This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0383
Case C-383/07: Judgment of the Court (Second Chamber) of 15 January 2009 (reference for a preliminary ruling from the Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — Germany) — M-K Europa GmbH & Co. KG v Stadt Regensburg (Reference for a preliminary ruling — Regulation (EC) No 258/97 — Article 1(1) to (3) — Novel foods and novel food ingredients)
Kawża C-383/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — M-K Europa GmbH & Co. KG vs Stadt Regensburg (Talba għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 258/97 — Artikolu 1(1) sa (3) — Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda)
Kawża C-383/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — M-K Europa GmbH & Co. KG vs Stadt Regensburg (Talba għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 258/97 — Artikolu 1(1) sa (3) — Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda)
ĠU C 55, 7.3.2009, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — M-K Europa GmbH & Co. KG vs Stadt Regensburg
(Kawża C-383/07) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 258/97 - Artikolu 1(1) sa (3) - Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda)
(2009/C 55/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M-K Europa GmbH & Co. KG
Konvenut: Stadt Regensburg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(d) u (e) u tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid [ġodda] (ĠU L 43, p. 1) — Karattru ġdid ta' ikel impoġġi fis-suq f'żona ġeografikament limitata tal-Komunità (San Marino) ftit taż-żmien qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament meta l-ikel huwa magħmul minn ingredjenti li l-konsum abitwali tagħhom mill-bniedem huwa kkontestat jew jista' jkun stabbilit biss minn pajjiż terz (il-Ġappun) — Obbligu li l-ikel jiġi sottopost għal testijiet
Dispożittiv
1) |
L-importazzjoni ta' prodott tal-ikel ġewwa San Marino, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid [ġodda], mhijiex fattur relevanti sabiex jiġi kkunsidrat jekk dan il-prodott jissodisfax il-kundizzzjoni dwar il-konsum mill-bniedem fi grad sinjifikanti ġewwa l-Komunità skont l-Artikolu 1(2) tal-imsemmi Regolament. |
2) |
Il-fatt li l-ingredjenti kollha ta' prodott tal-ikel, individwalment, jissodisfaw il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 258/97, jew mhumiex perikolużi, ma jistax ikun ikkunsidrat bħala biżżejjed sabiex dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodott tal-ikel inkwistjoni. Sabiex jiġi deċiż jekk dan għadux ikun ikkunsidrat bħala ikel ġdid fis-sens tar-Regolament Nru 258/97, l-Awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiddeċiedi kull każ individwali, billi tikkunsidra l-karatteristiċi kollha tal-prodott tal-ikel kif ukoll il-proċess tal-produzzjoni. |
3) |
Il-fatt li l-alki misjuba fil-prodott tal-ikel, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament Nru 258/97, jissodisfaw il-kundizzjoni dwar il-konsum mill-bniedem fi grad sinjifikanti fil-Komunità, skont l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-regolament, mhuwiex biżżejjed sabiex dan ma jkunx applikabbli għall-imsemmi prodott. |
4) |
L-esperjenza fir-rigward tas-sigurtà ta' prodott tal-ikel miksuba esklużivament barra mill-Ewropa mhijiex biżżejjed sabiex dan jiġi kkunsidrat li jaqa' taħt il-kategorija ta' prodotti tal-ikel “li għandhom storja ta' użu [sigur fl-]ikel” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament Nru 258/97. |
5) |
Mhuwiex l-obbligu tal-impriża li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 258/97. |