Advocate General Trstenjak delivered on 13 March 2008. # C.A.S. SpA v Commission of the European Communities. # Appeals - EEC-Turkey Association Agreement - Regulation (EEC) No 2913/92 - Community Customs Code - Repayment and remission of import duty - Fruit juice concentrate from Turkey - Movement certificates - Falsification - Special situation. # Case C-204/07 P.
Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali - Trstenjak - 13 ta' Marzu 2008.
C.A.S. SpA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE - Turkija - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 239 - Kodiċi Doganali Komunitarju - Ħlas lura u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Konċentrat ta’ meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija - Ċertifikati ta’ ċirkulazzjoni - Falsifikazzjoni - Sitwazzjoni partikolari.
Kawża C-204/07 P.
Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali - Trstenjak - 13 ta' Marzu 2008.
C.A.S. SpA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE - Turkija - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 239 - Kodiċi Doganali Komunitarju - Ħlas lura u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Konċentrat ta’ meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija - Ċertifikati ta’ ċirkulazzjoni - Falsifikazzjoni - Sitwazzjoni partikolari.
Kawża C-204/07 P.
Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008 I-06135
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:175
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
TRSTENJAK
ippreżentati fit-13 ta’ Marzu 2008 ( 1 )
Kawża C-204/07 P
C.A.S. SpA
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Werrej
I — Introduzzjoni |
|
II — Il-kuntest ġuridiku |
|
III — Il-fatti u l-proċedura |
|
A — Il-fatti tal-kawża prinċipali |
|
B — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u s-sentenza appellata |
|
1. Fuq l-ewwel motiv |
|
2. Fuq it-tieni motiv |
|
3. Fuq it-tielet motiv |
|
4. Fuq il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u l-miżuri istruttorji mitluba |
|
C — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet |
|
D — Aggravji li fuqhom huwa bbażat l-appell u l-argumenti tal-partijiet |
|
IV — Analiżi legali |
|
A — Osservazzjonijiet preliminari |
|
1. Kunsiderazzjonijiet dwar il-liġi sostantiva |
|
2. Kunsiderazzjonijiet dwar il-liġi proċedurali |
|
B — Analiżi tal-aggravji tal-appell |
|
1. L-ewwel aggravju: ksur tal-prinċipju tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat ta’ esportazzjoni u l-Istat ta’ importazzjoni |
|
a) It-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat ta’ esportazzjoni u l-Istat ta’ importazzjoni |
|
b) Il-kwistjoni ta’ evalwazzjoni differenti f’każ ta’ aġir frawdolenti min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni |
|
2. It-tieni aggravju: ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl u drittijiet oħra tad-difiża |
|
3. It-tielet aggravju: tqassim tal-oneru tal-prova |
|
4. Ir-raba’ aggravju: ċaħda tat-talba għal miżuri istruttorji |
|
5. Il-ħames aggravju: il-klassifikazzjoni ġuridika tad-dokumenti/fatti konċernanti l-allegati nuqqasijiet imputabbli lill-awtoritajiet Torok u lill-Kummissjoni |
|
a) L-allegati nuqqasijiet ta’ twettiq tal-obbligi tal-awtoritajiet Torok |
|
i) Il-klassifikazzjoni tat-32 ċertifikat A.TR.1 inkwistjoni bħala falsifikati |
|
ii) Iċ-ċertifikat A.TR.1 WVB D 437214 |
|
iii) Nuqqas tal-awtoritajiet Torok milli jwettqu l-obbligi tagħhom f’dak li jikkonċerna t-timbri |
|
iv) Nuqqas tal-awtoritajiet Torok milli jwettqu l-obbligi tagħhom f’dak li jikkonċerna r-reġistrazzjoni tad-dokumenti uffiċjali |
|
v) Nuqqas tal-awtoritajiet Torok milli jwettqu l-obbligi tagħhom minħabba l-involviment tagħhom fil-ħruġ taċ-ċertifikati irregolari |
|
vi) Nuqqas tal-awtoritajiet Torok milli jwettqu l-obbligi tagħhom fil-kuntest tal-assistenza reċiproka |
|
vii) In-nuqqas tal-awtoritajiet Torok abbażi ta’ ċirkustanzi oħra u l-ostakolar tal-investigazzjonijiet f’Mersin |
|
b) L-allegati nuqqasijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligi tagħha |
|
i) Nuqqas fir-rigward tas-sorveljanza tal-iskema preferenzjali |
|
ii) Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu minħabba l-fatt li ma ntbagħtux kampjuni tat-timbri |
|
iii) Ksur tal-obbligu li l-importaturi jiġu informati fil-ħin |
|
iv) Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-kuntest tal-eluċidazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fatti waqt l-investigazzjonijiet fit-Turkija |
|
c) Konklużjoni intermedjarja |
|
6. Is-sitt aggravju: nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonsulta l-Kumitat Doganali/Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mill-Kummissjoni |
|
7. Is-seba’ aggravju: nuqqas li jittieħed inkunsiderazzjoni l-interess leġittimu tal-appellanti f’dak li jikkonċerna ċ-ċertifikat A.TR.1 WVB D 437214 |
|
8. It-tmien aggravju: evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ ekwità u tar-riskji |
|
9. Id-disa’ aggravju: ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK |
|
V — Konklużjoni tal-analiżi |
|
VI — Fuq l-ispejjeż |
|
VII — Konklużjoni |
“Appell — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 239 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Ħlas lura u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Konċentrat ta’ meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija — Ċertifikati ta’ ċirkulazzjoni — Falsifikazzjoni — Sitwazzjoni partikolari”
I — Introduzzjoni
1. |
F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej hija mitluba tiddeċiedi appell ippreżentat mill-kumpannija CAS SpA kontra sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-6 ta’ Frar 2007 fil-kawża CAS SpA vs Il-Kummissjoni. ( 2 ) L-appellanti li hija r-rikorrenti fl-ewwel istanza (iktar ’il quddiem, l-“appellanti”) qiegħda titlob l-annullament tas-sentenza ċċitata iktar ’il fuq li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2002 (REC 10/01, iktar ’il quddiem, id-“deċiżjoni kkontestata”), li ma tilqax it-talba għall-ħlas lura tad-dazji fuq l-esportazzjoni fl-ammont ta’ EUR 1702340,25 f’dak li jikkonċerna 32 minn total ta’ 48 ċertifikat ippreżentati mill-appellanti u konsegwentement ċaħdet ir-rikors tagħha li kien intiż biex jinkiseb annullament parzjali tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq. |
II — Il-kuntest ġuridiku
Leġiżlazzjoni dwar il-maħfra ta’ dazji doganali
2. |
Għal dak li jikkonċerna l-possibbiltà ta’ maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni, l-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1, iktar ’il quddiem il-“KDK”) jipprovdi dan li ġej: “Dazji fuq l-importazzjoni […] jistgħu jintbagħtu [jinħafru] f'sitwazzjonijiet […] li jirriżultaw minn ċirkostanzi li fihom ebda ingann jew traskuraġni ovvja ma jistgħu jiġu attribwiti lill-persuna interessata. Is-sitwazzjonijiet li fihom din id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal dak il-għan għandhom jiġu definiti skond il-proċedura tal-Kumitat”. |
3. |
L-Artikolu 905 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (ĠU L 253, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK”), jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin: “1. Meta l-awtorità doganali ta' deċiżjoni li lilha l-applikazzjoni għar-rimbors jew remissjoni [maħfra] skond l-Artikolu 239(2) tal-[KDK] tkun ġiet sottomessa, ma tkunx tista’ tieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 899, imma l-applikazzjoni tkun sostnuta minn prova li tista’ tikkostitwixxi sitwazzjoni partikolari li tirriżulta minn ċirkostanzi li fihom l-ebda qerq jew negliġenza evidenti min-naħa ta’ l-interessat ma tkun attribwita lil dan, l-Istat Membru li lilu tkun tappart[j]eni din l-awtorità għandu jittrasmetti l-każ lill-Kummissjoni biex dan ikun deċiż skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 906 sa 909. […]” |
4. |
L-Artikolu 904(ċ) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK jiddisponi: “Dazji ta’ l-importazzjoni m’għandhomx jiġu rimborsati [imħallsa lura] jew ikunu remissi [jinħafru] meta l-unika bażi li fuqha tkun saret l-applikazzjoni għar-rimbors jew għar-remissjoni [għall-maħfra] tkun, skond ma jkun il-każ: […]
|
5. |
L-Artikolu 236 tal-KDK jiddisponi: “1. Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur ta’ l-Artikolu 220(2). Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jintbagħtu [jinħafru] sakemm jiġi stabbilit li meta kienu ddaħħlu fil-kontijiet l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur ta’ l-Artikolu 220(2). Ebda ħlas lura jew maħfra m’għandha tingħata meta l-fatti li wasslu għall-ħlas jew daħla fil-kontijiet ta’ ammont li ma kienx legalment dovut kienu r-riżultat ta’ azzjoni maħsuba mill-persuna involuta. […]”. |
6. |
L-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK jiddisponi li daħliet sussegwenti fil-kontijiet tad-dazji li jirriżultaw minn dejn doganali m’għandhomx isiru fejn l-ammont ta’ dazju legalment dovut ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet bħala riżultat ta’ żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali liema żball ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna responsabbli għall-ħlas, waqt li din tal-aħħar tkun aġġixxiet in bona fede u ħarset id-dispożizzjonijiet kollha stipulati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali. |
III — Il-fatti u l-proċedura
A — Il-fatti tal-kawża prinċipali
7. |
L-appellanti hija kumpannija inkorporata taħt il-liġi Taljana, sussidjarja għal 95.1 % tal-kumpannija Steinhauser GmbH (iktar ’il quddiem “Steinhauser”), stabbilita f’Ravensburg (il-Ġermanja). L-attività prinċipali tal-appellanti hija li tipproċessa l-konċentrat tal-meraq ta’ frott importat u fl-istess ħin hija twettaq attività ta’ importazzjoni ta’ dawn il-prodotti fl-Italja. Hija prinċipalment il-kumpannija Steinhauser li jkollha relazzjonijiet kummerċjali mal-fornituri barranin. |
8. |
Skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza, bejn il-5 ta’ April 1995 u l-20 ta’ Novembru 1997, l-appellanti importat u ħelset għal ċirkulazzjoni libera fil-Komunità meraq tat-tuffieħ u meraq tal-lanġas ikkonċentrat, iddikjarati bħala li ġejjin u li joriġinaw mit-Turkija. L-importazzjoni fil-Komunità ta’ dan it-tip ta’ prodott kienet saret permezz ta’ ċertifikati A.TR.1, b’mod li dawn il-prodotti bbenefikaw mill-eżenzjoni tad-dazji prevista mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Protokoll Addizzjonali. |
9. |
Id-dipartiment doganali ta’ Ravenna (l-Italja) wettaq kontroll fuq id-dokumenti a posteriori fuq l-awtentiċità taċ-ċertifikat A.TR.1 141591, ippreżentat mill-appellanti waqt waħda mill-operazzjonijiet ta’ importazzjoni li seħħew bejn il-perijodu mill-5 ta’ April 1995 sa l-20 ta’ Novembru 1997. Skont l-Artikolu 29 tad-Deċiżjoni Nru 1/95, it-talba għal verifika tal-awtentiċità tal-imsemmi ċertifikat intbagħtet lill-awtoritajiet Torok. |
10. |
Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Mejju 1998, l-awtoritajiet Torok informaw lid-Dipartiment Doganali ta’ Ravenna li mill-kontroll imwettaq irriżulta li dan iċ-ċertifikat ma kienx awtentiku, peress li ma kienx inħareġ mill-awtoritajiet doganali Torok. Huma ddikjaraw, barra minn hekk, li kienu ser isiru iktar kontrolli. |
11. |
Konsegwentement, l-awtoritajiet Taljani pproċedew għall-kontroll a posteriori ta’ 103 ċertifikat A.TR.1 ippreżentati mill-appellanti f’diversi operazzjonijiet ta’ importazzjoni. |
12. |
Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Lulju 1998, ir-Rappreżentazzjoni Permanenti tar-Repubblika tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Rappreżentazzjoni Permanenti Torka”) informat lill-Kummissjoni li ċerti ċertifikati A.TR.1 ippreżentati mill-appellanti, elenkati fl-Anness ta’ dik l-ittra u li jikkonċernaw l-esportazzjonijiet tal-kumpannija Torka Akman lejn l-Italja kienu foloz (“false”). Il-Kummissjoni bagħtet din l-ittra lill-awtoritajiet doganali Taljani permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Lulju 1998. |
13. |
Bejn it-12 u l-15 ta’ Ottubru 1998 kif ukoll mit-30 ta’ Novembru sat-2 ta’ Diċembru 1998, l-Unità għall-Koordinament tal-Prevenzjoni tal-Frodi tal-Kummissjoni [(UCLAF), prekursur tal-OLAF] wettqet verifiki fit-Turkija. |
14. |
Permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Marzu 1999, ir-Rappreżentazzjoni Permanenti Torka informat lid-Dipartiment tad-Dwana ta’ Ravenna li 32 ċertifikat A.TR.1 ippreżentati mill-appellanti (iktar ’il quddiem iċ-“ċertifikati inkwistjoni”), li jinkludu 18-il ċertifikat elenkati fl-anness tal-ittra tal-10 ta’ Lulju 1998, la kienu nħarġu u lanqas ivvalidati mill-awtoritajiet Torok. |
15. |
L-awtoritajiet doganali Taljani qiesu li jirriżulta mill-korrispondenza kollha skambjata bejniethom stess, il-Kummissjoni, l-UCLAF u l-awtoritajiet Torok li dawn tal-aħħar ikkunsidraw li 48 ċertifikat A.TR.1, inklużi ċ-ċertifikati inkwistjoni, relativi għal esportazzjonijiet lejn l-Italja mwettqa mill-appellanti permezz tal-kumpannija Torka Akman, kienu jew foloz jew irregolari. F’dan il-każ, it-32 ċertifikat inkwistjoni [li jikkorrispondu għal dazji doganali li jammontaw għal LIT (liri Taljani) 3296190371, jew EUR 1702340,25] kienu kkunsidrati bħala foloz, peress li la kienu nħarġu u lanqas ma ġew ivvalidati mill-uffiċċji doganali Torok. Min-naħa l-oħra, is-16-il ċertifikat l-ieħor (li jikkorrispondu għal dazji doganali li jammontaw għal LIT 1904763758, jew EUR 983728,38) ġew ikklassifikati bħala invalidi, peress li, għalkemm kienu nħarġu mill-awtoritajiet doganali Torok, il-merkanzija kkonċernata ma kinitx toriġina mit-Turkija. Peress li t-48 ċertifikat kollha ġew ikklassifikati bħala jew foloz jew invalidi, il-merkanzija koperta minnhom ma setgħetx tibbenefika mit-trattament preferenzjali mogħti lill-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli Torok. Konsegwentement, l-amministrazzjoni doganali Taljana talbet lill-appellanti, bħala dazji doganali dovuti, l-ammont totali ta’ LIT 5200954129, jew EUR 2686068.63. |
16. |
Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Marzu 2000, l-appellanti, billi bbażat ruħha fuq l-Artikolu 220(2)(b) u l-Artikoli 236 u 239 tal-KDK, talbet lid-Dipartiment tad-Dwana ta’ Ravenna biex ma jdaħħalx sussegwentement fil-kontijiet id-dazji fuq l-importazzjoni mitluba u biex tħallas l-imsemmija dazji lura. Insostenn tat-talba tagħha, l-appellanti invokat il-bona fede tagħha, l-iżbalji tal-awtoritajiet kompetenti li ma setgħetx tinduna bihom kif ukoll nuqqasijiet attribwiti lilhom. |
17. |
Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Novembru 2001, ir-Repubblika Taljana talbet lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk kienx iġġustifikat jew li ma jiddaħħlux sussegwentement fil-kontijiet id-dazji fuq l-importazzjoni kif mitlub mill-appellanti skont l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK jew li dawn id-dazji jitħallsu lura skont l-Artikolu 239 tal-KDK. |
18. |
Permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni talbet ċerta informazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet Taljani, li rrispondew permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Ġunju 2002. |
19. |
Permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Lulju 2002, il-Kummissjoni informat lill-appellanti bl-intenzjoni tagħha li tirrifjuta t-talba tagħha. Madakollu, qabel ma ħadet deċiżjoni definittiva, il-Kummissjoni stiednet lill-appellanti biex tgħarrafha dwar l-osservazzjonijiet li seta’ kellha u biex tikkonsulta l-fajl sabiex issir taf bid-dokumenti mhux kunfidenzjali. Fis-6 ta’ Awwissu 2002, ir-rappreżentanti tal-appellanti kkonsultaw il-fajl amministrattiv fl-uffiċċji tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, huma ffirmaw dikjarazzjoni li tikkonferma li huma kellhom aċċess għad-dokumenti msemmija fl-anness tad-dikjarazzjoni. |
20. |
Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Awwissu 2002, l-appellanti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, fihom hija sostniet il-pożizzjoni tagħha, li l-awtoritajiet doganali kompetenti wettqu żbalji pożittivi li ma setgħetx tinduna bihom, żbalji li hija qabblet ukoll ma’ nuqqasijiet li jistgħu joħolqu sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK. |
21. |
Fit-18 ta’ Ottubru 2002, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata notifikata lill-appellanti fil-21 ta’ Novembru 2002. L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien iġġustifikat li d-dazji fuq l-importazzjoni li huma s-suġġett tat-talba jiddaħħlu fil-kontijiet. It-tieni nett, il-Kummissjoni, madankollu, ikkonkludiet li kien iġġustifikat li jsir il-ħlas lura tad-dazji fuq l-importazzjoni għall-parti tat-talba fuq is-16-il ċertifikat invalidu, safejn l-appellanti kienet tinsab, fir-rigward tagħhom, f’sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK. It-tielet nett, għal dak li jikkonċerna t-32 ċertifikat inkwistjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, min-naħa l-oħra, li ċ-ċirkustanzi invokati mill-appellanti ma kinux tali li joħolqu sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet, fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni kkontestata, li ma kienx iġġustifikat li jsir ħlas lura tad-dazji fuq l-importazzjoni relatati magħhom, li kienu jammontaw għal EUR 1702340.25. |
B — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u s-sentenza appellata
22. |
B’rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fid-29 ta’ Jannar 2003, l-appellanti fetħet kawża kontra l-Kummissjoni u talbet sabiex il-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata. L-appellanti invokat tliet motivi insostenn tat-talbiet tagħha, ibbażati, l-ewwel nett, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, it-tieni nett, fuq ksur tal-Artikolu 239 tal-KDK u t-tielet nett fuq ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK. |
23. |
Il-Kummissjoni talbet lill-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex jogħġobha tiċħad ir-rikors u tordna lill-appellanti tbati l-ispejjeż. |
24. |
Il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors kollu kemm hu. |
1. Fuq l-ewwel motiv
25. |
Bl-ewwel motiv tagħha, l-appellanti sostniet li d-drittijiet tad-difiża tagħha kienu ġew miksura matul il-proċedura amministrattiva inkwantu għalkemm hija kellha aċċess għall-fajl li fih jinsabu d-dokumenti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni kkontestata, hija, madankollu, ma kellhiex aċċess għad-dokumenti li kellhom importanza deċiżiva għall-evalwazzjoni globali li l-Kummissjoni għamlet fuq is-sitwazzjoni. |
26. |
Filwaqt li ċaħdet dan il-motiv, fil-punt 88 tas-sentenza appellata l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat li l-prinċipju ta’ osservanza tad-drittijiet tad-difiża jimplika biss li l-parti kkonċernata tista’ tispjega b’mod utli l-pożizzjoni tagħha fuq l-elementi, inklużi d-dokumenti li jistgħu jitressqu kontriha mill-Kummissjoni, bħala bażi tad-deċiżjoni tagħha. Dan il-prinċipju ma jitlobx, għaldaqstant, li l-Kummissjoni tagħti, ex officio, aċċess għad-dokumenti kollha li possibbilment ikollhom rabta mal-każ inkwistjoni li hija jkollha quddiemha fil-kuntest ta’ talba għal maħfra. |
27. |
Fil-punt 92, il-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat li l-fatt li d-dokumenti li l-appellanti ma setgħetx tikkonsulta matul il-proċedura amministrattiva ma kinux imsemmija espressament fid-Deċiżjoni kkontestata ma kienx jeskludi li d-deċiżjoni kkontestata setgħet kienet ibbażata fuq uħud minn dawn id-dokumenti. Skont il-Qorti tal-Prim’Istanza, dan ma japplikax ukoll għall-korrispondenza voluminuża kollha li tirreferi għaliha l-appellanti, inkwantu dawn id-dokumenti, għall-inqas għal dak li jirrigwarda wħud minnhom, jirrigwardaw biss il-kuntest li fih tinsab il-kawża. Fir-rigward ta’ dawn id-dokumenti, imsejħin “kontestwali”, il-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat li, meta dawn ma jkunux servew bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata, in-nuqqas eventwali milli jiġu kkomunikati m’huwiex rilevanti, peress li tali dokumenti bl-ebda mod ma setgħu jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, il-Qorti tal-Prim’Istanza rrespinġiet dan il-motiv bħala irrilevanti, safejn kien jikkonċerna n-nuqqas li dawn id-dokumenti jiġu kkomunikati. |
28. |
Għal dak li jikkonċerna d-dokumenti li l-Kummissjoni użat biex tibbaża d-deċizjoni kkontestata fuqhom, il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punti 98 sa 100 tas-sentenza appellata, ikkonstatat li l-appellanti kienet ikkonsultat il-fajl fl-uffiċċji tal-Kummissjoni u ffirmat dikjarazzjoni bil-miktub li fiha hija kkonfermat espressament li hija kellha aċċess għad-dokumenti kollha li kellhom rabta diretta jew indiretta mal-fajl inkwistjoni. Barra minn hekk, kien hemm lista li ġiet mehmuża ma’ din id-dikjarazzjoni, li fiha kien hemm elenkati d-dokumenti kollha li għalihom kellu aċċess ir-rappreżentant. Abbażi ta’ din il-lista, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat li l-appellanti, fil-fatt, kienet ikkonsultat ċerti dokumenti li hija kienet allegat li ma setgħetx tikkonsulta. |
