Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0570

    Kawża C-570/07 u C-571/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal- 1 ta' Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Asturias — Spanja) — José Manuel Blanco Pérez, María del Pilar Chao Gómez vs Consejería de Salud y Servicios Sanitarios (C-570/07), Principado de Asturias (C-571/07) (Artikolu 49 TFUE — Direttiva 2005/36/KE — Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Spiżeriji — Prossimità — Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni — Awtorizzazzjoni għall-użu — Tqassim territorjali tal-ispiżeriji — Limiti stabbiliti abbażi ta’ kriterju tad-densità demografika — Distanza minima bejn l-ispiżeriji — Kandidati li eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fuq parti mit-territorju nazzjonali — Prijorità — Diskriminazzjoni)

    ĠU C 209, 31.7.2010, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-1 ta' Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Asturias — Spanja) — José Manuel Blanco Pérez, María del Pilar Chao Gómez vs Consejería de Salud y Servicios Sanitarios (C-570/07), Principado de Asturias (C-571/07)

    (Kawża C-570/07 u C-571/07) (1)

    (Artikolu 49 TFUE - Direttiva 2005/36/KE - Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Prossimità - Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni għall-użu - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Limiti stabbiliti abbażi ta’ kriterju tad-densità demografika - Distanza minima bejn l-ispiżeriji - Kandidati li eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fuq parti mit-territorju nazzjonali - Prijorità - Diskriminazzjoni)

    2010/C 209/03

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de Asturias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: José Manuel Blanco Pérez, María del Pilar Chao Gómez

    Konvenuta: Consejería de Salud y Servicios Sanitarios (C-570/07), Principado de Asturias (C-571/07)

    fil-preżenza ta’: Federación Empresarial de Farmacéuticos Españoles (C-570/07), Plataforma para la Libre Apertura de Farmacias (C-570/07), Celso Fernández Gómez (C-571/07), Consejo General de Colegios Oficiales de Farmacéuticos de España, Plataforma para la Defensa del Modelo Mediterráneo de Farmacias, Muy Ilustre Colegio Oficial de Farmacéuticos de Valencia, Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) Suġġett

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Justicia de Asturias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni li tipprovdi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala regola ma jipprekludix, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ stabbiliment ta’ spiżeriji ġodda li tistabbilixxi li:

    f’kull żona farmaċewtika, għal kull porzjon ta’ 2 800 resident, tista’ tinħoloq biss spiżerija waħda;

    spiżerija addizzjonali tista’ tinfetaħ biss jekk jinqabeż dan il limitu, u għal kull frazzjoni superjuri għal 2 000 resident, u

    kull spiżerija għandha tirrispetta distanza minima meta mqabbla mal-ispiżeriji li jeżistu diġà, peress li din id-distanza bħala regola hija ta’ 250 metru.

    Għaldaqstant, l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali inkwantu r-regoli bażiċi ta’ 2 800 resident jew ta’ 250 metru jfixklu, f’kull żona ġeografika b’karatteristiċi demografiċi partikolari, il-ftuħ ta’ numru biżżejjed ta’ spiżeriji li jistgħu jiżguraw servizz farmaċewtiku adattat, li l-qorti nazzjonali għandha tivverifika.

    (2)

    L-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1) u (2) tad Direttiva tal-Kunsill 85/432/KEE, tas-16 ta’ Settembru 1985, li tikkonċerna l-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolamenti jew b’azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet fil-qasam tal-farmaċija u l-Artikolu 45(2)(e) u (g) tad Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi kriterji, bħal dawk stabbiliti fil-punti 6 u 7(ċ) tal-Anness tad-Digriet 72/2001, li jirregola l ispiżeriji u s-servizzi ta’ spiżerija fil-Prinċipat ta’ Asturias (Decreto 72/2001 regulador de las oficinas de farmacia y botiquines en el Principado de Asturias), tad-19 ta’ Lulju 2001, skont liema jintgħażlu l proprjetarji tal-ispiżeriji l-ġodda.


    (1)  ĠU C 79, 29.03.2008


    Top