Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0559

    Kawża C-559/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika soċjali — Artikolu 141 KE — Remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa — Sistema nazzjonali tal-pensjonijiet ċivili u militari — Trattament differenti fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ — Ġustifikazzjoni — Nuqqas)

    ĠU C 113, 16.5.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-559/07) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika soċjali - Artikolu 141 KE - Remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa - Sistema nazzjonali tal-pensjonijiet ċivili u militari - Trattament differenti fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ - Ġustifikazzjoni - Nuqqas)

    2009/C 113/16

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u M. van Beek, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: Spathopoulos, K. Boskovits, A. Samoni-Rantou, E.-M. Mamouna u S. Vodina, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 141 KE — Ksur tal-prinċipju ta’ remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa — Sistema nazzjonali ta’ pensjonijiet ċivili u militari li tipprovdi għal età ta’ rtirar li tvarja skont is-sess

    Dispożittiv

    1)

    Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal differenzi bejn il-ħaddiema rġiel u nisa fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ skont il-kodiċi Grieg tal-pensjonijiet ċivili u militari istitwit mid-digriet presidenzjali Nru 166/2000, tat-3 ta’ Lulju 2000, fil-verżjoni applikabbli għal dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twetta l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 141 KE.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


    Top