29. |
Rigward il-komunikazzjonijiet skambjati mill-Kummissjoni u l-UCLAF mal-awtoritajiet Torok u l-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri, il-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċidiet li ebda element ma jippermetti li wieħed jissopponi li l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq dokumenti oħra li huma differenti minn dawk li jinsabu fil-fajl li għalih kellha aċċess l-appellanti waqt il-konsultazzjoni fis-6 ta’ Awwissu 2002. |
2. Fuq it-tieni motiv
30. |
It-tieni motiv, li hu bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 239 tal-KDK, u li ġie miċħud ukoll mill-Qorti tal-Prim’Istanza, hu magħmul minn erba’ partijiet. L-ewwel parti tikkonċerna l-klassifikazzjoni skorretta taċ-ċertifikat ta’ ċirkulazzjoni A.TR.1 D 437214. It-tieni u t-tielet partijiet jesponu n-nuqqasijiet serji attribwiti lill-awrtoriajiet Torok u dawk attribwiti lill-Kummissjoni rispettivament sabiex juru l-eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK. Fl-aħħar nett, ir-raba’ parti tikkonċerna n-nuqqas ta’ negliġenza evidenti tal-appellanti u l-evalwazzjoni ta’ riskji kummerċjali. |
31. |
Fir-rigward tal-ewwel parti tat-tieni motiv, il-Qorti tal-Prim’Istanza, wara li fakkret li d-deċiżjoni dwar l-oriġni tal-merkanzija kienet ibbażata fuq tqassim ta’ poteri bejn l-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni u dawk tal-Istat ta’ importazzjoni, fis-sens li l-oriġni tiġi stabbilita mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni, eżaminat il-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani u Torok. F’dan ir-rigward, fil-punt 122, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat li l-Kummissjoni bbażat ruħha, essenzjalment, fuq l-ittra tal-awtoritajiet Torok tat-8 ta’ Marzu 1999, mibgħuta lid-Dipartiment Doganali ta’ Ravenna, fir-rigward tal-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna ċ-ċertifikati falsifikati. Madankollu, meta qabblet il-kontenut ta’ dik l-ittra u dak tal-komunikazzjonijiet sussegwenti tal-awtoritajiet Torok, il-Qorti tal-Prim’Istanza rrilevat l-eżistenza ta’ ambigwitajiet f’dak li jikkonċerna l-klassifikazzjoni taċ-ċertifikat D 437214 u li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi b’mod validu li ċ-ċertifikat D 437214 kien falz qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (punti 124 u 128). Minkejja dan, skont il-Qorti tal-Prim’Istanza din il-kunsiderazzjoni waħedha mhijiex biżżejjed sabiex twassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u dan fid-dawl tal-kontenut tal-ittra tat-22 ta’ Awwissu 2003, jiġifieri wara d-deċiżjoni kkontestata, li fiha l-awtoritajiet Torok ikkonfermaw il-konklużjonijiet kontenuti fl-ittra tagħhom tat-8 ta’ Marzu 1999, peress li l-appellanti m’għandha l-ebda interess leġittimu fl-annullament ta’ deċiżjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżit proċedurali fil-każ fejn l-annullament tad-deċiżjoni jista’ biss jagħti lok għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida, identika, fis-sustanza, għad-deċiżjoni annullata (punt 133). |
32. |
Sussegwentement il-Qorti tal-Prim’Istanza eżaminat it-tieni parti tat-tieni motiv li tirrigwarda d-diversi allegazzjonijiet ta’ nuqqasijiet tal-awtoritajiet Torok li huma bbażati essenzjalment fuq l-argument li l-imsemmija awtoritajiet Torok effettivament ħarġu u endorsjaw iċ-ċertifikati inkwistjoni. |
33. |
F’dan ir-rigward, wara li fil-punti 150 sa 152 tas-sentenza appellata kkunsidrat li, minn banda, il-konstatazzjoni dwar in-natura oriġinali jew iffalsifikata tad-dokumenti maħruġin mill-awtoritajiet Torok kienet taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva ta’ dawn u li, mill-banda l-oħra, l-imsemmija awtoritajiet kienu sabu li ċ-ċertifikati inkwistjoni kienu foloz, il-Qorti tal-Prim’Istanza l-ewwel irrespinġiet l-argument tal-appellanti fejn hija sostniet li t-timbri u l-firem fuq iċ-ċertifikati inkwistjoni juru li dawn x’aktarx inħarġu u ġew awtentikati mill-awtoritajiet Torok. Sussegwentement, hija rrilevat li la l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u lanqas id-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tiegħu ma kienu jipprovdu espressament għaż-żamma ta’ reġistri taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet Torok (punt 161). Fit-tielet lok, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat li l-preżentazzjoni ta’ dokumenti li jirriżultaw foloz ma tippermettix, waħedha, li jiġi konkluż li kien hemm xi kollużjoni bejn l-esportaturi u l-awtoritajiet doganali Torok li ħarġuhom (punti 167 u 168). Fl-aħħar lok, il-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċidiet li l-awtoritajiet Torok ma kinux naqsu mill-obbligi tagħhom relativi għall-assistenza amministrattiva u li l-argument tal-appellanti ma kien sostnut minn ebda element probatorju (punti 216 sa 218). |
34. |
Il-Qorti tal-Prim’Istanza eżaminat imbagħad it-tielet parti tat-tieni motiv, li tikkonċerna sensiela ta’ allegazzjonijiet ta’ nuqqasijiet imputabbli lill-Kummissjoni Ewropea. |
35. |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Prim’Istanza l-ewwel fakkret l-investigazzjonijiet li kienu twettqu fit-Turkija mill-UCLAF u ddeċidiet li ma ntweriex li l-Kummissjoni kienet iltaqgħat ma’ xi diffikultajiet fil-kuntest tal-assistenza amministrattiva miftiehma mar-Repubblika tat-Turkija, li jiġġustifikaw li jiġu kkonsultati l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew il-Kumitat Imħallat tal-Unjoni Doganali (punti 238 sa 240). Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat imbagħad li la l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, la d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u lanqas il-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli ma kienu pprevedew xi obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ kampjuni ta’ timbri u firem bejn il-partijiet kontraenti (punti 249 sa 257), jew xi obbligu li l-importaturi jiġu avżati f’każ ta’ dubji fir-rigward tal-validità tat-tranżazzjonijiet doganali mwettqa minn dawn tal-aħħar fil-kuntest ta’ sistema preferenzjali (punt 270), jew li l-UCLAF jadotta ċertu metodu ta’ investigazzjoni (punt 284). |
36. |
Fir-rigward tar-raba’ parti tat-tieni motiv li tirrigwarda n-nuqqas ta’ negliġenza evidenti tal-appellanti, il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet dan il-motiv bħala irrilevanti wara li rrilevat li l-Kummissjoni, f’dik il-parti tad-deċiżjoni kkontestata dwar iċ-ċertifikati ffalsifikati, ma kinitx tat l-opinjoni tagħha fuq il-kwistjoni tad-diliġenza jew tan-negliġenza tal-appellanti (punti 295 u 296). |
3. Fuq it-tielet motiv
37. |
Il-Qorti tal-Prim’Istanza mbagħad ċaħdet it-tielet motiv, li hu bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK, u dan peress li l-appellanti ma wrietx li aġir pożittiv min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti kkontribwixxa għat-tfassil jew għall-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati inkwistjoni li rriżultaw foloz (punti 303 sa 307). |
4. Fuq il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u l-miżuri istruttorji mitluba
38. |
Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Prim’Istanza rrespinġiet l-elementi ta’ prova u l-miżuri istruttorji mitluba mill-appellanti bħala li kienu kemm bla suġġett, irrilevanti u mhux meħtieġa biex tiġi deċiża l-kawża (punti 314 sa 333). |
C — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet
39. |
Dan l-appell ġie ppreżentat mill-appellanti fit-13 ta’ April 2007 u ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-16 ta’ April 2007. |
40. |
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
41. |
B’nota tat-22 ta’ Ġunju 2007, irreġistrata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-25 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni ppreżentat risposta li fiha talbet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
42. |
B’deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2007, il-president tal-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidra li l-preżentata ta’ replika ma kinitx meħtieġa. |
43. |
Wara l-proċedura bil-miktub, fl-10 ta’ Jannar 2008, saret seduta li matulha nstemgħu l-osservazzjonijiet orali tal-partijiet. |
D — Aggravji li fuqhom huwa bbażat l-appell u l-argumenti tal-partijiet
44. |
Preliminarjament, il-Kummissjoni tinnota li l-appell huwa kollu bbażat fuq il-premessa li ċ-ċertifikati inkwistjoni ma kinux ġew iffalsifikati. Madankollu, fis-sentenza appellata l-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat li t-32 ċertifikat A.TR.1 inkwistjoni kienu ġew iffalsifikati u ma kinux inħarġu mill-awtoritajiet doganali Torok. Skont il-Kummissjoni, l-appell huwa intiż sabiex jikkontesta din l-evalwazzjoni tal-fatti li saret mill-Qorti tal-Prim’Istanza u għaldaqstant m’huwiex ammissibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqajjem diversi eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà fil-konfront ta’ ċerti aggravji. |
45. |
In sostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tqajjem disa’ aggravji. |
46. |
Bl-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-awtoritajiet Torok kellhom kompetenza esklużiva biex jikkonstataw l-awtentiċità/in-non awtentiċità jew ir-regolarità/l-irregolarità taċ-ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni tal-merkanzija A.TR.1. F’dan ir-rigward, l-appellanti ssostni li, fl-ipoteżi fejn ikun hemm indikazzjonijiet oġġettivi biżżejjed sabiex jiġi konkluż li kien hemm parteċipazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istat terz fl-imsemmija irregolaritajiet jew ukoll sempliċi suspett dwar l-eżistenza ta’ tali aġir, il-kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet imsemmijin tintemm. |
47. |
Skont il-Kummissjoni, ma teżisti ebda raġuni sabiex jiġi ddubitat it-tqassim ta’ kompetenzi bejn l-awtoritajiet doganali Torok u Komunitarji, u dan peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkonkludiet li ma ntwera li kien hemm ebda parteċipazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Torok fil-falsifikazzjoni taċ-ċertifikati inkwistjoni. |
48. |
Bit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkonkludiet b’mod żbaljat li d-dritt ta’ aċċess għall-fajl jestendi biss għad-dokumenti li fuqhom il-Kummissjoni tkun ibbażat id-deċiżjoni inkwistjoni. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl għandu jestendi wkoll għad-dokumenti kunfidenzjali. Fl-aħħar lok, il-Kummissjoni għandha għall-inqas tindika l-eżistenza ta’ dokumenti kunfidenzjali u tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali tal-istess dokumenti. |
49. |
Il-Kummissjoni tirribatti li l-affermazzjonijiet tal-appellanti m’huma bbażati fuq l-ebda dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju. |
50. |
Bit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika l-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza tefgħet fuqha l-oneru tal-prova kollu f’dak li jikkonċerna ċ-ċirkustanzi ta’ fatt li jikkaratterizzaw is-“sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK u tal-Artikolu 905 tar-regolament għall-applikazzjoni tal-istess Kodiċi, fir-rigward ta’ fatti li seħħew f’pajjiż terz (f’dan il-każ: fit-Turkija) jew li jaqgħu taħt il-qasam ta’ xogħol u ta’ influwenza tal-Kummissjoni. Tali tqassim tal-oneru tal-prova jwassal biex l-appellanti tintalab tagħmel xi ħaġa impossibbli u mhux raġonevoli. L-obbligu tagħha fil-qasam tal-provi ġie sodisfatt billi hija pproduċiet indikazzjonijiet oġġettivi li qajmu dubji serji, kif ukoll ċerta probabbiltà fir-rigward tal-fatt li l-irregolaritajiet imsemmija seħħew. |
51. |
Skont il-Kummissjoni, din ma kinitx kwistjoni ta’ tqassim tal-oneru tal-prova. Għall-kuntrarju, il-kwistjoni tat-tqassim tal-oneru tal-prova tqum biss jekk mill-bidu tkun tista’ tiġi ppruvata tal-inqas l-affermazzjoni fattwali inkwistjoni. Mill-banda l-oħra, l-inverżjoni tal-oneru tal-prova għandha l-effett li titfa’ a priori“suspett ġenerali” fuq il-Kummissjoni kif ukoll fuq l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi, u li timponi fuq il-Kummissjoni l-oneru ta’ prova ta’ konfutazzjoni li hija impossibbli għaliha li ġġib. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tafferma li dawn huma sempliċi suppożizzjonijiet min-naħa tal-appellanti u mhumiex indizji oġġettivi. |
52. |
Bir-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li, bil-fatt li ma aċċettatx l-elementi ta’ prova tagħha u l-miżuri istruttorji mitlubin minnha, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 68(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Dan hu a fortiori l-każ peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza imponiet fuqha rekwiżiti severi ħafna f’dak li jikkonċerna l-oneru tal-prova. Barra minn hekk, hija tallega li l-Qorti tal-Prim’Istanza ikkonkludiet b’mod żbaljat li t-talba tagħha għall-produzzjoni tad-dokumenti kontenuti fil-fajl amministrattiv kienet bla suġġett (punt 313), u dan peress li t-talba tagħha kienet tirrigwarda, minn banda, id-dokumenti kollha kontenuti fil-fajl u, mill-banda l-oħra, ċerti dokumenti partikolari, użati bħala eżempju biss, bħal per eżempju r-rapport tal-OLAF tad-9 ta’ Diċembru 1998. |
53. |
Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet korretta meta ċaħdet il-miżuri istruttorji u l-elementi ta’ prova mitluba mill-appellanti, u dan minħabba li ma kienu la rilevanti u lanqas meħtieġa, inkwantu l-fajl kien diġà fih provi rilevanti u koerenti. |
54. |
Il-ħames aggravju jirrigwarda l-iżbalji li allegatament twettqu mill-Qorti tal-Prim’Istanza meta għamlet il-klassifikazzjoni ġuridika tad-dokumenti/fatti relattivi għan-nuqqasijiet tal-awtoritajiet Torok u tal-Kummissjoni. |
55. |
Fir-rigward tal-allegati nuqqasijiet tal-awtoritajiet Torok, l-appellanti ssostni fl-ewwel lok li l-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat u kklassifikat b’mod ġuridikament żbaljat iċ-ċertifikati inkwistjoni. Fit-tieni lok, hija tikkritika l-interpretazzjoni li ngħatat mill-Qorti tal-Prim’Istanza fuq in-natura ffalsifikata taċ-ċertifikat A.TR.1 D437214. Fit-tielet lok, il-paragun bejn it-timbri fuq iċ-ċertifikati rikonoxxuti bħala irregolari u dawk ikklassifikati bħala ffalsifikati ma juri ebda differenza, fatt dan li juri li ċ-ċertifikati inkwistjoni kienu ġew ikklassifikati bħala ffalsifikati b’mod żbaljat. Fir-raba’ lok, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi bil-fatt li ma rrikonoxxietx li r-reġistrazzjoni taċ-ċertifikati li nħarġu kienet tikkostitwixxi obbligu legali li kien jaqa’ fuq it-Turkija skont diversi dispożizzjonijiet tad-deċiżjonijiet Nru 1/95 u 1/96. Barra minn hekk, hija tikkritika r-raġunament tal-Qorti tal-Prim’Istanza fejn tgħid li l-falsifikaturi jkollhom kull interess li għaċ-ċertifikati ffalsifikati jużaw numru ta’ reġistrazzjoni li jikkorrispondi għal dak ta’ ċertifikat regolari, fejn ibbażat ruħha fuq il-premessa li l-importazzjoni doppja taħt l-istess numru ta’ reġistrazzjoni kienet tiġi nnotata immedjatament, speċjalment billi l-port tal-importazzjoni kien Ravenna u ebda numru ta’ reġistrazzjoni li ntuża darbtejn ma kien ġie kkonstatat. Fil-ħames lok, l-appellanti tallega li l-awtoritajiet Torok kienu involuti fil-ħruġ taċ-ċertifikati inkwistjoni u dan minħabba l-fatt li, fil-mument tal-ħruġ tagħhom, l-imsemmija awtoritajiet kienu f’pożizzjoni li jimpedixxu l-użu taċ-ċertifikati ffalsifikati billi jikkontrollaw iċ-ċertifikat maħruġ u l-merkanzija. Fis-sitt lok, l-appellanti tikkontesta l-klassifikazzjoni ġuridika li saret mill-Qorti tal-Prim’Istanza fir-rigward tal-allegat nuqqas tal-awtoritajiet Torok fil-kuntest tal-assistenza reċiproka, u, b’mod iktar partikolari, fir-rigward tal-konstatazzjoni li l-awtoritajiet imsemmijin ma kkontradixxewx ruħhom. Fl-aħħar lok, hija ssemmi diversi ċirkustanzi li, fil-fehma tagħha, juru l-involviment tal-awtoritajiet Torok fil-ħruġ taċ-ċertifikati inkwistjoni. |
56. |
Preliminarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti fehmet ħażin in-natura tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza dwar il-ħames aggravju, li ma jirrigwardawx kwistjonijiet ta’ liġi, imma jikkonsistu f’apprezzamenti fattwali, li ma jistgħux jiġu kkontestati fil-kuntest ta’ appell. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li, fil-kuntest tal-ħames aggravju, l-appellanti irriproduċiet l-argumenti tagħha fl-ewwel istanza, ħaġa li hi inammissibbli. Hija ssostni wkoll li l-appellanti ma tistax turi kif il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi f’dan ir-rigward u li l-allegazzjonijiet tagħha ma huma kkorroborati minn ebda prova u m’għandhom ebda valur probatorju. Fir-rigward taż-żamma tar-reġistri, dan ma hu previst la fil-ftehim ta’ assoċjazzjoni u lanqas f’dispożizzjonijiet oħra applikabbli għal dan il-każ. |
57. |
Għal dak li jikkonċerna l-allegati nuqqasijiet tal-Kummissjoni, l-appellanti ssostni li jeżistu biżżejjed indizji oġġettivi li jsostnu l-konstatazzjoni dwar il-ksur sistematiku u volontarju min-naħa tal-awtoritajiet Torok, li kien imisshom iġġustifikaw kontroll rinforzat tas-sistema preferenzjali min-naħa tal-Kummissjoni. Filwaqt li tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 93 tar-Regoli għall-applikazzjoni tal-KDK u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1/96, l-appellanti hija tal-fehma li r-Repubblika tat-Turkija u l-Kummissjoni kienu ġuridikament marbutin jibagħtu l-kampjuni tat-timbri u tal-firem użati mill-awtoritajiet doganali Torok lill-uffiċjali doganali responsabbli jew jitolbu dawk il-kampjuni u dan anke matul il-perijodu ta’ referenza (1995 sa 1997). Hija ssostni mbagħad li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta ma kkonkludietx li l-Kummissjoni kienet marbuta tavża lill-importaturi tal-konċentrat tal-meraq tal-frott sa mhux iktar tard mill-aħħar tas-sena 1994/bidu 1995, dwar l-irregolaritajiet li seħħew fit-Turkija fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni tal-merkanzija A.TR.1. Barra minn hekk, l-UCLAF kien naqas mill-obbligi tiegħu li joħorġu mill-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 1073/99 li jagħmel investigazzjoni kif xieraq fit-Turkija, inkwantu l-UCLAF ma adottax ċerti metodi ta’ investigazzjoni. |
58. |
Skont il-Kummissjoni, l-appellanti tillimita ruħha għal darba oħra sabiex tikkontesta l-konstatazzjonijiet u apprezzamenti fattwali tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Barra minn hekk, hija tafferma li d-dispożizzjonijiet applikabbli f’dan il-każ ma kinux jimponu, la fuq it-Turkija u lanqas fuq il-Kummissjoni, li jibagħtu l-kampjuni tat-timbri jew tal-firem. Fir-rigward tal-avviż lill-importaturi li, skont l-appellanti, kienet marbuta tagħti, il-Kummissjoni tfakkar li l-importazzjonijiet inkwistjoni f’dan il-każ ikopru l-perijodu bejn April tal-1995 u Novembru tal-1997, mentri d-dubji dwar l-awtentiċità taċ-ċertifikati Torok A.TR.1 u r-regolarità tal-kontenut tagħhom qamu biss wara, jiġifieri mis-sena 1998. |
59. |
Fis-sitt aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tikklassifika bħala nuqqas, il-fatt li l-Kummissjoni ma kkonsultatax il-Kumitat Doganali/Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. F’dan ir-rigward hija tirreferi għas-sentenza magħrufa bħala “tat-televiżjonijiet Torok” ( 3 ). |
60. |
Il-Kummissjoni tenfasizza li hija ma kellha ebda raġuni għalfejn tinvolvi l-Kumitat Doganali jew Kunsill ta’ Assoċjazzjoni f’dan il-każ, u dan fid-dawl tal-kooperazzjoni kontinwa offruta mill-awtoritajiet Torok. |
61. |
Bis-seba’ aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma kkunsidratx l-interess leġittimu tagħha fl-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni fir-rigward taċ-ċertifikat A.TR.1 D437214, u dan peress li fid-dawl tat-terminu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 221(3) tal-KDK ma kienx għadu legali li tirkupra d-dazji doganali maħfura jew imħallsa lura b’avviż ta’ rkupru ġdid adottat wara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza relattiva għall-allegata “falsifikazzjoni” taċ-ċertifikat D437214. |
62. |
Skont il-Kummissjoni, l-interpretazzjoni li tagħti l-appellanti lill-Artikoli 905 et seq tar-Regoli għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali u tal-Artikolu 221(3) tal-KDK hija żbaljata, u dan peress li d-deċiżjoni inkwistjoni ġiet adottata fit-termini previsti u ma ġietx annullata mill-Qorti tal-Prim’Istanza. |
63. |
