EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0368

Kawża C-368/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal- 25 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/59/KE — Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija — Nuqqas ta' adozzjoni u ta' implementazzjoni tal-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament tal-iskart għall-portijiet kollha)

ĠU C 301, 22.11.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-25 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-368/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/59/KE - Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija - Nuqqas ta' adozzjoni u ta' implementazzjoni tal-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament tal-iskart għall-portijiet kollha)

(2008/C 301/18)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u E. Montaguti, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent, G. Fiengo u F. Arena, avukati)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81)

Dispożittiv

1)

Billi tonqos li telabora u tadotta, għal kull port Taljan, pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament tal-iskart, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi li għandha bis-saħħa tal-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007.


Top