Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0539

    Kawża C-539/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal- 15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 26(3) — Numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza — Informazzjoni dwar li post fejn jinsab min jagħmel is-sejħa — Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu fil-każ ta' emerġenza — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 55, 7.3.2009, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-539/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 26(3) - Numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza - Informazzjoni dwar li post fejn jinsab min jagħmel is-sejħa - Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu fil-każ ta' emerġenza - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

    (2009/C 55/06)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti u A. Nijenhuis, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU L 108, p. 51).

    Dispożittiv

    1)

    Billi, fir-rigward tas-sejħiet kollha magħmula għan-numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza “112”, naqset milli tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu f'każ ta' emerġenza l-informazzjoni post fejn jinsab min jagħmel is-sejħa, sa fejn dan kien teknikament possibbli, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”)

    2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


    Top