Skont it-tmien aggravju tal-appellanti, il-Qorti tal-Prim’Istanza injorat il-fatt li, anke jekk jiġi aċċettat li ċ-ċertifikati inkwistjoni kienu foloz, fid-dawl tan-nuqqasijiet gravi tal-awtoritajiet Torok u tal-Kummissjoni, ma jkunx ġust li l-appellanti titħalla ssofri d-dannu li jitnissel mid-deċiżjoni inkwistjoni u dan invista tar-rapport bejn l-operatur ekonomiku u l-amministrazzjoni. |
64. |
Il-Kummissjoni tfakkar li, fid-deċiżjoni inkwistjoni, hija ma qalet xejn fuq il-kwistjoni tan-negliġenza jew tad-diliġenza tal-appellanti, fatt dan li jxejjen l-argument żviluppat fuq dan is-suġġett mill-istess appellanti. |
65. |
Bid-disa’ aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti tal-Prim’Istanza talli nnegat il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet Torok fil-ħruġ u l-użu ta’ 32 ċertifikat A.TR.1 fis-sens tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK. |
66. |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li peress li din hija kwistjoni ta’ ċertifikati ffalsifikati li ma nħarġux mill-awtoritajiet Torok, ma jistax ikun hemm “żball attiv” tal-awtoritajiet Torok fis-sens tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK. |
IV — Analiżi legali
A — Osservazzjonijiet preliminari
1. Kunsiderazzjonijiet dwar il-liġi sostantiva
67. |
Ir-Regolament Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, li beda japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 1994, daħal fis-seħħ fit-22 ta’ Ottubru 1992, u dan skont l-Artikolu 253 tiegħu. Fil-kuntest tal-unjoni doganali, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali, li qabel kienu mferrxin f’diversi regolamenti u direttivi Komunitarji, inġabru f’kodiċi doganali tal-Komunità li jinkorpora leġiżlazzjoni kurrenti doganali, inklużi d-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni li kellhom jiġu adottati fuq livell Komunitarju jew nazzjonali. Fuq il-bażi tal-kunċett tas-suq intern, ir-regoli u l-proċeduri ġenerali tal-kodiċi doganali għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn, jiġifieri, tal-politika agrikola u kummerċjali adottati mill-Komunità fir-rigward tal-moviment tal-merkanzija bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi. Il-kodifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja mhijiex limitata għal riproduzzjoni teknika tal-leġiżlazzjoni doganali eżistenti; l-imsemmija kodifikazzjoni għamlet ukoll tibdiliet f’dik il-leġiżlazzjoni sabiex tiġi reża iktar koerenti u simplifikata u sabiex timla’ ċerti lakuni li jeżistu biex tiġi adottata leġiżlazzjoni Komunitarja kompluta f’dan il-qasam. B’hekk, id-dritt Komunitarju jipprovdi, inter alia, għall-ġbir a posteriori, ir-rimbors kif ukoll il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni, dispożizzjonijiet ġodda li inparti tennew il-liġi eżistenti sa dakinhar u inparti, introduċew xi emendi ( 4 ). |
68. |
Fost ir-regoli Komunitarji kemmxejn qodma li ġew imħassra meta ġie adottat il-kodiċi doganali hemm ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1697/79 ( 5 ) li l-Artikolu 13 tiegħu ġie sostitwit bl-Artikolu 239 tal-KDK preżenti ( 6 ) u li ġie interpretat diversi drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja. Bħalma kien il-każ fir-Regolament li kien japplika qabel, l-Artikolu 239 tal-KDK huwa klawsola ġenerali ta’ ekwità ( 7 ) li jipprovdi li, sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ maħfra jew ta’ rimbors, dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li huma dovuti minnhom infushom f’sitwazzjonijiet li huma differenti minn dawk li normalment huma l-iktar ikkonstatati fil-prattika u espressament regolati, u dan dejjem jekk ma jkun hemm ebda ingann jew traskuraġni ovvja min-naħa tal-persuna interessata. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-elementi ta’ fatt jikkostitwixxux sitwazzjoni partikolari fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija, il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa li hija għandha f’dan il-qasam, għandha tanalizza dawk l-elementi kollha u tibbilanċja, minn naħa, l-interess tal-Komunità li tiżgura l-osservanza tad-dispożizzjonijiet doganali, ma’, min-naħa l-oħra, l-interess tal-operatur ekonomiku bona fede sabiex dan ma jsofrix danni li jeċċedu r-riskju kummerċjali ordinarju. |
69. |
Il-klawsola ġenerali li tinsab fl-Artikolu 239 tal-KDK hija maħsuba b’mod partikolari sabiex tiġi applikata meta ċ-ċirkustanzi li jikkaratterizzaw ir-rapport bejn l-operatur ekonomiku u l-amministrazzjoni jkunu tali li ma jkunx ġust li dak l-operatur isofri dannu li normalment ma kienx isofrix ( 8 ). Bħala regola, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja titlob li l-operatur ekonomiku kkonċernat isib ruħu f’“sitwazzjoni partikolari” fil-konfront ta’ operaturi oħra li jeżerċitaw l-istess attività ( 9 ). Kemm il-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha kif ukoll il-leġiżlatur Komunitarju fir-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK ippreċiżaw f’liema każijiet ikun hemm “sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK ( 10 ). |
70. |
Fi kwalunkwe każ, id-dritt Komunitarju skont l-Artikolu 904 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK jeskludi espressament li l-preżentazzjoni, anke bona fede, għall-għoti ta’ trattament tariffarju preferenzjali favur merkanzija ddikjarata għal ċirkolazzjoni libera, ta’ dokumenti jew ta’ ċertifikati li jiġġustifikaw trattament tariffarju preferenzjali li sussegwentement jinstab li kienu foloz, iffalsifikati jew mhux validi għall-għoti tat-trattament imsemmi, tikkostitwixxi tali sitwazzjoni partikolari. B’dan il-kriterju ta’ esklużjoni, il-leġiżlatur Komunitarju daħħal fid-dritt Komunitarju t-trattament li kien applikat sa dakinhar każ b’każ mill-Qorti tal-Ġustizzja ( 11 ). |
71. |
Fid-dawl tal-fatt li minn banda, ir-rikorrenti fil-prim’istanza kkontestat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni b’rikors għall-annullament skont l-Artikolu 230 KE fejn sostniet prinċipalment li hija kienet f’waħda mis-sitwazzjonijiet partikolari fis-sens tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 239(1) tal-KDK u 905 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK u li mill-banda l-oħra, l-Artikolu 904 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK jidher li jipprekludi, għall-inqas prima facie, it-talba għall-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jikkostitwixxu l-kuntest ġuridiku u fattwali li fid-dawl tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà u l-fondatezza ta’ dan l-appell. |
2. Kunsiderazzjonijiet dwar il-liġi proċedurali
72. |
Mill-aspett proċedurali, insostni li fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet dettaljati u twal ħafna tal-appellanti dwar l-iżvolġiment preċiż tal-fatti huwa assolutament meħtieġ li jiġi mfakkar li skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 225(1) KE l-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun limitat għal punti ta’ dritt. L-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jippreċiża li l-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jkun ibbażat fuq motivi ta’ inkompetenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, ta' ksur tal-proċedura quddiemha kif ukoll ksur tad-dritt Komunitarju. |
73. |
Sabiex jiġi analizzat jekk l-ilment huwiex ammissibbli fil-kuntest tal-appell, jeħtieġ konsegwentement li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-objettiv tal-proċedura tal-appell huwa li tiġi mistħarrġa l-applikazzjoni tal-liġi mill-qorti inkwistjoni u li fl-ebda każ ma jista’ jkun hemm repetizzjoni tal-proċedura fil-prim’istanza. Is-sempliċi repetizzjoni tal-motivi ppreżentati fil-prim’istanza ma tikkostitwixxix ilment ammissibbli fil-kuntest ta’ appell. L-appell għandu jindika bi preċiżjoni l-elementi kkontestati tas-sentenza li tagħha jkun qiegħed jintalab l-annullament, kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu dik it-talba ( 12 ). |
B — Analiżi tal-aggravji tal-appell
1. L-ewwel aggravju: ksur tal-prinċipju tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat ta’ esportazzjoni u l-Istat ta’ importazzjoni
a) It-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat ta’ esportazzjoni u l-Istat ta’ importazzjoni
74. |
Għal dak li jikkonċerna l-allegat ksur tal-prinċipju tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ esportazzjoni u tal-Istat ta’ importazzjoni waqt il-verifika tal-awtentiċità u r-regolarità taċ-ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni tal-merkanzija, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-punti 120, 121, 150, 323 u 324 tas-sentenza appellata li għalihom tirreferi l-appellanti fl-appell tagħha ġew żviluppati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija kif ukoll abbażi tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
75. |
L-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Nru 1/96 jiddisponi li l-kontroll tal-awtentiċità u r-regolarità taċ-ċertifikati jseħħ fil-kuntest tal-assistenza reċiproka prevista fl-Artikolu 29 u fl-anness 7 tad-deċiżjoni Nru 1/95. Din l-assistenza reċiproka hija pprattikata skont l-Artikoli 3 u 4 tal-anness iċċitat iktar ’il fuq b’mod li l-awtoritajiet tal-Istati kontraenti tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jistgħu, wara li jiġu hekk mitluba jew ex officio, jiskambjaw kull informazzjoni li tippermettilhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni doganali tiġi applikata korrettament, partikolarment l-informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet ikkonstatati jew ippjanati li huma jew jistgħu ikunu kontra dik il-liġi. L-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva teħtieġ bilfors li bejn l-awtoritajiet ikkonċernati jkun hemm tqassim tal-kompetenzi li huwa rikonoxxut espressament mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
76. |
Skont ġurisprudenza kostanti, id-determinazzjoni tal-oriġni tal-merkanzija hija bbażata fuq tqassim ta’ kompetenzi bejn l-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni u dawk tal-Istat ta’ importazzjoni, fis-sens li l-oriġni hija stabbilita mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni filwaqt li l-kontroll tal-operat ta’ din is-sistema huwa żgurat mill-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet involuti. Din is-sistema hija ġġustifikata mill-fatt li l-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni huma fl-aħjar pożizzjoni sabiex jivverifikaw direttament il-fatti li jiddeterminaw l-oriġni ( 13 ). Sabiex tiġi determinata l-oriġni tal-merkanzija, dan it-tqassim ta’ poteri għandu l-vantaġġ li jwassal għal riżultati ċerti u uniformi u b’hekk jiġu evitati devjazzjonijiet fit-traffiku u distorzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-kummerċ. |
77. |
Il-mekkaniżmu previst ma jistax jiffunzjona ħlief jekk l-amministrazzjoni doganali tal-Istat ta’ importazzjoni tirrikonoxxi l-evalwazzjonijiet li jkunu twettqu legalment mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni ( 14 ). Bħalma l-Qorti tal-Ġustizzja esponiet fis-sentenza Les Rapides Savoyards et ( 15 ), iċċitata iktar ’il fuq, fil-kuntest ta’ ftehim internazzjonali ta’ kummerċ ħieles li jorbtu lill-Komunità ma’ Stat terz permezz ta’ obbligi reċiproċi, ir-rikonoxximent mill-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri tad-deċiżjonijiet meħudin legalment mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat terz huwa wkoll meħtieġ sabiex il-Komunità, min-naħa tagħha, tkun tista’ titlob li l-awtoritajiet doganali tal-Istat imsemmi josservaw id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-oriġni tal-prodotti tal-Komunità esportati lejn l-istess Stat. |
78. |
L-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni ċertament m’humiex obbligati li minħabba l-preżentazzjoni ta’ attestazzjoni tas-sistema preferenzjali jagħtu lill-importatur it-trattament preferenzjali mitlub minnu. Jekk dik l-attestazzjoni tkun saret skont ir-rekwiżiti formali, hija turi, madankollu, l-apparenza tal-eżattezza materjali. Konsegwentement, il-preżentazzjoni ta’ dak iċ-ċertifikat għandu effett vinkolanti tal-inqas de facto, jiġifieri f’dak li jikkonċerna l-fatti kif stabbiliti mill-awtoritajiet doganali tal-Istat tal-esportazzjoni ( 16 ). |
79. |
Minn dan isegwi li skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni ma jistgħux jirrifjutaw li japplikaw trattament preferenzjali għall-merkanzija importata abbażi ta’ ċertifikat maħruġ b’mod regolari mill-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni. |
80. |
Anke jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni ikollhom dubji fondati f’dak li jikkonċerna l-oriġni reali ta’ dik il-merkanzija, huma ma jistgħux ħlief jitolbu lill-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni sabiex issir verifika tal-oriġni a posteriori ( 17 ). |
81. |
Is-sistema ta’ kooperazzjoni u ta’ tqassim tal-kompetenzi bejn l-amministrazzjonijiet doganali, kif prevista fl-imsemmi ftehim, timplika loġikament li huma jkunu marbutin ukoll mill-konklużjonijiet ta’ dak il-kontroll a posteriori, meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni jkunu setgħu jistabbilixxu l-oriġni tal-merkanzija inkwistjoni. Huwa biss fiċ-ċirkustanza partikolari fejn l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni ma jkunux f’pożizzjoni li jagħmlu l-kontroll a posteriori b’mod regolari li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni jistgħu jipproċedu huma stess sabiex jagħmlu l-verifika dwar l-awtentiċità u l-eżattezza taċ-ċertifikat inkwistjoni u jieħdu inkunsiderazzjoni provi oħra dwar l-oriġni tal-merkanzija inkwistjoni ( 18 ). |
82. |
B’kuntrast mal-fehma sostnuta mill-appellanti, il-ġurisprudenza ma tistax tiġi interpretata bħallikieku kien jeżisti xi dritt tal-Istat ta’ importazzjoni li jeżamina l-ewwel il-legalità u sussegwentement l-apprezzament magħmul mill-Istat ta’ esportazzjoni u li jiddubita minnhom. Mill-banda l-oħra, fis-sentenza Pascoal u Filhos ( 19 ) il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ esportazzjoni, wara kontroll a posteriori, jistgħu jikkonstataw li ċertifikat ma japplikax għall-merkanzija esportata fil-verità jippermetti, minnu nnifsu, lill-awtoritajiet tal-Istat ta’ importazzjoni li jikkonstataw li d-dazji legalment dovuti ma kinux ġew mitluba u, għaldaqstant, li jistitwixxu azzjoni għall-irkupru tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat barra minn hekk li m’hemm xejn fil-leġiżlazzjoni inkwistjoni li jobbliga lill-istess awtoritajiet li jistabbilixxu l-eżattezza tar-riżultati tal-kontroll u lanqas l-oriġni reali tal-merkanzija. |
83. |
Għandu jiġi kkonstatat għalhekk li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u kif esponiet korrettament il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-punti 120 u 121 tas-sentenza appellata, bħala regola l-awtoritajiet Taljani u l-Kummissjoni kienu marbutin bl-apprezzament li sar mill-awtoritajiet Torok f’dak li jikkonċerna l-awtentiċità tat-32 ċertifikat inkwistjoni. M’hemm l-ebda raġuni oġġettiva sabiex isir tibdil fit-tqassim tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet Torok u Komunitarji. Mill-banda l-oħra, jeħtieġ li tiġi segwita l-analiżi tal-Kummissjoni fejn tgħid li l-awtoritajiet doganali tal-Komunità bl-ebda mod ma jkunu f’pożizzjoni li janalizzaw huma stess jekk iċ-ċertifikati ta’ esportazzjoni ta’ pajjiż terz li jkunu ġew ippreżentati lilhom humiex awtentiċi jew falsifikati. Konsegwentement din il-konstatazzjoni ma tistax issir ħlief mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ esportazzjoni li f’dan il-każ huma l-awtoritajiet doganali Torok. |
b) Il-kwistjoni ta’ evalwazzjoni differenti f’każ ta’ aġir frawdolenti min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni
84. |
Fil-fehma tiegħi, m’hemmx bżonn li tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk għandhiex issir evalwazzjoni oħra f’każ li jirriżulta li seħħew irregolaritajiet fil-forma ta’ kooperazzjoni tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż terz, peress li skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza, fi kwalunkwe każ ma jista’ jiġi ppruvat ebda aġir abużiv min-naħa tal-awtoritajiet Torok. Ma’ dan jiżdied il-fatt li din hi kwistjoni ta’ fatti li bħala regola l-evalwazzjoni tagħhom taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Prim’Istanza ( 20 ), evalwazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tistħarreġ biss safejn jirriżulta mill-proċess li dawk il-konstatazzjonijiet huma materjalment ineżatti ( 21 ). Ladarba dawn il-provi jkunu nkisbu b’mod regolari, u l-prinċipji ġenerali tal-liġi u r-regoli ta’ proċedura applikabbli fir-rigward tal-oneru u tal-produzzjoni tal-prova jkunu ġew osservati, hija biss il-Qorti tal-Prim’Istanza li għandha tevalwa l-valur probatorju li għandu jingħata lill-elementi ta’ prova li jkunu tressqu quddiemha ( 22 ). |
85. |
F’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni tat-32 ċertifikat ta’ importazzjoni inkwistjoni bħala foloz, il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punt 122 tas-sentenza appellata, l-ewwel issemmi l-ittra tal-awtoritajiet Torok tat-8 ta’ Marzu 1999, mibgħuta lid-dipartimenti doganali ta’ Ravenna li magħha kien hemm mehmuż lista ta’ 32 ċertifikat li kienu kkunsidrati mill-awtoritajiet Torok bħala li huma ffalsifikati. Sussegwentement, fil-punt 125, il-Qorti tal-Prim’Istanza tindika xi ambigwitajiet li jirriżultaw mill-paragun bejn il-konstatazzjonijiet esposti fl-ittra ċċitati iktar ’il fuq u f’dik mibgħuta mir-rappreżentazzjoni permanenti lill-UCLAF fit-22 ta’ April 1999. F’dik id-data, id-diffikultà għall-partijiet ikkonċernati kienet li jiddeċiedu jekk l-indikazzjonijiet bil-miktub tal-awtoritajiet Torok kinux jippermettu li jiġi dedott li dawn kienu jirrigwardaw ċertifikati ffalsifikati jew sempliċiment irregolari. Il-Qorti tal-Prim’Istanza tikkonstata li l-formula użata “inkorretti u […] ma nħarġux skont ir-regoli ta’ oriġni” setgħet tiġi interpretata wkoll fis-sens li ċ-ċertifikati inkwistjoni ma kinux iffalsifikati. Bħalma l-Qorti tal-Prim’Istanza tikkonstata fil-punt 129 tas-sentenza appellata, l-ittra tat-22 ta’ Awwissu 2003 ippermettiet li jitneħħa kull dubju dwar in-natura ffalsifikata jew le tad-dokumenti inkwistjoni. Konsegwentement, fid-dawl tal-fatti li kellha quddiemha, il-Qorti tal-Prim’Istanza setgħet tikkunsidra, u dan mingħajr ma wettqet ebda żball ta’ liġi, li t-32 ċertifikat inkwistjoni kienu ffalsifikati. |
86. |
F’dak li jirrigwarda l-ilment tal-appellanti li huwa bbażat fuq l-allegat involviment tal-awtoritajiet Torok, il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punt 167 tas-sentenza appellata, fakkret li l-preżentazzjoni ta’ dokumenti li jirriżultaw foloz ma tippermettix, waħedha, li jiġi konkluż li kien hemm xi kollużjoni bejn l-esportaturi u l-awtoritajiet doganali Torok li ħarġuhom. Konsegwentement, il-Qorti tal-Prim’Istanza indikat, u dan mingħajr ma wettqet ebda żball ta’ liġi, li hija ma kellhiex quddiemha elementi tali li juru l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet Torok fil-falsifikazzjonijiet. |
87. |
Lanqas ma jista’ jiġi aċċettat l-argument tal-appellanti li l-ħruġ taċ-ċertifikati irregolari, waħdu, kien jikkostitwixxi irregolarità sostanzjali li tiġġustifika li ma tiġix aċċettata l-analiżi magħmula mill-awtoritajiet Torok. Fil-fatt, dan l-argument iwassal biex jikkontesta t-tqassim rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kompetenzi bejn Stat ta’ esportazzjoni u Stat ta’ importazzjoni biex jivverifikaw l-awtentiċità jew il-korrettezza taċ-ċertifikati msemmija. Barra minn hekk, il-ħruġ ta’ ċertifikati ineżatti min-naħa tal-awtoritajiet doganali kompetenti minħabba żball ma jistax jiġi ekwiparat mal-falsifikazzjoni ta’ ċertifikati li, taqa’ taħt id-dritt penali. |
88. |
Konsegwentement, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud. |
2. It-tieni aggravju: ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl u drittijiet oħra tad-difiża
89. |
L-appellanti ssostni li kien hemm ksur tad-dritt tagħha ta’ aċċess għall-fajl. Fejn hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tivverifika l-portata tad-drittijiet tagħha għad-difiża fi proċedimenti amministrattivi, din hija kwistjoni li tikkonċerna d-dritt proċedurali u konsegwentement, aggravju ammissibbli. |
90. |
L-appellanti tikkritika l-fatt li hija ma kellhiex aċċess ħlief għad-dokumenti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni kkontestata. Mill-banda l-oħra hija ma kellhiex aċċess għal ċerti dokumenti msejħa “kontestwali” kif ukoll għal ċerti dokumenti kunfidenzjali li magħhom il-Kummissjoni tinkludi wkoll ir-rapporti tal-UCLAF jew tal-OLAF. |
91. |
