Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0381

    Kawża C-381/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS vs Ministère de l'Écologie, du Développement et de l'Aménagement durables (Tniġġiż tal-ambjent akwatiku — Direttiva 2006/11/KE — Artikolu 6 — Sustanzi perikolużi — Skariki — Awtorizzazzjoni minn qabel — L-istabbiliment ta' livelli ta' emissjoni — Sistema ta' dikjarazzjoni — Trobbija tal-ħut)

    ĠU C 327, 20.12.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 327/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS vs Ministère de l'Écologie, du Développement et de l'Aménagement durables

    (Kawża C-381/07) (1)

    (Tniġġiż tal-ambjent akwatiku - Direttiva 2006/11/KE - Artikolu 6 - Sustanzi perikolużi - Skariki - Awtorizzazzjoni minn qabel - L-istabbiliment ta' livelli ta' emissjoni - Sistema ta' dikjarazzjoni - Trobbija tal-ħut)

    (2008/C 327/07)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d'État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS

    Konvenut: Ministère de l'Écologie, du Développement et de l'Aménagement durables

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Frar 2006, dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (ĠU L 64, p. 52) — Bżonn ta' awtorizzazzjoni minn qabel, li tistabbilixxi l-livelli ta' emissjoni għal kull skariku, magħmul fl-ilmijiet, li jista' jkun fih xi sustanza perikoluża — Konformità tar-regoli nazzjonali li jissostitwixxu l-awtorizzazzjoni minn qabel b'sempliċi sistema ta' dikjarazzjoni fir-rigward tat-trobbija tal-ħut iżda madankollu, b'referenza għall-istandards ta' kwalità ambjentali applikabbli u bi dritt tal-awtorità amministrattiva kompetenti li topponi l-ftuħ tal-impjant jew li timponi limiti ta' skariku għall-installazzjoni kkonċernata.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Frar 2006, dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità, ma jistax jiġi interpretat bħala li jippermetti lill-Istati Membri, ladarba jiġu adottati, skont dan l-artikolu, programmi għat-tnaqqis tat-tniġġiż tal-ilmijiet li jinkludu standards ta' kwalità ambjentali, li jistabbilixxu, għal ċerti installazzjonijiet meqjusa li għandhom livell baxx ta' tniġġiż, sistema ta' dikjarazzjoni b'referenza għal dawn l-istandards, u dritt, għall-awtorità amministrattiva, li topponi l-ftuħ tal-impjant jew li timponi limiti ta' skariku għall-installazzjoni kkonċernata.


    (1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


    Top