Filwaqt li fakkret il-ġurisprudenza tagħha stess ( 23 ), il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punt 88 tas-sentenza appellata, indikat li fil-kuntest ta’ proċedimenti amministrattivi li jirrigwardaw il-maħfra ta’ dazji doganali, il-prinċipju ta’ osservanza tad-drittijiet tad-difiża jimplika biss li l-parti kkonċernata tista’ tispjega b’mod utli l-pożizzjoni tagħha fuq l-elementi, inklużi d-dokumenti li jistgħu jitressqu kontriha mill-Kummissjoni, bħala bażi tad-deċiżjoni tagħha. Dan il-prinċipju ma jitlobx, għaldaqstant, li l-Kummissjoni tagħti, ex officio, aċċess għad-dokumenti kollha li possibbilment għandhom rabta mal-każ inkwistjoni li hija għandha quddiemha fil-kuntest ta’ talba għal maħfra. Jekk il-parti kkonċernata tqis li tali dokumenti huma utli sabiex tkun tista’ turi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari u/jew in-nuqqas ta’ negliġenza evidenti jew qerq min-naħa tagħha, hija hi li għandha titlob aċċess għal dawn id-dokumenti skont id-dispożizzjonijiet li kienu ġew adottati mill-istituzzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 255 KEE. |
92. |
Il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punt 89, indikat ukoll li hija fuq talba tal-parti kkonċernata li l-Kummissjoni hija obbligata tagħti aċċess għad-dokumenti kollha amministrattivi mhux kunfidenzjali li jikkonċernaw id-deċiżjoni kkontestata. Fin-nuqqas ta’ tali talba, mhemmx, għaldaqstant, aċċess awtomatiku għad-dokumenti li għandha l-Kummissjoni ( 24 ). |
93. |
Jeħtieġ li dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza jiġu analizzati mill-perspettiva tal-modi attwali tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kemm fid-dritt tal-Istati Membri kif ukoll fid-dritt Komunitarju. Minn banda, dan id-dritt huwa marbut mill-qrib mal-garanziji proċedurali mogħtija fil-kuntest ta’ proċedimenti amministrattivi lid-destinatarju ta’ deċiżjoni amministrattiva inapplikazzjoni tal-prinċipju ta’ aġir skont l-istat tad-dritt. Mill-banda l-oħra, dan id-dritt jista’ jinftiehem bħala li huwa espressjoni tad-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni li jeżiġi li l-korpi kollha u istituzzjonijiet oħra tal-Istat jaġixxu b’mod trasparenti u jkunu suġġetti għall-kontroll demokratiku ( 25 ). |
94. |
L-Artikolu 255 KE jikkristallizza l-prinċipju tat-trasparenza stipulta fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat UE u jimplementa fl-istess ħin il-libertà tal-informazzjoni garantita mill-Artikolu 42 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea ( 26 ). Madankollu, f’din il-kawża, il-kwistjoni kienet l-ewwel nett tirrigwarda l-osservanza tad-drittijiet ta’ individwu fil-kuntest ta’ proċedimenti amministrattivi li fi tmiemhom il-Kummissjoni kellha tiddeċiedi fuq il-maħfra tad-dazji doganali skont l-Artikolu 239 tal-KDK. Konsegwentement, l-appellanti seta’ jkollha l-possibbiltà li tippreżenta rikors skont l-Artikolu 255 KE, u dan invista tal-funzjoni speċifika ta’ din il-bażi ġuridika, biss jekk hija ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha xi dispożizzjoni speċifika oħra li tipproteġiha. Fi kwalunkwe każ, hija kellha d-dritt li tinstema’, kif rikonoxxut mill-ġurisprudenza Komunitarja kif ukoll dritt ta’ aċċess għall-fajl ( 27 ) fil-kuntest tal-proċedimenti amministrattivi quddiem il-Kummissjoni. |
95. |
Kif enfasizzat diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, id-drittijiet tad-difiża huma drittijiet fundamentali li jiffurmaw parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li tagħhom hija għandha tiżgura r-rispett ( 28 ) filwaqt li tispira ruħha mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri kif ukoll mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-istrumenti internazzjonali li fihom ikkooperaw u magħhom aderew l-Istati Membri, bħalma hija l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (“KEDB”) iffirmata f’Ruma, fl-4 ta’ Novembru 1950 ( 29 ). |
96. |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl, qua korrollarju tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, jimplika li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-impriża kkonċernata l-possibbiltà li tagħmel analiżi tad-dokumenti kollha li jkunu jinsabu fil-fajl li jkun qed jiġi investigat li jistgħu jkunu rilevanti għad-difiża tagħha ( 30 ). Dawn jinkludu kemm id-dokumenti kontra kif ukoll favur, b’riżerva għas-sigrieti tal-kummerċ ta’ impriżi oħra, tad-dokumenti interni tal-Kummissjoni u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra ( 31 ). |
97. |
Peress li d-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’huwiex limitat biss għad-dokumenti li fuqhom il-Kummissjoni tkun ibbażat id-deċiżjoni kkontestata imma jestendi, mill-banda l-oħra, għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl li jistgħu, jekk ikun il-każ, ikunu rilevanti għad-difiża tad-destinatarju tad-deċiżjoni, dan id-dritt ta’ aċċess għall-fajl fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li huwa iktar wiesa’ mill-interpretazzjoni li fuqha bbażat ruħha l-Qorti tal-Prim’Istanza. Mill-banda l-oħra m’hemmx lok li jiġi kkontestat it-trattament tad-dokumenti kklassifikati bħala kunfidenzjali li bħala tali għandhom jiġu esklużi minn tali aċċess. |
98. |
Fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat id-dritt ta’ aċċess għall-fajl fil-kuntest tal-proċedimenti amministrattivi konċernanti l-maħfra tad-dazji doganali b’mod abużivament restrittiv, ħaġa din li, bħala regola, għandha twassal sabiex tiġi kklassifikata bħala żball ta’ liġi. |
99. |
Madankollu, jiena tal-fehma li interpretazzjoni differenti tal-portata regolamentari ta’ dan il-prinċipju ġenerali tal-liġi, waħedha, mhijiex biżżejjed biex tiġġustifika l-annullament tas-sentenza appellata. Mill-banda l-oħra, il-prinċipju tal-ekonomija tal-proċedura kif ukoll il-funzjoni ta’ protezzjoni li jwettqu l-garanziji proċedurali għall-persuna kkonċernata jimponu li jiġi vverifikat bi preċiżjoni jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kinitx tasal għal konklużjoni oħra kieku hija ħadet inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja meta applikat id-dritt Komunitarju. |
100. |
Bħalma l-Qorti tal-Ġustizzja fil-fatt ikkonstatat fis-sentenza Hercules Chemicals ( 32 ) fil-kuntest tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl, ma jkunx hemm żball ta’ liġi jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza tkun tal-fehma li l-aċċess għad-dokumenti l-oħra lanqas ma kien iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni u konsegwentement tirrespinġi l-argument tal-appellanti relattiv għall-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha. |
101. |
Din il-ġurisprudenza tirrigwarda prinċipju essenzjali tad-dritt amministrattiv ġenerali u tal-proċedura amministrattiva fid-dritt Komunitarju ( 33 ) li jistipula li vizzju ta’ proċedura ma jiġġustifikax l-annullament ta’ deċiżjoni amministrattiva mill-qrati kompetenti ħlief meta l-istess vizzju jkollu effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni. |
102. |
Kif ġustament espona l-Avukat Ġenerali Mischo fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża PVC, iċċitata iktar ’il fuq ( 34 ) l-aċċess għall-fajl m’huwiex l-iskop fih innifsu, imma huwa intiż biex jippermetti lill-persuna kkonċernata li teżerċita, b’mod effettiv, id-drittijiet tad-difiża tagħha. Minn dan isegwi loġikament li, meta irregolarità fl-aċċess għall-fajl ma jkollhiex effett fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija, hija ma tistax iġġib magħha l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. |
103. |
Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Aalborg Portland ( 35 ), l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer, spjega li fir-rigward tal-funzjoni ta’ protezzjoni tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl imsemmija iktar ’il fuq, in-nuqqasijiet proċedurali kienu irrilevanti peress li l-persuna kkonċernata, minkejja kollox, kellha mezzi xierqa biex tiddefendi ruħha. Għaldaqstant, deċiżjoni tista’ tiġi annullata biss meta jiġi kkonstatat li r-riżultat ta’ dik id-deċiżjoni kien ikun iktar favorevoli għall-persuna kkonċernata kieku r-regoli proċedurali jkunu ġew irrispettati skrupolożament jew addirittura kieku jiġi kkonstatat preċiżament li l-vizzju proċedurali qiegħed jimpedixxi li jiġi stabbilit jekk id-deċiżjoni kinitx tkun differenti. |
104. |
Il-Qorti tal-Prim’Istanza essenzjalment qagħdet fuq l-argumenti msemmija iktar ’il fuq meta, fil-punt 94 tas-sentenza appellata, ċaħdet l-ilment ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl għar-raġuni li meta d-dokumenti li ma jkunux servew bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata ma jkunux ġew ikkomunikati, in-nuqqas eventwali milli jiġu kkomunikati m’huwiex rilevanti, peress li tali dokumenti bl-ebda mod ma jistgħu jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata. Din il-konklużjoni taqa’ taħt l-apprezzament tal-fatti mill-Qorti tal-Prim’Istanza u ma tistax tiġi kkontestata fuq livell ġuridiku. |
105. |
Fir-rigward tad-dokumenti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha, jeħtieġ li jiġi enfasizzat il-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma naqsitx milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li meta r-rappreżentant tal-appellanti kkonsulta l-fajl relativ għad-deċiżjoni kkontestata fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fis-6 ta' Awwissu 2002, huwa ffirma dikjarazzjoni bil-miktub li fiha huwa kkonferma espressament li huwa kellu aċċess għad-dokumenti kollha li kellhom rabta diretta jew indiretta mal-fajl inkwistjoni. Barra minn hekk, kien hemm lista mehmuża ma’ din id-dikjarazzjoni, li fiha kien hemm elenkati d-dokumenti kollha li għalihom kellu aċċess l-imsemmi rappreżentant. Bħalma l-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat espressament fil-punti 99 u 100 tas-sentenza appellata, dawn id-dokumenti kienu jinkludu r-rapport tal-missjoni tal-UCLAF tad-9 ta’ Diċembru 1998 kif ukoll l-ittra tal-Kummissjoni/tal-UCLAF tal-istess jum lir-rappreżentanti permanenti Torok li fuqhom, għal darba oħra fil-kuntest tal-appell, l-appellanti tilmenta li dawn ma ġewx ippreżentati. Konsegwentement, il-Qorti tal-Prim’Istanza ġustament setgħet tikkunsidra li b’kuntrast mal-allegazzjonijiet tal-appellanti, hija effettivament kellha aċċess għal dawn id-dokumenti. |
106. |
Rigward it-talba għal aċċess ippreżentata mill-appellanti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors, fil-punt 102 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza indikat li din mhijiex rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti ġewx ivvjolati matul il-proċedimenti amministrattivi u li din ma jistax ikollha effett fuq il-legalità tal-imsemmija deċiżjoni. |
107. |
Qari tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza jiżvela li l-istess Qorti tal-Prim’Istanza fil-fatt eżaminat jekk id-dokumenti inkwistjoni setgħux ikunu ta’ xi utilità għall-appellanti. Għaldaqstant hija ma llimitatx l-analiżi tagħha għall-kwistjoni dwar jekk il-fatt li d-dokumenti inkwistjoni ma ġewx ikkomunikati kellux konsegwenzi fuq il-kontenut tad-deċiżjoni finali. |
108. |
Fil-fatt, essenzjalment, il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza juru li d-dokumenti kkonċernati, mhux biss ma kienu jipprovdu lill-appellanti b’ebda argument, iżda jew kienu tali li ma kinux jistgħu jiġu invokati minnha, minħabba n-natura jew is-suġġett tagħhom, jew minħabba l-kontenut tagħhom, kienu tali li jikkonfermaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, jew fi kwalunkwe każ li ma jikkontradixxuhomx. |
109. |
Konsegwentement, jiena nsostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-metodu ta’ analiżi tagħha, ikkonformat essenzjalment mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar ’il fuq u li l-konklużjonijiet tagħha huma korretti. |
110. |
Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġu analizzati l-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza fuq l-aġir parzjalment inkoerenti tal-appellanti meta hija eżerċitat id-dritt li kellha li tikkonsulta l-fajl. Fil-fatt, fil-punt 102 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza ġustament enfasizzat li l-appellanti ma ppreżentat ebda talba għal aċċess għad-dokumenti l-oħra tal-fajl matul il-proċedimenti amministrattivi u li hija lanqas ma użat il-proposta li saritilha mill-Kummissjoni fl-ittra tal-10 ta’ Lulju 2003. F’dan il-kuntest, huwa kontradittorju li l-appellanti tisħaq fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha meta hija taf perfettament bin-nuqqasijiet proprji tagħha fl-eżerċizzju tad-drittijiet inkwistjoni u li, fl-appell, hija qiegħda tikkontesta l-motivi tas-sentenza mogħtija fil-Prim’Istanza, liema motivi ma jistgħux jiġu kkontestati legalment. |
111. |
Konsegwentement, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud. |
3. It-tielet aggravju: tqassim tal-oneru tal-prova
112. |
Il-konstatazzjoni tal-preżenza ta’ “sitwazzjonijiet” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 239(1) tal-KDK jew ta’ “sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 905(1) tar-Regolament għall-applikazzjoni tal-KDK hija suġġetta għall-espożizzjoni, għall-prova kif ukoll l-apprezzament ta’ ċerti fatti u ċirkustanzi partikolari. Madankollu, il-partijiet ma jaqblux fuq il-kwistjoni tat-tqassim konkret tal-oneru tal-prova u l-appellanti titlob li hija għandha tibbenefika minn inverżjoni tal-oneru tal-prova jew minn mitigazzjoni ta’ dan l-oneru tal-prova. Bil-fatt li l-appellanti, fl-argumenti li hija tinvoka, tikkritika lill-Qorti tal-Prim’Istanza talli ma rrispettatx il-prinċipji proċedurali relattivi għall-oneru tal-prova, l-appellanti ssostni li kien hemm applikazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju u għaldaqstant, aggravju ammissibbli ( 36 ). |
113. |
L-analiżi ta’ dan l-aggravju jitlob l-ewwel nett ċerti kunsiderazzjonijiet fundamentali fuq it-tqassim tal-oneru tal-prova fil-kuntest tal-proċedura intiża għar-rimbors jew il-maħfra tad-dazju fuq l-importazzjoni. |
114. |
L-ewwel nett jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li skont ir-regoli tal-liġi proċedurali ġeneralment aċċettati, hija l-persuna li tipprevalixxi ruħha mill-kundizzjonijiet ta’ xi dispożizzjoni li għandha tipprova l-osservanza tagħha ( 37 ). Konsegwentement, bħala regola ġenerali, huwa l-importatur li għandu jesponi u jipprova li teżisti “sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK tali li tiġġustifika l-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni ( 38 ). L-istess japplika għall-prova tal-oriġni tal-merkanzija meta d-deċiżjoni dwar jekk huwiex meħtieġ li jsir ir-rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni jew le tiddependi mir-risposta għal dik id-domanda ( 39 ). |
115. |
Mill-banda l-oħra, hija l-Kummissjoni li, fil-kuntest ta’ deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari” li għaliha hija għandha marġni ta’ diskrezzjoni xierqa ( 40 ), għandha tesponi u tipprova li ċ-ċertifikati ppreżentati mill-importatur huma foloz jew iffalsifikati. Meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 904(ċ) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK huma sodisfatti, il-Kummissjoni m’għandhiex, mill-banda l-oħra, l-obbligu li tipprova n-nuqqas ta’ sitwazzjoni partikolari peress li d-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq diġà fiha l-apprezzament tal-leġiżlatur Komunitarju li huwa vinkolanti għall-Kummissjoni, fis-sens li hija m’għandhiex tikkunsidra li l-bona fede potenzjali tal-importatur hija denja li tiġi protetta fil-proċedura skont l-Artikolu 239 tal-KDK. |
116. |
Kif diġà indikajt fl-osservazzjonijiet preliminari tiegħi f’dan il-każ ( 41 ), billi stipula dan il-kriterju ta’ esklużjoni, il-leġiżlatur Komunitarju adotta l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li għadha applikabbli, li tistipula li l-preżentazzjoni ta’ dokumenti, anke bona fede, għall-għoti ta’ trattament tariffarju preferenzjali favur il-merkanzija ddikjarata għal ċirkolazzjoni libera, dokumenti li sussegwentement jiġi stabbilit li kienu foloz, iffalsifikati jew mhux validi għall-għoti ta’ dan it-trattament tariffarju preferenzjali ma tikkostitwixxix “sitwazzjoni partikolari” li tiġġustifika l-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni. Din il-ġurisprudenza, sa mis-sentenza awtorevoli Van Gend & Loos et ( 42 ), hija bbażat fuq il-kunsiderazzjoni, inter alia, li l-Komunità ma tistax tittollera l-konsegwenzi danneġġjanti ta’ aġir inkorrett. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, bħala regola, il-fatt li jiġu rċevuti ċertifikati ta’ oriġni invalidi, jista’ jiġi meqjus bħala li jaqa’ taħt ir-riskji professjonali li jikkonfronta l-operatur ekonomiku u dan minħabba n-natura stess tal-attivitajiet tiegħu u li huwa jista’ jipprova jfittex lill-awtur tal-falsifikazzjoni għal kumpens għad-danni. |
117. |
Il-Qorti tal-Prim’Istanza aċċettat xi eċċezzjonijiet għal din ir-regola biss fil-każijiet ta’ falsifikazzjonijiet li jeċċedu r-riskju professjonali ordinarju tal-operatur ekonomiku kkonċernat, per eżempju meta l-Kummissjoni tkun naqset mid-dmir tagħha ta’ sorveljanza ( 43 ) jew fil-każ li xi impjegati tad-dwana jipparteċipaw f’xi aġir illeċitu. ( 44 ) Jeħtieġ li din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tiġi approvata mingħajr ebda restrizzjoni peress li hija tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, indipendentement mill-proċeduri doganali li jeħtieġu l-parteċipazzjoni tiegħu, l-operatur ekonomiku kkonċernat, bħala regola ġenerali, għandu biss influwenza żgħira fuq l-osservanza tal-obbligi min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest ta’ sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Ma jkunx ġust għalhekk li jiġi mgiegħel isostni dannu imputabbli għall-aġir illeċitu ta’ korpi amministrattivi. |
118. |
Fl-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji żviluppati mill-ġurisprudenza, jeħtieġ madankollu li jittieħed inkunisderazzjoni l-fatt li dawn l-eċċezzjonijiet m’humiex ħlief aġġustamenti ad hoc tal-ġurisprudenza stabbilita sabiex jiġi sodisfatt il-prinċipju tal-ekwità sostantiva każ b’każ. Billi dawn huma eċċezzjonijiet, għandhom jiġu interpretati biss b’mod restrittiv ( 45 ). Mill-bqija, din l-interpretazzjoni tikkorrispondi mal-ġurisprudenza Komunitarja eżistenti fejn jinsab stabbilit li l-maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni tista’ tingħata biss taħt ċerti kundizzjonijiet u f’każijiet speċifikament previsti b’mod li d-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal tali maħfra, li jikkostitwixxu eċċezzjoni għar-regoli normalment applikabbli għall-importazzjonijiet, għandhom jiġu interpreti b’mod restrittiv ( 46 ). Konsegwentement, l-applikazzjoni tagħha għandha tkun ippreċeduta minn eżami rigoruż tal-fatti flimkien ma’ analiżi tal-provi ppreżentati. Skont ir-regoli ġeneralment aċċettati fid-dritt proċedurali u fid-dawl tal-ġurisprudenza inekwivoka tal-Qorti tal-Ġustizzja minn mindu ngħatat is-sentenza Van Gend & Loos, insostni li huwa loġiku li l-oneru tal-prova għandu jiggrava fuq l-appellanti anke fir-rigward ta’ irregolaritajiet li jseħħu li jistgħu eventwalment jikkostitwixxu “sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK. |
119. |
L-argumenti ppreżentati mill-appellanti favur l-inverżjoni tal-oneru tal-prova mhumiex konvinċenti. |
120. |
Bħalma ġustament tindika l-Kummissjoni, din il-kawża ma tirrigwardax prinċipalment kwistjoni ta’ tqassim tal-oneru tal-prova, u dan għall-kuntrarju ta’ dak li tallega l-appellanti. Il-kwistjoni tat-tqassim tal-oneru tal-prova tqum biss meta allegazzjoni ta’ fatt ikkontestat tkun, għall-inqas prima facie, tista’ tiġi ppruvata. Madankollu, l-allegazzjonijiet tal-appellanti huma infondati kompletament u dan peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma sabet ebda element li jikkorrobora l-argument tagħha fejn tgħid li l-awtoritajiet Torok naqsu mill-obbligi tagħhom waqt it-traspożizzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif ukoll dawk rigwardanti l-assistenza reċiproka. Mill-banda l-oħra, fil-punt 194 tas-sentenza appellata, jirriżulta li l-missjonijiet tal-UCLAF fit-Turkija kienu nbdew fi żmien raġonevoli wara l-iskoperta tal-ewwel falsifikazzjoni. Barra minn hekk, fil-punt 195, il-Qorti tal-Prim’Istanza indikat li l-kontrolli li kienu twettqu mill-awtoritajiet Torok ikkonċernaw numru kbir ħafna ta’ ċertifikati iżda li, minkejja dan, il-lista taċ-ċertifikati kkunsidrati minnhom bħala falsifikati kienet intbagħtet lid-Dipartiment tad-Dwana ta’ Ravenna relattivament malajr. Fl-aħħar nett, fil-punt 196, il-Qorti tal-Prim’Istanza rrilevat il-korrispondenza abbundanti li ġiet skambjata bejn l-awtoritajiet Komunitarji u l-awtoritajiet Torok dwar iċ-ċertifikati inkwistjoni. F’dan il-kuntest, ma tistax tiġi kkontestata l-konklużjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, jiġifieri li l-allegazzjonijiet tal-appellanti, fejn tgħid li l-awtoritajiet Torok u partikolarment ir-Rappreżentazzjoni Permanenti Torka kienu rrifjutaw li jikkooperaw mal-Kummissjoni mis-sena 2000, ma huma kkorroborati minn ebda prova. |
121. |
Skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza kien hemm addirittura inqas provi dwar l-allegat involviment tal-awtoritajiet Torok fil-falsifikazzjoni taċ-ċertifikati ta’ importazzjoni inkwistjoni, b’mod li t-tentattiv tal-appellanti li tagħmel analoġija bejn il-fatti tal-kawża prinċipali u dawk tal-kawża Kaufring et m’huwiex konvinċenti. B’kuntrast mal-argument tal-appellanti, il-preżentazzjoni ta’ dokumenti li jirriżultaw foloz ma tippermettix, waħedha, li jiġi konkluż li kien hemm xi kollużjoni bejn l-esportaturi u l-awtoritajiet doganali Torok li ħarġuhom. Fil-fatt, li kieku ma kienx hekk, ir-regola li tinsab fl-Artikolu 904(ċ) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK tkun superfluwa. |
122. |
Indipendentement mill-fatt li l-argument tal-appellanti m’huwiex konvinċenti biżżejjed, jiena tal-fehma li l-inverżjoni tal-oneru tal-prova ma tantx jista’ jservi għall-argument tal-appellanti peress li l-Kummissjoni u l-UCLAF/OLAF ħadu l-miżuri kollha neċessarji ex officio, inkluż li jibdew missjonijiet ta’ investigazzjoni fil-post biex jiċċaraw il-fatti tal-kawża prinċipali bi ftehim mal-awtoritajiet Torok. Fin-nuqqas ta’ provi kuntrarji, jeħtieġ għalhekk li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok eżawrixxew il-possibbiltajiet ġuridiċi ta’ assistenza reċiproka li jagħtihom il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. F’dan il-kuntest jeħtieġ li jiġi mfakkar espressament li fil-pajjiżi terzi bħat-Turkija, il-Kummissjoni m’għandha ebda ġurisdizzjoni proprja fil-qasam tal-investigazzjoni iżda tiddependi fuq il-kooperazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi terzi u hija tista’, l-iktar l-iktar, tinferixxi l-konklużjonijiet li jkunu meħtieġa f’każ li l-kooperazzjoni msemmija tiġi rrifjutata ( 47 ). Inkwantu r-riċerki magħmula mill-appellanti ma pproduċew ebda indikazzjoni dwar l-oriġni tal-falsifikazzjonijiet u lanqas ma juru xi aġir irregolari mill-awtoritajiet kompetenti, ma jidhirx li jista’ jkun utli għall-persuni kkonċernati li l-oneru tal-prova jiġi maqlub. L-istess japplika għall-mitigazzjoni tal-oneru tal-prova mitluba mill-appellanti u dan peress li l-Kummissjoni hija obbligata tipproduċi quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza r-riżultati tal-investigazzjoni tagħha. Ir-riżultati li għalihom waslet il-Kummissjoni tibbenefika minnhom l-appellanti wkoll. Konsegwentement, il-kontestazzjoni dwar it-tqassim tal-oneru tal-prova stabbilit mill-Qorti tal-Prim’Istanza ma jistax ikollha l-għan ħlief li tikkontesta bla ebda raġuni a posteriori l-konstatazzjonijiet ta’ fatt stabbiliti mill-Qorti tal-Prim’Istanza mingħajr ebda żball ta’ liġi. Fid-dawl tal-fatt li, bħala regola, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hi kompetenti la biex tistħarreġ l-aċċertament tal-fatti magħmul mill-Qorti tal-Prim’Istanza u lanqas biex tevalwahom, jeħtieġ li dan l-aggravju jiġi miċħud. |
4. Ir-raba’ aggravju: ċaħda tat-talba għal miżuri istruttorji
123. |
Bir-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika ċ-ċaħda tat-talba għal miżuri istruttorji magħmula skont l-Artikoli 64(4) u 65 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u konsegwentement, l-applikazzjoni żbaljata tad-dritt proċedurali li, bħala regola, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tistħarreġ. Madankollu, huwa l-obbligu tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tiddeċiedi dwar il-ħtieġa tal-miżuri istruttorji sabiex tinstab soluzzjoni għall-kawża ( 48 ). |
124. |
F’dan ir-rigward, jidher li l-allegazzjonijiet tal-appellanti dwar il-ksur tar-regoli tal-proċedura huma infondati. |
125. |
Fir-rigward tal-allegata omissjoni tal-preżentata tar-rapporti tal-missjoni tal-UCLAF tad-9 u tat-23 ta’ Diċembru 1998, għandu jiġi kkonstatat li fil-punt 99 tas-sentenza appellata l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet iġġustifikata tikkunsidra li l-appellanti kellha aċċess għal dawn id-dokumenti ( 49 ). Fil-konfront tal-ilment iktar wiesa’ li huwa bbażat fuq in-natura inkompleta tar-rapporti inkwistjoni, jeħtieġ li tingħata tweġiba fis-sens li l-appellanti stess, fil-punt 88 tal-appell, ammettiet li hija kienet irċeviet il-parti nieqsa ta’ dawn ir-rapporti fit-12 ta’ Ottubru 2005 b’mod li waqt is-seduta tal-15 ta’ Novembru 2005, l-appellanti kienet taf bid-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl. Konsegwentement, kien ġust li t-talba tagħha għall-preżentata tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tiġi miċħuda bħala li hija bla suġġett. |
126. |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punt 324 tas-sentenza appellata, enfasizzat li l-awtoritajiet Torok affermaw b’mod ċar li ċ-ċertifikati inkwistjoni kienu ġew falsifikati. Il-Qorti tal-Prim’Istanza waslet għall-konklużjoni li, fid-dawl tal-provi fil-proċess u fid-dawl tal-ilmenti invokati mill-appellanti, jidher li tali miżuri intiżi sabiex juru li dawn huma dokumenti awtentiċi la huma rilevanti u lanqas ma huma neċessarji sabiex din il-kawża tiġi deċiża. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim’Istanza, filwaqt li eżerċitat il-poter diskrezzjonali tagħha, iddeċidiet li ma kienx hemm lok li din il-Qorti tirrikorri għalihom. Din l-analiżi ma tistax tiġi kkontestata mill-perspettiva legali. |
127. |
Konsegwentement, dan l-aggravju għandu jiġi miċħud ukoll. |
5. Il-ħames aggravju: il-klassifikazzjoni ġuridika tad-dokumenti/fatti konċernanti l-allegati nuqqasijiet imputabbli lill-awtoritajiet Torok u lill-Kummissjoni
128. |
Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi nnotat li fil-ħames aggravju tagħha, l-appellanti tikkontesta prinċipalment il-konstatazzjonijiet u l-apprezzamenti fattwali magħmulin mill-Qorti tal-Prim’Istanza li bħala regola, ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ dawn il-proċeduri u b’hekk jiġu suġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ħlief jekk l-imsemmija Qorti tistħarreġ il-klassifikazzjoni ġuridika tagħhom u l-konsegwenzi li l-Qorti tal-Prim’Istanza siltet minnhom sabiex tiddeċiedi li ma kienx hemm “sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK ( 50 ). |
129. |
Jeħtieġ li jiġi nnotat ukoll li, inkwantu l-appellanti ħadet bħala bażi għall-argumenti tagħha allokazzjoni tal-oneru tal-prova li huwa differenti minn dak li fuqu bbażat ruħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ( 51 ), jeħtieġ li din l-interpretazzjoni tiġi miċħuda, u dan fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li għamilt rigward it-tielet aggravju. |
130. |
Fil-paragrafi segwenti, jien ser nittratta l-allegat ksur tal-obbligi li kellhom josservaw l-awtoritajiet Torok u l-Kummissjoni li fuqu l-appellanti tibbaża l-argument tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari”. Sabiex kemm jista’ jkun possibbli, jiġu evitati r-ripetizzjonijiet, ser nikkonċentra l-argument tiegħi fuq l-aspetti li jidhirli li huma l-iktar rilevanti u ser nidħol biss fil-qosor fuq dawk l-aspetti li diġà ttrattajt fl-analiżi ġuridika tiegħi. |
a) L-allegati nuqqasijiet ta’ twettiq tal-obbligi tal-awtoritajiet Torok
i) Il-klassifikazzjoni tat-32 ċertifikat A.TR.1 inkwistjoni bħala falsifikati
131. |
Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tat-32 ċertifikat A.TR.1 inkwistjoni bħala falsifikati, huwa biżżejjed li jiġi indikat li l-Qorti tal-Prim’Istanza, mingħajr ma għamlet żball ta’ liġi, ikkonstatat li minħabba t-tqassim tal-kompetenzi preskritt mid-dritt Komunitarju, kienu biss l-awtoritajiet Torok li kienu awtorizzati jivverifikaw l-awtentiċità taċ-ċertifikati Torok ( 52 ). Hekk kif ikkonstatat ġustament il-Qorti tal-Prim’Istanza, l-imsemmija awtoritajiet kienu kkonfermaw li ċ-ċertifikati msemmija kienu ffalsifikati ( 53 ). |
ii) Iċ-ċertifikat A.TR.1 WVB D 437214
132. |
Bħalma kkonstatat ġustament il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-punti 129 et seq, l-awtoritajiet Torok neħħew kull dubju rigwardanti n-natura ffalsifikata taċ-ċertifikat 437214 fl-ittra tagħhom tat-22 ta’ Awwissu 2003. |
133. |
In-natura ffalsifikata taċ-ċertifikati inkwistjoni madankollu ma twassalx fiha nfisha biex tiġġustifika l-ilment relattiv għall-ksur min-naħa tal-awtoritajiet Torok tal-obbligi tagħhom, u lanqas a fortiori, dak relattiv għall-involviment tal-awtoritajiet Torok. Konsegwentement, jeħtieġ li jiġi miċħud l-argument tal-appellanti relattiv għall-ksur tal-obbligi min-naħa tal-awtoritajiet Torok meta dawn ikklassifikaw it-32 ċertifikat A.TR.1 bħala foloz. |
iii) Nuqqas tal-awtoritajiet Torok milli jwettqu l-obbligi tagħhom f’dak li jikkonċerna t-timbri
134. |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi miċħud l-argument tal-appellanti relattiv għan-nuqqas tal-awtoritajiet Torok fir-rigward tal-obbligi tagħhom f’dak li jikkonċerna t-timbri peress li l-istess appellanti ma spjegatx bil-kjarezza meħtieġa b’liema mod il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball li jista’ jiġi kkontestat permezz ta’ appell. Dan il-fatt huwa biżżejjed fih innifsu sabiex dan l-aggravju jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
135. |
Bħala sempliċi prekawzjoni, jeħtieġ li jiġi nnotat li peress li l-appellanti, mill-allegat xebh bejn il-marki li jħallu t-timbri magħmulin fuq il-kopji taċ-ċertifikati inkwistjoni u ċ-ċertifikati kklassifikati bħala regolari, tixtieq tiddeduċi li l-imsemmija ċertifikati m’humiex iffalsifikati imma biss irregolari, jeħtieġ li tingħata tweġiba fis-sens li fuq livell ġuridiku, din il-konstatazzjoni ma tistax tissostitwixxi l-analiżi inekwivoka li saret fir-rigward taċ-ċertifikati mill-awtoritajiet Torok. |
iv) Nuqqas tal-awtoritajiet Torok milli jwettqu l-obbligi tagħhom f’dak li jikkonċerna r-reġistrazzjoni tad-dokumenti uffiċjali
136. |
Jeħtieġ li jiġi sostnut l-apprezzament tal-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sens li la l-ftehim ta’ assoċjazzjoni u lanqas id-dispożizzjonijiet adottati sabiex l-istess ftehim jiġi implementat ma jipprovdu xi obbligu fuq l-awtoritajiet Torok li jżommu reġistru tad-dokumenti doganali. Madankollu, l-appellanti għandha raġun tgħid, fil-punt 136 tal-appell, li r-reġistrazzjoni tad-dokumenti uffiċjali hija prattika komuni għal awtorità organizzata u għalhekk, ħaġa ovvja. Bħalma tenfasizza l-appellanti, ir-reġistrazzjoni tikkostitwixxi, fl-istess ħin, il-bażi għall-għoti siewi ta’ assistenza amministrattiva reċiproka. |
137. |
Madankollu, din il-konstatazzjoni mhijiex biżżejjed waħidha biex tikkorrobora l-argument tal-appellanti, fejn tgħid li ċ-ċertifikati inkwistjoni huma ċertifikati awtentiċi. Il-konstatazzjonijiet li kienu twettqu b’mod ċar mill-awtoritajiet Torok jikkontradixxu dan l-argument. Mill-banda l-oħra huwa l-argument tal-Qorti tal-Prim’Istanza li għandu japplika, fejn jingħad li l-falsifikaturi kellhom kull interess li jużaw għaċ-ċertifikati falsifikati numru ta’ reġistrazzjoni li jikkorrispondi għal ċertifikat regolari. Din il-konstatazzjoni ma turi ebda żball ta’ liġi. |
v) Nuqqas tal-awtoritajiet Torok milli jwettqu l-obbligi tagħhom minħabba l-involviment tagħhom fil-ħruġ taċ-ċertifikati irregolari
138. |
Kif indikajt diġà, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonkludiet ġustament li s-sempliċi fatt li ċ-ċertifikati inkwistjoni kienu ffalsifikati, waħdu, ma jippermettix li jiġi konkluż li l-awtoritajiet Torok kienu involuti fil-falsifikazzjonijiet inkwistjoni. |
vi) Nuqqas tal-awtoritajiet Torok milli jwettqu l-obbligi tagħhom fil-kuntest tal-assistenza reċiproka
139. |
Fil-punti 194 sa 206 tas-sentenza appellata l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet ikkonstatat li l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet Torok kienet korretta minn kull aspett. Fuq dan is-suġġett ġie enfasizzat b’mod partikolari li l-awtoritajiet Torok innfushom kienu ħadu l-inizjattiva li jikkontrollaw iċ-ċertifikati inkwistjoni f’din il-kawża, li kienu ivverifikaw diversi mijiet ta’ ċertifikati f’terminu raġonevoli, li kienu kkomunikaw ir-riżultati tagħhom lill-awtoritajiet Komunitarji u ppermettew lill-Kummissjoni li twettaq diversi investigazzjonijiet fil-post fit-Turkija. Dawn il-konstatazzjonijiet ma jistgħux jiġu kkontestati legalment. |
140. |
It-tentattivi tal-awtoritajiet Torok li jaħbu d-dokumenti jew jostakolaw il-kors tal-investigazzjonijiet allegati mill-appellanti lanqas ma jippermettu li jiġi konkluż li l-Qorti tal-Prim’Istanza evalwat il-fatti ppreżentati lilha b’mod legalment żbaljat, u dan iktar u iktar peress li l-allegazzjonijiet tal-appellanti la huma fondati suffiċjentement u lanqas ikkorroborati b’xi provi. |
141. |
Inkwantu l-appellanti tirreferi għall-proċeduri quddiem is-servizz tal-pulizija doganali ta’ Kolonja jew il-Finanzgericht Hamburg iċċitati minnha, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li dawn m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-proċeduri għal rimbors inkwistjoni u lanqas ma ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni mill-appellanti sabiex jiġu mehmuża mal-fajl ta’ dawn il-proċeduri għal rimbors. Jeħtieġ li dan l-argument jiġi miċħud bħala irrilevanti. |
142. |
L-argumenti tal-appellanti rigward iċ-ċertifikati D 141591 u D 412662 huma wkoll kompletament irrilevanti u dan peress li d-deċiżjoni inkwistjoni tal-Kummissjoni ma kienet tirrigwarda ebda wieħed minn dawn iż-żewġ ċertifikati. Fil-punt 199 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza indikat li ċ-ċertifikat D 141591 ma kienx jifforma parti miċ-ċertifikati inkwistjoni peress li l-appellanti la ressqet rikors kontra l-ħlas ta’ dazji wara l-konstatazzjoni ta' falsifikazzjoni u lanqas talbet il-ħlas lura tad-dazji miġbura, u b’hekk irrikonxxiet b'mod impliċitu n-natura mhux awtentika taċ-ċertifikat inkwistjoni. |
vii) In-nuqqas tal-awtoritajiet Torok abbażi ta’ ċirkustanzi oħra u l-ostakolar tal-investigazzjonijiet f’Mersin
143. |
Jeħtieġ li jiġu miċħuda l-allegazzjonijiet l-oħra tal-appellanti rigwardanti l-allegat nuqqas tal-awtoritajiet Torok. Dawn l-allegazzjonijiet huma intiżi li jitfgħu dubji fuq il-fatti stabbiliti mill-Qorti tal-Prim’Istanza, mingħajr madankollu ma juru biċ-ċar fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi. |
144. |
Il-Qorti tal-Prim’Istanza ġustament sostniet li l-osservazzjonijiet tal-appellanti relattivi għal-laqgħat tagħha mal-uffiċċju tal-affarijiet ekonomiċi tal-Prim Ministru Tork u s-sospensjoni tal-proċeduri penali kontra l-esportatur tagħha, Akmann, kienu irrilevanti, bħalma kienu irrilevanti l-affermazzjonijiet mhux ikkorroborati fejn ingħad li l-awtoritajiet Torok, minkejja d-diversi missjonijiet li wettqet l-UCLAF fil-post kienu ostakolaw l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni fit-Turkija. B’kuntrast mal-argument tal-appellanti, dawn l-affermazzjonijiet ma jaffettwawx l-evalwazzjoni tal-fatti. Fi kwalunkwe każ, dawn ma jippermettux li jiġi konkluż jew li ċ-ċertifikati kienu sempliċiment ineżatti jew li l-awtoritajiet Torok kisru l-obbligi tagħhom. |
b) L-allegati nuqqasijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligi tagħha
145. |
L-appellanti kienet allegat erba’ nuqqasijiet fil-konfront tal-Kummissjoni li fil-fehma tagħha, kienu jikkostitwixxu “sitwazzjonijiet partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK. Fis-sentenza appellata, madankollu, il-Qorti tal-Prim’Istanza waslet għall-konklużjonijiet li l-Kummissjoni ma kienet naqset minn ebda obbligu. Kif ser nuri iktar ‘il quddiem, jeħtieġ li din l-evalwazzjoni tiġi approvata b’mod assolut. |
i) Nuqqas fir-rigward tas-sorveljanza tal-iskema preferenzjali
146. |
Il-Qorti tal-Prim’Istanza ġustament ikkonstatat l-ewwel nett li, rigward in-nuqqasijiet allegati relativi għas-sorveljanza u l-kontroll tal-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, hemm lok li jiġi osservat li, skont l-Artikolu 211 KE u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tiżgura applikazzjoni korretta tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ( 54 ). Il-Qorti tal-Prim’Istanza enfasizzat li dan l-obbligu jirriżulta wkoll mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni stess u mid-diversi deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ( 55 ). |
147. |
Wara li evalwat iċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat li l-Kummissjoni għamlet dak kollu neċessarju sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mat-Turkija. Fil-punt 238 tas-sentenza appellata ġie enfasizzat ġustament li l-Kummissjoni wettqet investigazzjonijiet fit-Turkija malli tfaċċaw l-ewwel indizji ta’ falsifikazzjoni ta’ ċertifikati ta’ ċirkulazzjoni. |
148. |
Skont ir-regoli ta’ proċedura ġeneralment aċċettati, il-Qorti tal-Prim’Istanza imponiet fuq l-appellanti l-oneru li tipprova l-eventwali nuqqas tal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest hija ċaħdet kemm l-allegazzjonijiet ġenerali u s-suspetti tal-appellanti kif ukoll it-tentattiv tagħha li tagħmel analoġija mal-fatti li fuqhom hija bbażata s-sentenza Kaufring et. Fil-fatt, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat li l-fatti tal-kawża appena ċċitata ma jistgħux jitqabblu ma’ dawk li kienu ġew eżaminati fil-kuntest ta’ din il-kawża, peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza, fis-sentenza Kaufring et, kienet ikkonstatat li l-awtoritajiet Torok wettqu nuqqasijiet serji, fosthom, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni relattivi għall-esportazzjonijiet kollha tat-televixins li kienu jiġu mit-Turkija. L-imsemmija nuqqasijiet ikkontribwixxew sabiex iseħħu irregolaritajiet marbutin mal-esportazzjonijiet, li qiegħdu lill-esportaturi f’sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK. Madankollu, f’dan il-każ, l-imsemmija nuqqasijiet li jaffettwaw l-esportazzjonijiet kollha tal-meraq tal-frott ma ġewx ipprovati f’dak li jikkonċerna ċ-ċertifikati inkwistjoni. |
149. |
Fid-data li fiha seħħew il-fatti li wasslu għall-kawża ineżami, ma kien jeżisti ebda ħjiel dwar il-ksur sistematiku tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tali li jagħti lill-Kummissjoni raġunijiet sabiex tkun iktar viġilanti fil-kontroll tal-implementazzjoni tas-sistema preferenzjali fil-konfont tat-Turkija. Għaldaqstant, ma kienx hemm lok li l-Kummissjoni tiġi akkużata b’nuqqas fir-rigward tal-obbligi tagħha. Konsegwentement, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma wettqet ebda żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-fatti. |
ii) Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu minħabba l-fatt li ma ntbagħtux kampjuni tat-timbri
150. |
Fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza ġustament ikkonstatat li d-dispożizzjonijiet legali applikabbli għal dan il-każ la kienu jimponu fuq it-Turkija u lanqas fuq il-Kummissjoni l-obbligu li jibagħtu kampjuni tat-timbri jew tal-firem. Għaldaqstant, il-fatt li l-Kummissjoni ma bagħtitx il-marki tat-timbri lill-awtoritajiet doganali Taljani ma setax jikkostitwixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
151. |
Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-appellanti, lanqas mill-Artikolu 93 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK ma jirriżulta xi obbligu simili. Skont id-diċitura ċara tal-Artikolu msemmi, din id-dispożizzjoni tirreferi mhux għaċ-ċertifikati A.TR.1 inkwistjoni f’din il-kawża imma biss għall-formoli “APR” u għaċ-ċertifikati tal-oriġni “formola A” li jirrigwardaw biss l-importazzjoni ta’ merkanzija provenjenti minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ( 56 ). |
152. |
Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-appellanti, l-Artikolu 93 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-kodiċi doganali lanqas ma ġie ddikjarat applikabbli mutatis mutandis għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija permezz ta’ deċiżjonijiet. Dan japplika wkoll għall-Artikolu 4 tad-deċiżjoni Nru 1/96. Għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet tal-appellanti, din id-dispożizzjoni b’ebda mod ma tiddikjara l-Artikolu 93 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-kodiċi doganali bħala li huwa applikabbli f’dan il-każ. L-appellanti injorat il-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mat-Turkija biss jekk u safejn il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u d-deċiżjonijiet ippromulgati taħtu jipprovdu għal dan b’mod espress. Madankollu, l-Artikolu 93 tar-Regoli għall-implementazzjoni tal-kodiċi doganali qatt ma ġie mdaħħal fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Għaldaqstant l-appellanti ma tista’ tiċċita lanqas dispożizzjoni waħda li biha l-Artikolu 93 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali ġie ddikjarat bħala li japplika għal din il-kawża permezz ta’ analoġija. |
153. |
Mis-suespost jirriżulta b’mod ċar li l-Artikolu 93 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-kodiċi doganali la kien applikabbli f’dan il-każ minħabba d-diċitura tiegħu, la għaliex kien ġie ddikjarat applikabbli, u lanqas fil-kuntest waħdieni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mat-Turkija. |
iii) Ksur tal-obbligu li l-importaturi jiġu informati fil-ħin
154. |
Il-kunċett tan-nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li li l-importaturi jiġu informati fil-ħin jippreżupponi li l-Kummissjoni kellha dak l-obbligu skont id-dritt Komunitarju. Fil-punt 270 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza ġustament ikkonstatat, filwaqt li rreferiet għall-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati Komunitarji ( 57 ) li ebda dispożizzjoni tad-dritt Komintarju ma tobbliga espressament lill-Kummissjoni tavża lill-importaturi meta hija jkollha dubji fuq il-validità ta’ tranżazzjonijiet doganali mwettqa minn dawn tal-aħħar fil-kuntest ta’ sistema preferenzjali. |
155. |
Madankollu, dan ma jeskludix li l-Kummissjoni tista’ tiġi obbligata, taħt l-obbligu tagħha ta’ diliġenza, tavża lill-importaturi Komunitarji b’mod ġenerali. Fi kwalunkwe każ, hija għandha dan l-obbligu biss meta jkollha dubji serji rigward ir-regolarità ta’ numru kbir ta’ esportazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ sistema preferenzjali ( 58 ). |
156. |
Bħalma l-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat fil-punt 273, l-appellanti ma kinitx f'pożizzjoni li tagħti prova tal-eżistenza ta’ nuqqasijiet serji min-naħa tal-awtoritajiet Torok, li affettwaw l-esportazzjonijiet kollha tal-konċentrati ta’ meraq tal-frott u li kkontribwixxew għaċ-ċirkulazzjoni ta’ ċertifikati falsifikati. Għaldaqstant, l-ebda analoġija mal-fatti li taw lok għas-sentenza Kaufring et ma hija possibbli. |
157. |
L-affermazzjonijiet tal-appellanti f’dan l-appell ma jippermettux evalwazzjoni differenti; fil-fatt, l-ilmenti li hija tesponi fil-punti 225 u 226 tal-appell jagħmlu referenza espressa għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni “irregolari” imma mhux “iffalsifikati” b’mod li hija baqgħet ma ġabitx il-prova dwar l-involviment tal-awtoritajiet Torok fil-falsifikazzjonijiet. Barra minn hekk, l-appellanti tibbaża ruħha fuq argument inammissibbli peress li l-allegazzjonijiet tagħha itendu espressament lejn analiżi ġdida tal-fatti u mhux biss stħarriġ ġudizzjarju tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza; madankollu, tali stħarriġ ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala qorti tal-appell. |
158. |
Indipendentement minn dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li fil-punt 274 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċiediet li l-importazzjonijiet inkwistjoni tal-appellanti kienu twettqu matul il-perijodu bejn April tal-1995 u Novembru tal-1997 mentri d-dubji fir-rigward tal-awtentiċità jew l-eżattezza tal-kontenut taċ-ċertifikati Torok A.TR.1 feġġew biss sussegwentement, jiġifieri, mill-1998. Konsegwentement, huwa biss mal-iskoperta, mill-awtoritajiet doganali Taljani, tal-ewwel ċertifikat falsifikat u l-ftuħ ta’ proċedura ta' investigazzjoni, li l-Kummissjoni setgħet tinduna bl-eżistenza taċ-ċertifikati falsifikati. Għaldaqstant, għandu jiġi dedott li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni kienet obbligata tavża lill-importaturi mill-1998, dan l-obbligu ma kien ser ikollu ebda impatt fuq l-importazzjonijiet tas-snin 1995 sa 1997 inkwistjoni f’din il-kawża. |
159. |
Konsegwentement, il-Qorti tal-Prim’Istanza kienet iġġustifikata tikkunsidra li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata tavża lill-importaturi fil-ħin. |
iv) Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-kuntest tal-eluċidazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fatti waqt l-investigazzjonijiet fit-Turkija
160. |
Fir-rigward tal-ilment li huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-kuntest tal-eluċidazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fatti waqt l-investigazzjonijiet fit-Turkija, il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punt 284 tas-sentenza appellata stabbiliet mingħajr żball ta’ liġi li l-appellanti ma kinitx f’pożizzjoni li ssostni l-argument tagħha bi provi. Fl-evalwazzjoni tal-fatti, hija kienet ikkonstatat ġustament li l-missjonijiet imwettqin mill-Kummissjoni fit-Turkija kienu ppermettewlha teżamina u tapprezza korrettament il-fatti rilevanti kollha. |
161. |
Inkwantu l-appellanti tikkritika għal darba oħra f’dan l-appell it-tqassim ġuridikament żbaljat tal-oneru tal-prova, jeħtieġ li, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ifformulati minni fir-rigward tat-tielet aggravju, dan l-aggravju jiġu miċħud ukoll. |
162. |
Barra minn hekk jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-appellanti tibbaża l-aggravju tagħha fuq argument inammissibbli peress li l-allegazzjonijiet tagħha huma espressament intiżi biex tinkiseb evalwazzjoni ġdida tal-fatti u mhux biss biex isir stħarriġ ġudizzjarju tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza. B’mod partikolari, hija ma spjegatx b’mod suffiċjentement ċar b’liema mod il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi. Peress li dan l-aggravju lanqas ma jissodisfa r-rekwiżiti proċedurali relattivi għall-appelli, jeħtieġ li jiġi miċħud ukoll. |
c) Konklużjoni intermedjarja
163. |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta ċar li la l-awtoritajiet Torok u lanqas il-Kummissjoni ma naqsu milli jwettqu xi obbligu li huma għandhom u għaldaqstant ma teżistix “sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK u tal-Artikolu 905 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK. Il-ħames aggravju tal-appell għandu għalhekk jiġi miċħud ukoll bħala infondat. |
6. Is-sitt aggravju: nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonsulta l-Kumitat Doganali/Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mill-Kummissjoni
164. |
Fis-sitt aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika n-nuqqas tall-Kummissjoni milli tikkonsulta l-Kumitat Doganali/Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mill-Kummissjoni sabiex jipprojbixxi l-irregolaritajiet li dehru fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Komunità u t-Turkija. Skont l-appellanti, il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi fis-sentenza appellata billi llimitat ruħha sabiex tiddeskrivi l-obbligi tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni kif previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif ukoll dak tal-Kumitat Imħallat tal-Unjoni Doganali mingħajr ma għamlet, madankollu, ebda klassifikazzjoni ġuridika tal-imsemmija dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ din il-kawża. Iktar minn hekk, hija ma siltitx il-konklużjonijiet ġuridiċi neċessarji fir-rigward tal-aġir li l-Kummissjoni kellha tadotta abbażi tal-fatti esposti ( 59 ). |
165. |
Dan l-argument ma jistax jintlaqa’ peress li fil-punt 239 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza analizzat b’mod approfondit iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali sabiex tittratta l-kwistjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet għat-twaqqif tal-Kumitat Imħallat tal-Unjoni Doganali kinux sodisfatti f’dan il-każ. |
166. |
Sabiex dan il-Kumitat jintervjeni fuq talba tal-Kummissjoni, kellu jiġi invokat l-Artikolu 52(2) tad-Deċiżjoni Nru 1/95 li abbażi tiegħu l-partijiet kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Imħallat fuq il-punti li jirriżultaw mill-implementazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni li jqajmu diffikultà għal wieħed minnhom. Skont l-Artikolu 52(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/95, f’każ li tkun teżisti xi diffikultà ta’ dan it-tip, il-Kumitat Imħallat tal-Unjoni Doganali għandu jiżgura l-operat tajjeb tal-unjoni doganali, billi jagħmel rakkomandazzjonijiet intiżi għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u billi jagħti opinjoni intiża sabiex tiżgura l-operat tajjeb tal-unjoni doganali. Madankollu, f’dan il-każ, ma kien hemm ebda ħjiel li kien jindika li kien ser ikun hemm diffikultajiet sinjifikattivi. Mill-banda l-oħra, għandu jiġi kkunsidrat li fid-dawl tal-volontà ta’ kooperazzjoni tal-awtoritajiet Torok, la kien meħtieġ u lanqas ġustifikat li wieħed jirrikorri għal dawn il-korpi. |
167. |
B’hekk, mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi, il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-punt 239 tas-sentenza appellata, ikkonstatat li l-appellanti ma rnexxiliex turi li l-Kummissjoni affaċċjat diffikultajiet fil-kuntest tal-għajnuna amministrattiva miftiehma mar-Repubblika tat-Turkija li kienu jiġġustifikaw id-diskussjoni, fi ħdan dawn il-korpi, tal-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi intiżi sabiex jikkumbattu dawn id-diffikultajiet. |
168. |
Konsegwentement, il-Qorti tal-Prim’Istanza ġustament ikkunsidrat li ma setgħetx issir analoġija mal-fatti li fuqhom hija bbażata s-sentenza Kaufring et peress li għal dak li jikkonċerna ċ-ċertifikati inkwistjoni, ma ġiex ipprovat li min-naħa tal-awtoritajiet Torok, kien hemm nuqqasijiet li jikkostitwixxu sitwazzjoni partikolari, simili għal dawk tal-kawża ċċitata ( 60 ). |
169. |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata tikkonsulta l-Kumitat Doganali jew il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Għaldaqstant, dan l-aggravju wkoll għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
7. Is-seba’ aggravju: nuqqas li jittieħed inkunsiderazzjoni l-interess leġittimu tal-appellanti f’dak li jikkonċerna ċ-ċertifikat A.TR.1 WVB D 437214
170. |
Inkwantu fil-kuntest tas-seba’ aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka t-terminu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 221(3) tal-KDK ( 61 ), sabiex tevita l-obbligu tagħha li tħallas id-dazji fuq l-importazzjoni, jeħtieġ li tingħatalaha risposta li dan l-argument huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju. |
171. |
Dan l-argument, minn banda, ma jiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-kawża tirrigwarda r-rimbors jew il-maħfra ta’ dazji skont l-Artikolu 239 tal-KDK u mhux, kif l-appellanti tidher li qiegħda tassumi, każ fejn skont l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK l-ammont ta’ dazju ma jiddaħħalx sussegwentement fil-kontijiet, li għalih japplika l-Artikolu 221(3) tal-KDK ( 62 ). Dawn huma żewġ proċeduri distinti li għandhom rekwiżiti proċedurali u sostantivi differenti u li jeħtieġ li jiġu eżaminati waħda indipendentement mill-oħra. Għaldaqstant, il-kunsiderazzjonijiet teoretiċi dwar l-applikabbiltà potenzjali ta’ din id-dispożizzjoni li kieku l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet iddeċiediet b’mod differenti għandhom jiġu miċħuda bħala irrilevanti ( 63 ). |
172. |
Mill-banda l-oħra, dawn il-kunsiderazzjonijiet huma bbażati fuq interpretazzjoni, ġuridikament żbaljata, fejn jingħad li l-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba kunsiderazzjonijiet proċedurali. Madankollu, kif ġustament spjegat il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-punt 133 tas-sentenza appellata, anke f’każ ta’ annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata, seta’ jkun hemm lok biss għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida, identika f’termini sostantivi. Ċertament huwa veru li, kif ikkonstatat il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-punt 128 tas-sentenza appellata, meta d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet, jiġifieri fit-18 ta’ Diċembru 2002, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi b’mod validu li ċ-ċertifikat D 437214 kien falz, u dan fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet ambigwi tal-awtoritajiet Torok. Madankollu, finalment din il-konklużjoni rriżultat oġġettivament eżatta, u dan kif ikkonfermat eventwalment l-ittra tat-22 ta’ Awwissu 2003 tal-awtoritajiet Torok. Skont il-ġurisprudenza tal-qrati Komunitarji, rikorrent m’għandu ebda interess leġittimu sabiex tiġi annullata deċiżjoni minħabba vizzju proċedurali fil-każijiet fejn dan l-annullament ma jistax ħlief iwassal għal deċiżjoni ġdida, identika fis-sustanza għad-deċiżjoni annullata ( 64 ). Għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza ma tistax tiġi kkontestata legalment. |
173. |
Għaldaqstant dan l-aggravju għandu jiġi miċħud ukoll. |
8. It-tmien aggravju: evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ ekwità u tar-riskji
174. |
Kif il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat fil-punt 295 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni inkwistjoni, ma qalet xejn fuq il-kwistjoni tad-diliġenza jew tan-negliġenza tal-appellanti. Fuq din il-bażi, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat li l-argument li bih l-appellanti rreferiet għan-nuqqas ta’ negliġenza manifesta min-naħa tagħha huwa irrilevanti u għaldaqstant, għandu jiġi respint. |
175. |
Inkwantu l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta naqset milli tagħmel evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ ekwità u tar-riskji, dan ma jreġix peress li, skont il-liġi, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma kinitx obbligata tagħmel dan. |
176. |
Kif l-appellanti stess tammetti fil-punti 257 u 258 tal-appell tagħha, normalment il-fiduċja tal-operaturi ekonomiċi fil-validità taċ-ċertifikati ta’ importazzjonijiet li sussegwentement jirriżultaw li huma foloz mhijiex protetta mid-dritt Komunitarji iżda tifforma parti mir-riskji kummerċjali ġenerali. Bl-Artikolu 904(ċ) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK, il-leġiżlatur diġà għamel evalwazzjoni ċara tar-riskji, li torbot lill-qrati Komunitarji fl-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju ( 65 ). |
177. |
Inkwantu l-appellanti, mill-ġurisprudenza tal-qrati Komunitarji, tiddeduċi li l-Kummissjoni kellha tagħmel evalwazzjoni ġenerali tal-kundizzjonijiet ta’ ekwità u tar-riskji, hija b’ebda mod ma tista’ tibbaża ruħha fuq il-ġurisprudenza li hija tinvoka. Fis-sentenza Bonn Fleisch ( 66 ) li hija tiċċita, kienu aġixxew b’mod żbaljat kemm l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-obbligi tagħha ta’ diliġenza; f’dan il-każ, madankollu, ma kienx hemm ħjiel ta’ tali aġir ( 67 ). L-istess japplika għas-sentenza Eyckeler & Malt iċċitata mill-appellanti ( 68 ). |
178. |
Konsegwentement, dan l-aggravju wkoll għandu jiġi miċħud bħala manifestament infondat. |
9. Id-disa’ aggravju: ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK
179. |
Bid-disa’ aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li kien hemm ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK li jillimita d-daħliet sussegwenti fil-kontijiet tad-dazji rekuprabbli (irkupru a posteriori) minħabba motivi ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ċertezza legali ( 69 ). Din id-dispożizzjonijiet għandha l-għan li jitħarsu l-aspettattivi leġittimi tal-persuna suġġetta għad-dazju dwar il-fondatezza tal-elementi kollha involuti fid-deċiżjoni jekk għandhomx jiġu rkuprati d-dazji doganali jew le ( 70 ). |
180. |
Din id-dispożizzjoni tissuġġetta n-nuqqas ta’ rkupru a posteriori mill-awtoritajiet nazzjonali għal tliet kundizzjonijiet kumulattivi. Dejjem jekk dawn it-tliet kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-persuna suġġetta għad-dazju ikollu d-dritt li ma jseħħx l-irkupru tad-dazju ( 71 ). L-ewwel nett, jeħtieġ li d-dazji ma jkunux inġabru minħabba zball tal-awtoritajiet kompetenti nfushom. It-tieni nett, l-iżball imwettaq mill-istess awtoritajiet għandu jkun tali li ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna responsabbli għall-ħlas, waqt li din tal-aħħar tkun aġixxiet in bona fede, u dan minkejja l-esperjenza professjonali tagħha u d-diliġenza li hija għandu jkollha. Fl-aħħar nett, dik il-persuna għandha tkun ħarset id-dispożizzjonijiet kollha stipulati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali ( 72 ). |
181. |
Il-kunċett inkwistjoni bejn il-partijiet f’din il-kawża huwa essenzjalement dak ta’ “żball”, li l-appellanti tqis li seħħ f’dan il-każ. Hija takkuża lill-Qorti tal-Prim’Istanza li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet Torok fil-ħruġ u l-użu tat-32 ċertifikat A.TR.1 inkwistjoni f’din il-kawża. |
182. |
Għal raġunijiet kemm legali kif ukoll fattwali, ma nistax naqbel ma’ dan l-argument. |
183. |
L-ewwel nett jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-preżentazzjoni in bona fede ta’ dokumenti uffiċjali fflasifikati, partikolarment attestazzjonijiet tas-sistema preferenzjali, ma tistax tiġi kkunsidrata, minn perspettiva legali, bħala “żball” fis-sens tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK ( 73 ). Sabiex tiġi rikonoxxuta l-eżistenza ta’ tali “żball”, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja titlob fil-fatt li jkun seħħ att min-naħa tal-awtoritajiet doganali li jkun wassal għall-iżball inkwistjoni ( 74 ). |
184. |
Abbażi ta’ din il-ġurisprudenza, jidher li huwa possibbli li l-kunċetti ta’ “żball” u ta’ “falsifikazzjoni” jiġu delimitati b’relazzjoni ma’ xulxin b’mod li l-kunċett ta’ “żball” jippresupponi neċessarjament l-azzjoni tal-awtoritajiet doganali (anki jekk azzjoni oġġettivament skorretta) fil-kuntest tal-kompetenza tagħhom ( 75 ) mentri l-falsifikazzjoni timplika l-azzjoni premeditata min-naħa ta’ terzi mhux awtorizzati. Din id-distinzjoni turi li dawn il-kunċetti huma marbutin ma’ fatti kompletament differenti ( 76 ). |
185. |
Konsegwentement, il-persuni suġġetti għad-dazju li jistrieħu in bona fede fuq dokumenti ffalsifikati li jattestaw it-trattament preferenzjali li ma jkunux inħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz ma jistgħux jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi b’applikazzjoni tal-artikolu msemmi iktar ’il fuq ( 77 ). Din l-interpretazzjoni tikkorrispondi ma’ dik tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu msemmi. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-maħfra jew il-ħlas lura ta’ dazji fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 239 tal-KDK, huwa rikonoxxut ukoll li, fil-kuntest tad-dħul sussegwenti fil-kontijiet tal-ammont ta’ dazju li jkun irid jiġi rkuprat kif previst fl-Artikolu 220 tal-KDK, iċ-ċertifikati ffalsifikati jiffurmaw parti mir-riskju kummerċjali li l-importatur innifsu għandu jieħu l-miżuri neċessarji kontrih ( 78 ). Il-fatt li l-importatur ikun in bona fede ma jeżentahx mir-responsabbiltà tiegħu fir-rigward tal-pagament tad-dejn doganali minħabba li huwa d-dikjarant tal-merkanzija importata. L-importatur iġorr ir-responsabbiltà tiegħu kemm fir-rigward tal-pagament tad-dazji tal-importazzjoni kif ukoll fir-rigward tar-regolarità tad-dokumenti li huwa jippreżenta lill-awtoritajiet doganali, anke jekk huwa ma jkunx f’pożizzjoni li jirkupra d-danni subiti minnu ( 79 ). Bħala regola għalhekk, huwa biss l-importatur li huwa responsabbli għall-falliment li jirriżulta eventwalment min-nuqqas ta’ maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni. L-importanza tal-ammonti li tkun qed tintalab il-maħfra tagħhom mhijiex, fiha nfisha, element tali li jaffettwa l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta dik il-maħfra ( 80 ). Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi pretiż li l-Komunità tbati l-konsegwenzi dannużi tal-aġir illegali ta’ terzi. |
186. |
Jeħtieġ li din il-ġurisprudenza tiġi applikata għal dan il-każ. F’dan ir-rigward jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-fatti, jiġifieri li t-32 ċertifikat A.TR.1 inkwistjoni huma foloz u li nħarġu mingħajr l-involviment tal-awtoritajiet Torok, ġew stabbiliti mingħajr ebda żball ta’ liġi min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Fid-dawl tal-insuffiċjenza tal-provi prodotti mill-appellanti, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma kellha ebda raġuni biex tikkunsidra li xi aġir attiv min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti kien ikkontribwixxa għall-ħruġ tad-dokumenti ffalsifikati. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim’Istanza ġustament ċaħdet it-tielet motiv bħala infondat. |
187. |
Peress li s-sentenza appellata ma kistritx l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK, id-disa’ aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud bħala manifestament mhux fondat. |
V — Konklużjoni tal-analiżi
188. |
Fid-dawl tas-suespost, l-appell hu infondat u għandu għalhekk jiġi miċħud kollu kemm hu. |
VI — Fuq l-ispejjeż
189. |
Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-appell skont l-Artikolu 118 ta’ dawn l-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-appellanti tilfet, hemm lok li tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni. |
VII — Konklużjoni
190. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.
( 2 ) Sentenza T-23/03, Ġabra p. II-289, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”.
( 3 ) Sentenza tal-10 ta’ Mejju 2001, Kaufring et vs Il-Kummissjoni (T-186/97, T-187/97, T-190/97 sa T-192/97, T-210/97, T-211/97, T-216/97 sa T-218/97, T-279/97, T-280/97, T-293/97 u T-147/99, Ġabra p. II-1337).
( 4 ) Ara M. Dollen “Nacherhebung, Erstattung und Erlass von Abgaben nach dem neuen Zollkodex”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, Heft 24/1993, p. 754 u b’mod partikolari, 755; C. Berr/H. Trémeau, Le droit douanier, ir-raba’ edizzjoni, Pariġi, 1997, p. 219.
( 5 ) Regolament tal-24 ta’ Lulju 1979 dwar l-irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni jew ta’ dazji fuq l-esportazzjoni li ma jkunux intalbu mingħand il-persuna suġġetta għad-dazju fuq merkanziji ddikjarati għal sistema doganali li tinvolvi l-obbligu li jiġu mħallsa dawn id-dazji (ĠU L 197, p. 1).
( 6 ) Ara P. Müller-Eiselt, “Nacherhebung — Erlass — Erstattung — Gedanken zum Vertrauensschutz in die Zollerhebung”, Vertrauensschutz in der Europäischen Union, Köln 1998, p. 106.
( 7 ) Sentenzi tat-12 ta’ Marzu 1987, Cerealmangimi et Italgrani vb Il-Kummissjoni (244/85 u 245/85, Ġabra p. 1303, punt 10) u tat-18 ta’ Jannar 1996, SEIM (C-446/93, Ġabra p. I-73, punt 41). J. Sack Zollrecht, Handbuch des EU-Wirtschaftsrechts, Band 1, C.II, punt 82, p. 27 isemmi biss l-Artikolu 905 tar-regolament ta’ applikazzjoni tal-KDK bħala regola ta’ ekwità importanti ħafna fil-prattika, għaliex ovvjament il-kriterji tas-“sitwazzjoni partikolari” huma indikati fih. Awturi oħra bħal, P. Müller-Eiselt, iċċitati fin-nota ta’ qiegħt il paġna 6, p. 106, isemmu, bħala dispożizzjoni applikabbili, l-Artikolu 239 waħdu jew prinċipalment. Bħala bażi legali għar-rifużjoni jew għar-restituzzjoni tad-dazji għall-importazzjoni minħabba sitwazzjonijiet partijolari, ikun iktar korrett li jiġi invokat it-tieni inċiż tal-Artikolu 239(1) tal-KDK flimkien mal-Artikolu 905 tar-regolament ta’ applikazzjoni tal-KDK.
( 8 ) Sentenza tas-26 ta’ Marzu 1987, Coopérative agricole d'approvisionnement des Avirons (58/86, Ġabra p. 1525, punt 22).
( 9 ) Sentenzi tal-25 ta’ Frar 1999, Trans-Ex-Import (C-6/97, Ġabra p. I-1041, punt 21), tas-7 ta’ Settembru 1999, De Haan (C-61/98, Ġabra p. I-5003, punt 52); u Kaufring et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 218)..
( 10 ) Skont W. Huchatz, Lehrbuch des Europäischen Zollrechts (Ed. Witte, P./Wolffgang, H.-M.), Hamm, p. 414, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni jipprovdu gwida għall-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett ġuridiku vag. L-Artikolu 239 tal-KDK għandu żewġ objettivi distinti. Minn banda, huwa jwessa’ s-sitwazzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikoli 236, 237 u 238 billi jżid magħhom lista ta’ każijiet partikolari previsti fir-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK (Artikolu 900 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK) li fihom huwa possibbli wkoll li jsir il-ħlas lura jew maħfra tad-dazji. Il-fatt li din il-lista tinsab fir-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK jippermetti lill-Kummissjoni li, fil-kuntest tal-kompetenza leġiżlattiva delegata lilha, u skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 202 KE, tinkludi sitwazzjonijiet oħra, pereżempju, abbażi ta’ proposti tal-amministrazzjonijiet tad-dwana nazzjonali jew tal-ġurisprudeza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fit-tieni lok, l-amministrazzjoni nazzjonali, apparti l-każijiet elenkati fl-Artikoli 236 sa 238 kif ukoll 900 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK, hija awtorizzata tagħti ħlas lura jew maħfra f’ċerti sitwazzjonijiet “partikolari” meta jkun hemm ċirkustanzi li ma jinvolvu la qerq u lanqas negliġenza evidenti min-naħa tal-persuna interessata (Artikolu 899(2) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK). Il-każijiet ta’ ħlas lura elenkati fil-KDK u r-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK madankollu m’humiex tassativi, peress li apparti dawk il-każijiet, jeżistu oħrajn li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ħlas lura. B’hekk jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni kunsiderazzjonijiet ta’ ekwità u tista’ ssir ġustizzja f’kull każ. It-trattament każ b’każ magħmul mill-qrati Komunitarji f’dan il-każ għandu rwol speċifiku. B’hekk, Huchatz, W., Zollkodex (Ed. Witte, P.), ir-raba’ edizzjoni, Munich 2006, artikolu 239, punt 30 jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li, sabiex il-kunċett ta’ “sitwazzjonijiet partikolari” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 239(1) tal-KDK u tal-Artikolu 905 tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK jiġi arrikkit, wieħed jista’ jibbaża ruħu fuq il-ġurisprudenza, partikolarment dik tal-Qorti tal-Ġustizzja (inkluż dik dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli qabel l-introduzzjoni tal-KDK).
( 11 ) Sentenza tat-13 ta’ Novembru 1984, Van Gend & Loos (98/83 u 230/83, Ġabra p. 3763, punti 15 sa 17), li fiha l-fatt li ġew ipprovduti ċertifikati ta’ oriġni invalidi ma ġiex ikkunsidrat bħala sitwazzjoni partikolari minħabba li tali fatt jaqa’ taħt il-kategorija tar-riskji professjonali li l-aġent tad-dwana jesponi ruħu għalihom. Ara wkoll is-sentenzi tal-11 ta’ Diċembru 1980, Acampora, (827/79, Ġabra p. 3731, punt 8), tas-27 ta’ Ġunju 1991, Mecanarte, (C-348/89, Ġabra p. I-3277, punt 24) u s-sentenza tas-17 ta’ Lulju 1997, Pascoal & Filhos (C-97/95, Ġabra p. I-4209, punti 57 sa 60).
( 12 ) H.W. Rengeling, / A. Middeke, /M. Gellermann, Handbuch des Rechtsschutzes in der Europäischen Union, Munich 2003, paragrafu 28, punti 22 u 24, p. 500 u b’mod partikolari, 501. Sentenza tas-6 ta’ Marzu 2003, Interporc vs Il-Kummissjoni, (C-41/00 P, Ġabra p. I-2125, punt 15), u s-sentenza tad-29 ta’ April 2004, Il-Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta (C-496/99 P, Ġabra p. I-3801, punt 48).
( 13 ) Sentenza tat-12 ta’ Lulju 1984, Les Rapides Savoyards et (218/83, Ġabra p. 3105, punt 26 rigwardanti l-ftehim bejn il-KEE u l-Konfederazzjoni tal-Isvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972), tas-7 ta’ Diċembru 1993, Huygen et (C-12/92, Ġabra p. I-6381, punti 24 u 25) rigwardanti l-ftehim bejn il-KEE u r-Repubblika tal-Awstrija tat-22 ta’ Lulju 1972 u tal-5 ta’ Lulju 1994, Anastasiou et (C-432/92, Ġabra p. I-3087, punt 38), rigwardanti l-ftehim tad-19 ta’ Diċembru 1972 li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Ċipru. Ara wkoll is-sentenza tal-14 ta’ Mejju 1996, Faroe Seafood et (C-153/94 u C-204/94, Ġabra p. I-2465, punt 19).
( 14 ) Sentenzi Faroe Seafood et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 20) u tad-9 ta’ Frar 2006, Sfakianakis (C-23/04 sa C-25/04, Ġabra p. I-1265, punt 23)
( 15 ) Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 27.
( 16 ) H.J. Prieß, Zollkodex, op.cit. nota ta’ qiegħ il-paġna 10, Artikolu 27, punt 41.
( 17 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger tal-20 ta’ Ottubru 2005, Sfakianakis (sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14, punt 33).
( 18 ) Sentenza Huygen et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 27).
( 19 ) Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 37.
( 20 ) Sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et (C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123, punt 48) u tat-2 ta’ Ottubru 2003, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni (C-194/99 P, Ġabra p. I-10821, punt 33). Skont K. Lenaerts/D. Arts/I. Maselis, Procedural Law of the European Union, it-tieni edizzjoni, Londra 2006, p. 453, punti 16-003, il-Qorti tal-Ġustizzja mhijiex kompetenti biex tikkonstata l-fatti. Il-fatt li l-appell huwa limitat għall-punti ta’ dritt ifisser li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni esklużiva biex tiddeċiedi dawn il-kwistjonijiet. Minn dan jirriżulta li l-appellant ma jistax jikkontesta l-fatti kkonstatati mill-Qorti tal-Prim’Istanza u lanqas ma jista’ jinvoka fatti li ma ġewx ikkonstatati fil-prim’istanza mill-Qorti tal-Prim’Istanza.
( 21 ) Sentenza Aalborg Portland et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 48).
( 22 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer tal-11 ta’ Frar 2003, Aalborg Portland et (sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 38); is-sentenzi tal-21 ta’ Ġunju 2001, Moccia Irme et vs Il-Kummissjoni (C-280/99 P sa C-282/99 P, Ġabra p. I-4717, punt 78) u tas-17 ta Diċembru 1998, Baustahlgewerbe vs Il-Kummissjoni (C-185/95 P, Ġabra p. I-841, punt 24).
( 23 ) Sentenzi tal-11 ta’ Lulju 2002, Hyper vs Il-Kummissjoni T-205/99, Ġabra p. II-3141, punt 63) u tas-27 ta’ Frar 2003, Bonn Fleisch Ex-und Import vs Il-Kummissjoni (T-329/00, Ġabra p. II-287, punt 46).
( 24 ) Sentenza tad-19 ta’ Far 1998, Eyckeler & Malt vs Il-Kummissjoni (T-42/96, Ġabra p. II-401, punt 81), sentenza tas-17 ta’ Settembru 1998, Primex Produkte Import-Export et vs Il-Kummissjoni (T-50/96, Ġabra p. II-3773, punt 64), u Bonn Fleisch Ex- und Import et vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 46).
( 25 ) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Novembru 1995, L-Olanda vs Il-Kunsill (58/94, Ġabra I-2169, punti 13-15), l-Avukat Ġenerali Tesauro wkoll jagħmel distinzjoni bejn il-funzjoni tal-aċċess għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu garantiti d-drittijiet ta’ individwu fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u l-interess ġenerali tal-opinjoni pubblika għall-informazzjoni fuq l-attività tal-Istat.
( 26 ) M. Broberg, Access to documents: a general principle of Community law?, European Law Review (2002), p. 196, u partikolarment p. 197, jindika li l-ewwel pass effettiv għall-kisba tad-dritt għall-aċċess tad-dokumenti li jkunu fil-pussess tal-istituzzjonijiet Komunitarji seħħ waqt l-iffirmar tal-att finali tat-Trattat ta’ Maastricht, fis-7 ta’ Settembru 1992. Fid-dikjarazzjoni Nru 17 ta’ dak l-att finali, l-Istati Membri enfasizzaw ir-relazzjonijiet stretti bejn it-trasparenza tal-proċess deċiżjonali u n-natura demokratika tal-istituzzjonijiet Komunitarji. B’risposta għad-dikjarazzjoni Nru 17 ta’ dak l-att finali, il-Kunsill u l-Kummissjoni flimkien stabbilixxew Kodiċi ta’ kondotta li jikkonċerna l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU 1993, L 340, p. 41). Madankollu, il-kunċetti tal-ftuħ u l-aċċess għad-dokumenti ġew introdotti fid-dritt Komunitarju biss mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam. B’hekk, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat UE, id-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea għandhom jittieħdu “kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin [bil-miftuħ]”. L-Artikolu 255 li ġie introdott bħala Artikolu ġdid fit-Trattat, jiggarantixxi d-dritt ta’ kull ċittadin tal-Unjoni kif ukoll ta’ kull persuna fiżika jew ġuridika li hija residenti jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Dan id-dritt huwa wkoll preskritt fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea pproklamata fis-7 ta’ Diċembru 2000 (2000/C364/01). Fl-aħħar nett, dan id-dritt ġie rifless b’mod konkret fid-dritt sussidjarju fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).
( 27 ) Fis-sentenza tad-6 ta’ Lulju 1993, CT Control (Rotterdam) u JCT Benelux vs Il-Kummissjoni (C-121/91 u C-122/91, Ġabra p. I-3873 punt 48) il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-ewwel nett li, fil-kuntest tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1430/79, il-proċedura ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, ta’ deċiżjonijiet fuq il-ħlas lura jew il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni, tinvolvi stadji differenti li wħud minnhom iseħħu fuq livell nazzjonali (il-preżentata tat-talba mill-impriża kkonċernata, l-ewwel eżami mill-amministrazzjoni doganali) uħud fuq livell Komunitarju (preżentata tat-talba lill-Kummissjoni, eżami tal-fajl mill-Kumitat tal-eżenzjonijiet doganali, konsultazzjoni ta’ grupp ta’ esperti, deċiżjoni tal-Kummissjoni, notifika lill-Istat Membru kkonċernat). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li filwaqt li l-proċedura tiżvolġi ruħha skont il-preskrizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, hija toffri lill-operaturi ekonomiċi interessati l-garanziji kollha ġuridiċi neċessarji u partikolarment, il-garanzija tad-drittijiet tad-difiża.
( 28 ) Sentenzi tat-28 ta’ Marzu 2000, Krombach, (C-7/98, Ġabra p. I-1935, punti 25 u 26) u tal-15 ta’ Ottubru 2002, PVC II (C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Ġabra p. I-8375, punt 316).
( 29 ) Ara s-sentenza tas-6 ta’ Marzu 2001, Connolly vs Il-Kummissjoni (C-274/99 P, Ġabra p. I-1611, punti 37 u 38).
( 30 ) F’dan is-sens ara s-sentenzi tad-29 ta’ Ġunju 1995, Solvay vs Il-Kummissjoni (T-30/91, Ġabra p. II-1775, punt 81), tat-2 ta’ Ottubru 2003, Corus UK vs Il-Kummissjoni (C-199/99 P, Ġabra p. I-11177, punti 125 sa 128).
( 31 ) Ara s-sentenzi tat-13 ta’ Frar 1979, Hoffmann-La Roche vs Il-Kummissjoni (85/76, Ġabra p. 461, punti 9 u 11), tat-8 ta’ Lulju 1999, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni (C-51/92 P, Ġabra p. I-4235, punt 75) u tal-15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni (C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, (Ġabra p. I-8375, punt 315).
( 32 ) Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 31, punti 80 sa 82.
( 33 ) B’hekk, sabiex azzjoni għall-annullament tkun fondata, jeħtieġ li jkun hemm ksur ta’ rekwiżit proċedurali “essenzjali”, u dan peress li d-differenza f’dan ir-rigward mhijiex bejn rekwiżiti proċedurali “essenzjali” u “mhux essenzjali” iżda dak li hu importanti hu “n-natura essenzjali” tal-ksur. Il-kwistjoni dwar jekk ikunx jeżisti ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali tiġi evalwata każ b’każ peress li l-ksur ta’ regola partikolari jista’ jkun ftit gravi f’ċerti każijiet u iktar gravi f’każijiet oħra, skont iċ-ċirkustanzi. Bħala regola ġenerali jingħad li rekwiżit proċedurali hu essenzjali meta l-vizzju proċedurali seta’ kellu impatt fuq il-kontenut tal-att ġuridiku jew meta r-rekwiżit proċedurali jkun ġie adottat preċiżament biex jipproteġi lill-persuna kkonċernata (Rengeling, H.-W/ Middeke, A/Gellermann, M., loc.cit (nota ta’ qiegħ il-paġna 12), Artikolu 7, punt 18, p. 139. Il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenzi tagħha tal-10 ta’ Lulju 1980, Distillers Company vs Il-Kummissjoni (30/78, Ġabra 1980 p. 2229, punt 26) u Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 31), ikkonstatat li jkun hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża meta tkun teżisti l-possibbiltà li, minħabba l-irregolarità mwettqa mill-Kummissjoni, il-proċedura amministrattiva magħmula minnha setgħet twassal għal riżultat differenti.
( 34 ) Punt 331.
( 35 ) Iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22, punti 28 sa 30.
( 36 ) Skont H. Rengeling/A. Middeke/M. Gellermann, op. cit (nota ta’ qiegħ il-paġna 12), paragrafu 28, p. 502 sa 504, fost id-diversi regoli ta’ proċedura li fuqhom jista’ jiġi bbażat l-appell hemm, apparti d-dispożizzjonijiet proċedurali tat-Trattati, l-istatuti u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza kif ukoll il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju relattivi għall-proċedura. B’hekk, fl-appell jista’ jiġi allegat il-ksur tad-drittijiet għal smigħ xieraq u l-ksur tal-prinċipju tal-oneru jew tal-amministrazzjoni tal-prova. Dwar l-istħarriġ tal-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet relattivi għall-oneru tal-prova mill-Qorti tal-Prim’Istanza, ara s-sentenzi tat-8 ta’ Lulju 1999, Anic (C-49/92 P, Ġabra p. I-4125, punt 96), tas-6 ta’ Jannar 2004, BAI u Il-Kummissjoni vs Bayer (C-2/01 P u C-3/01 P, Ġabra p. I-23, punti 47, 61 u 117), tas-6 ta’ April 2006, General Motors vs Il-Kummissjoni (C-551/03 P, Ġabra p. I-3173, punti 51 u 52) kif ukoll tal-25 ta’ Jannar 2007, Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni (C-403/04 P u C-405/04 P, Ġabra p. I-729, punt 39).
( 37 ) Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, tat-8 ta’ Settembru 2005, Beemsterboer Coldstore Services (C-293/04, Ġabra p. I-2263, punt 47).
( 38 ) Ara wkoll Alexander, S., Zollkodex, op. cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 10), qabel l-Artikolu 220, punt 4, fejn jingħad li l-oneru tal-prova tal-fatti li jimmotivaw it-talba għall-ħlas lura jaqa’ fuq id-debitur ta’ dejn doganali.
( 39 ) Ara s-sentenza tas-6 ta’ Ġunju 1993, CT Control (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 39) fejn jingħad li huwa l-obbligu tal-importatur u mhux tal-Kummissjoni li jistabbilixxi li l-merkanzija importata hija provenjenti minn Stat ACP li għalih il-Kummissjoni tipprovdi għal trattament preferenzjali sabiex tinkiseb il-maħfra tad-dazji.
( 40 ) B’hekk, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, sabiex jiġi stabbilit jekk iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża jikkostitwixxux sitwazzjoni partikolari li ma jimplikaw la negliġenza manifesta u lanqas ingann min-naħa tal-interessat fis-sens tal-Artikolu 239(1) tal-KDK, il-Kummissjoni għandha tanalizza il-fatti rilevanti kollha (f’dan is-sens, ara s-sentenza tal-15 ta’ Mejju 1986, Oryzomyli Kavallas et vs Il-Kummissjoni, 160/84, Ġabra p. 1633, punt 16 u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Novembru 1995, France-aviation vs Il-Kummissjoni (T-364/94, Ġabra p. II-2841, punti 34 u 36).
( 41 ) Ara iktar ’il fuq, punt 70.
( 42 ) Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punti 15 sa 17.
( 43 ) Sentenzi Eyckeler & Malt vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punti 189 u 191) kif ukoll Kaufring et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 218).
( 44 ) Fis-sentenza Kaufring et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 231) il-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċidiet li huma biss l-iżbalji imputabbli għall-aġir attiv tal-awtoritajiet kompetenti u li ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna suġġetta għad-dazju, li jwasslu għan-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ rkupru a posteriori tad-dazji doganali. Il-kawża ċċitata iktar ’il fuq kienet tirrigwarda sensiela ta’ irregolaritajiet waqt it-traspożizzjoni tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni u tad-dispożizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni li jirriżultaw minnu da parti tal-awtoritajiet Torok kif ukoll in-nuqqasijiet gravi tal-Kummissjoni fis-sorveljanza tal-implementazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Fis-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2001, Rotermund (T-330/99, Ġabra p. II-1619, punt 58), is-“sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK kienet tikkonsisti fl-eżistenza ta’ ngann frawdolenti li ma setax isib spjegazzjoni raġonevoli oħra ħlief li sar bil-kompliċità attiva ta’ impjegat fl-uffiċċju doganali tal-post tad-destinazzjoni b’mod li l-Qorti tal-Prim’Istanza waslet għall-konklużjoni li l-Kummissjoni ma setgħetx validament tillimita ruħha biex titlob li r-rikorrenti ġġib il-prova formali u definittiva ta’ dik il-kompliċità. Din il-ġurisprudenza ġiet iċċitata wkoll fis-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2004, Nordspedizionieri (T-332/02, Ġabra p. II-4405, punt 58).
( 45 ) Skont il-prinċipju li “l-eċċezzjoni għandha tingħata interpretazzjoni restrittiva ħafna”. Fuq l-interpretazzjoni restrittiva tal-eċċezzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja, ara pereżempju, is-sentenzi tat-13 ta’ Settembru 2007, Del Cerro Alonso et (C-307/05, Ġabra p. I-7109, punt 39), tat-23 ta’ Frar 2006, Atzeni et (C-346/03, Ġabra p. I-1875, punt 79) u tal-1 ta’ April 2004, Bellio F.lli (C-286/02, Ġabra p. I-3465, punt 46).
( 46 ) Sentenza tal-11 ta’ Novembru 1999, Söhl & Söhlke (C-48/98, Ġabra p. I-7877, punt 52); sentenza Bonn Fleisch Ex-und Import vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fil-punt 23, punt 63).
( 47 ) S. Alexander, Zollkodex, op. cit (nota ta’ qiegħ il-paġna 10), Art. 220, punt 72, ifakkar li l-portata tal-investigazzjonijiet li għandhom isiru fil-kuntest ta’ missjoni tal-Komunità Ewropea tiddependi biss mis-suġġett tal-investigazzjoni u mit-tolleranza ta’ dik l-investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni. Il-possibbiltà eventwali li l-pajjiż terz jintalab jittollera l-missjonijiet tal-Komunità fil-kuntest tal-assistenza kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 81(1) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK jew li l-Komunità tista’ tikkoopera f’investigazzjonijiet magħmulin mill-awtoritajiet ta’ Stat terz b’applikazzjoni tat-tieni frażi tal-Artikolu 94(6) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK, bl-ebda mod ma tbiddel il-fatt li l-missjonijiet Komunitarji li jkunu qegħdin jagħmlu l-investigazzjonijiet proprji tagħhom m’għandhomx jitiqesu bħala parti minn sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Ara pereżempju, il-poteri tal-OLAF fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, S. Weitendorf, “Die interne Betrugsbekämpfung in den Europäischen Gemeinschaften durch das Europäische Amt für Betrugsbekämpfung (OLAF)”, Europäisches und internationales Integrationsrecht, Volum 15, Hamburg 2006, p. 243 kif ukoll L. Kuhl, “Les pouvoirs d’enquête de l’OLAF”, La protection des intérêts financiers de l’Union et le rôle de l’OLAF vis-à-vis de la responsabilité pénale des personnes morales et des chefs d’entreprises et admissibilité mutuelle des preuves, Brussell 2005, p. 90, fejn l-awturi jindikaw li, anke fil-kuntest tal-kontrolli fid-diversi Stati Membri, l-OLAF jiddependi mill-kooperazzjoni sħiħa u totali tal-amministrazzjonijiet nazzjonali. B’hekk, l-investigazzjonijiet fil-post jeħtieġu l-kunsens minn qabel tal-awtoritajiet nazzjonali u superviżjoni min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet.
( 48 ) Skont l-Artikolu 49 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Prim’Istanza tista’, wara li tisma’ lill-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi dwar kull miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew istruttorja. Il-miżuri għall-organizzazzjoni tal-proċedura huma intiżi sabiex jiżguraw, fl-aħjar kundizzjonijiet, is-smigħ tal-kawżi, l-iżvolġiment tal-proċeduri u s-soluzzjoni tal-kawżi. Minn ġurisprudenza kostanti jirriżulta li hija l-Qorti tal-Prim’Istanza li għandha tevalwa l-utilità tal-miżuri istruttorji għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża (sentenza tat-22 ta’ Frar 2000, ACAV etvs Il-Kunsill, T-138/98, Ġabra p. II-341, punt 72) u s-sentenza tas-16 ta’ Mejju 2001, Toditec vs Il-Kummissjoni, (T-68/99, Ġabra p. II-1443, punt 40). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Prim’Istanza għandha poter diskrezzjonali fil-limiti imposti fuqha mir-Regoli tal-proċedura.
( 49 ) Ara iktar ’il fuq, punt 105.
( 50 ) Huwa paċifiku, min-naħa l-oħra, li, meta l-Qorti tal-Prim’Istanza tkun ikkonstatat jew evalwat il-fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex teżerċita, skont l-Artikolu 225 KE, stħarriġ dwar il-kwalifikazzjoni ġuridika ta’ dawn il-fatti u l-konsegwenzi ġuridiċi li tkun ġibdet minnhom il-Qorti tal-Prim’Istanza (ara f’dan is-sens, K. Lenaerts, D. Arts/ I. Maseils, op. cit, nota ta’ qiegħ il-paġna 20 p. 457, punt 16-007). Bħalma l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’diversi okkażjonijiet, din il-kwalifikazzjoni tikkostitwixxi fil-fatt kwistjoni ta’ dritt li, bħala tali, tista’ tiġi suġġetta għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-3 ta’ Marzu 2005, Biegi Nahrungsmittel u Commonfood vs Il-Kummissjoni (C-499/03 P, Ġabra p. I-1751, punt 41), tad-19 ta’ Ottubru 1995, Rendo et vs Il-Kummissjoni (C-19/93 P, Ġabra p. I-3319, punt 26), u tad-29 ta’ April 2004, Il-Parlament vs Ripa di Meana et (C-470/00 P, Ġabra p. I-4167, punt 41).
( 51 ) Punt 108 tal-appell.
( 52 ) Ara iktar ’il fuq, punt 83.
( 53 ) Ara iktar ’il fuq, punt 85.
( 54 ) Sentenza Kaufring et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 257 u Eyckeler & Malt vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punt 165); sentenza tas-26 ta’ Frar 1986, Krohn Import-Export vs Il-Kummissjoni (175/84, Ġabra p. 753, punt 17).
( 55 ) Sentenza Kaufring et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 258).
( 56 ) Din il-konstatazzjoni tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħduda flimkien tal-Artikolu 67(1) u tal-Artikolu 80(a) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK li jirreferu għas-sistemi preferenzjali doganali għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Ara wkoll it-tabella taċ-ċertifikati ta’ oriġni preferenzjali u tal-moviment liberu fil-ktieb ta’ M. Lux, Das Zollrecht der EG, Kolonja 2003, p. 136. L-attestazzjonijiet tas-sistema preferenzjali għall-merkanzija provenjenti mit-Turkija jkollhom l-abbrevjazzjoni “A.TR” mentri ċ-ċertifikat ta’ oriġni “formola A” jintuża għall-merkanzija provenjenti minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li għalihom tapplika s-sistema ta’ preferenzi ġenerali (APS) bħala strument kummerċjali awtonomu tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi.
( 57 ) Sentenza tas-7 ta Settembru 1999, De Haan (C-61/98, Ġabra p. I-5003, punt 36), sentenza Hyper vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 126).
( 58 ) Sentenza Hyper vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 128).
( 59 ) Punt 240 tal-appell.
( 60 ) Ara iktar ’il fuq, punt 148.
( 61 ) Fil-punt 254 tal-appell, l-appellanti ssemmi “it-terminu ta’ tliet snin previst mill-Artikolu 218(3) tal-KDK” li, għall-kuntrarju ta’ dak li tallega hi stess, m’huwiex terminu ta’ preskrizzjoni. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi mill-banda l-oħra terminu speċifiku li fih ikunu jridu jiddaħħlu fil-kontijiet a posteriori d-dazji riżultanti mid-dejn doganali. Hija tapplika għall-każijiet fejn jiġi inkors dejn doganali f’kundizzjonijiet li huma differenti minn dawk li jaqgħu taħt ir-regola ġenerali u konsegwentement, anki għall-irkupru a posteriori u dan b’applikazzjoni tal-Artikolu 220 tal-KDK li għalih tirreferi l-appellanti (ara S. Alexander, Zollkodex, op. cit. punt 10, Artikolu 218, punt 6).
( 62 ) Ara, pereżempju, S. Galera Rodrigo, Derecho aduanero español y comunitario, Madrid 1995, p. 312; H.J. Bleihauer, Lehrbuch des Europäischen Zollrechts, op. cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna. 10), p. 416. Dan l-awtur li semmejt l-aħħar jikkunsidra li d-daħliet sussegwenti fil-kontijiet skont l-Artikolu 220 tal-KDK jistgħu jsiru biss wara deċiżjoni (favur il-persuna suġġetta għad-dazju) ta’ maħfra jew ħlas lura ta’ dazji fuq l-importazzjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 239 tal-KDK, meta d-dejn inizjali jsir eżiġibbli skont l-Artikolu 242 tal-KDK, pereżempju, minħabba li l-imsemmi dejn doganali jkun inħafer meta mhux suppost jew li l-ammont ta’ dazju korrispondenti jkun tħallas lura. Madankollu, jidher ċar li f’dan il-każ din is-sitwazzjoni ma teżistix peress li fir-rigward taċ-ċertifikati ta’ ċirkulazzjoni tal-merkanzija inkwistjoni, ma kienx hemm deċiżjoni favorevoli ta’ maħfra jew ta’ ħlas lura skont l-Artikolu 239 tal-KDK qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Lanqas ma jeżistu sitwazzjonijiet li skont W. Huchatz, Lehrbuch des Europäischen Zollrechts, loc.cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 10), p. 379 u b’mod partikolari, p. 380, ikunu jeħtieġu li jiddaħħlu sussegwentement fil-kontijiet ammonti kif previst fl-Artikolu 220 tal-KDK. Minn banda, dan ikun il-każ jekk id-dazju inkwistjoni ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet fit-termini previsti fl-Artikoli 218 u 219 tal-KDK u mill-banda l-oħra, jekk l-ammont ta’ dazju li jkun iddaħħal fil-kontijiet jkun iżgħar mill-ammont dovut legalment.
( 63 ) Ara S. Alexander, Zollkodex, op. cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 10) qabel l-Artikolu 220, punt 8 li jenfasizza d-differenza fil-kundizzjonijiet li jkunu jridu jiġu sodisfatti skont jekk ikunx każ ta’ maħfra jew ta’ ħlas lura b’applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 239(1) tal-KDK jew li l-awtoritajiet jirrinunzjaw milli jipproċedu għall-ġbir a posteriori kif inhu l-każ skont l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK. Din iċ-ċirkustanza teżiġi li jkun hemm proċeduri paralleli.
( 64 ) Sentenza tas-6 ta’ Lulju 1983, Geist vs Il-Kummissjoni (117/81, Ġabra p. 2191, punt 7); sentenzi tat-18 ta’ Diċembru 1992, Díaz García vs Il-Parlament (T-43/90, Ġabra p. II-2619, punt 54), tal-20 ta’ Settembru 2000, Orthmann vs Il-Kummissjoni (T-261/97, ĠabraSP. p. I-A-181 u II-829, punti 33 u 35) kif ukoll tat-3 ta’ Diċembru 2003, Audi vs UASI (T-16/02, Ġabra p. II-5167, punti 97 u 98).
( 65 ) Ara iktar ’il fuq, punti 70 u 112 sa 115.
( 66 ) Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punti 115 sa 117.
( 67 ) Ara iktar ’il fuq, punti 163 u 169.
( 68 ) Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24.
( 69 ) Sentenza tas-16 ta’ Lulju 1992, (Belovo, C-187/91, Ġabra p. I-4937, punt 14) u tal-5 ta’ Ottubru 1988, Padovani u Mantovani (210/87, Ġabra p. 6177, punt 6).
( 70 ) Sentenzi tas-27 ta’ Ġunju 1991, Mecanarte, (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 19) u tal-14 ta’ Novembru 2002, Ilumitrónica (C-251/00, Ġabra p. I-10433, punt 39).
( 71 ) Ara s-sentenzi tal-1 ta’ April 1993, Hewlett Packard France (C-250/91, Ġabra p. I-1819, punt 12) u Faroe Seafood et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 84), kif ukoll tad-19 ta’ Ottubru 2000, Sommer (C-15/99, Ġabra p. I 8989, punt 35).
( 72 ) Sentenza Hewlett Packard France (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 71, punt 13), tal-14 ta’ Mejju 1996, Faroe Seafood et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 83), tas-26 ta’ Novembru 1998, Covita (C-370/96, Ġabra p. I-7711, punti 25 sa 28) u d-digriet tal-11 ta’ Ottubru 2001, William Hinton & Sons (C-30/00, Ġabra p. I-7511, punti 68, 69, 71 u 72).
( 73 ) F’dan is-sens ara wkoll S. Alexander, Zollkodex, op. cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 10), Art. 220, punti 18 u 65.
( 74 ) Ara s-sentenzi Mecanarte, (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 23) u Illumitrónica (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 70, point 42); digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 1999, CPL Imperial 2 u Unifrigo vs Il-Kummissjoni (C-299/98 P, Ġabra p. I-8683, punt 32).
( 75 ) Fil-fehma tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ żball m’huwiex limitat biss għas-sempliċi żbalji fil-kalkolu jew fit-traskrizzjoni, imma jinkludi kwalnukwe tip ta’ żball li jivvizzja d-deċiżjoni li tkun ittieħdet, partikolarment bħalma huwa l-każ tal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni żbaljata tar-regoli tad-dritt applikabbli (sentenza Mecanarte, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 20).
( 76 ) L-att premeditat ta’ terz mhux awtorizzat jikkonsisti f’dan ir-rigward fil-fatt li jiġi prodott dokument mhux awtentiku jew fit-tibdil ta’ dokument eżistenti diġà sabiex persuni oħra jiġu indotti fi żball fir-relazzjonijiet ġuridiċi fir-rigward tal-awtur tiegħu.
( 77 ) Sentenza Pascoal & Filhos (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punti 59 et seq). J. Sack, op. cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 7), Vol I, C. II, punt 79, p. 26) jenfasizza li fir-rigward tal-irkupru a posteriori, ma jiġu protetti ebda aspettattivi leġittimi fir-rigward tad-dokumenti li huma foloz jew iffalsifikati għaliex inkella ma jkun qatt possibbli li jsir l-irkupru a posteriori f’dawn il-każijiet u t-tentazzjoni li jintużaw dawn id-dokumenti tiżdied b’mod kunsiderevoli. Huwa jirreferi wkoll għall-Artikolu 904(ċ) tar-Regolament għall-implementazzjoni tal-KDK.
( 78 ) Digriet fil-kawża CPL Imperial 2 u Unifrigo vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 74, punti 37 et seq); sentenza tad-9 ta’ Ġunju 1998, Unifrigo u CPL Imperial 2 vs Il-Kummissjoni, (T-10/97 u T-11/97, Ġabra p. II-2231, punti 62 et seq).
( 79 ) Sentenza Van Gend & Loos (iċċtata fin-nota ta’qiegħ il paġna 11, punti 16 u 17). Skont M. Dolmen “Nacherhebung, Erstattung und Erlass von Abgaben nach dem neuen Zollkodex”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, ktieb 24/1993, p. 759, hija biss il-persuna taxxabbli li tgħaddi mir-riskju li dokument kummerċjali li jikkonċerna, pereżempju, l-oriġini tal-merkanzija, jirriżulta li huwa falz matul kontroll ulterjuri.
( 80 ) L-ammont tad-dejn doganali impost fuq l-appellanti jiddependi fuq l-importanza finanzjarja tal-merkanzija, b’mod partikolari l-ammont ta’ dazji u taxxi imposti fuq dik il-merkanzija. Il-fatt li l-ammont mitlub tad-dazji fuq l-importazzjoni jista’ jiżdied jaqa’ taħt il-kategorija tar-riskji professjonali li l-operatur ekonomiku ikun espost għalihom (ara f’dan is-sens, is-sentenza Faroe Seafood et, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 115). L-ammont tad-dejn li għalih tintalab maħfra, fih innifsu, m’huwiex element tali li jaffetwa l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-maħfra (Sentenza tat-13 ta’ Settembru 2005, Ricosmos BV vs Il-Kummissjoni, T-53/02, Ġabra p. II-3171, punt 161).