This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0310
Case C-310/07: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 16 October 2008 (reference for a preliminary ruling from the Lunds tingsrätt — Sweden) — Svenska staten represented by the Tillsynsmyndigheten i konkurser v Anders Holmqvist (Approximation of laws — Protection of employees in the event of the insolvency of their employer — Directive 80/987/EEC — Article 8a — Activities carried out in a number of Member States)
Kawża C-310/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas- 16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Lunds tingsrätt — L-Iżvezja) — Svenska staten genom Tillsynsmyndigheten i Konkurser vs Anders Holmqvist (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta' insolvenza ta' min iħaddem — Direttiva 80/987/KEE — Artikolu 8 a — Ħidmiet imwettqa f'diversi Stati Membri)
Kawża C-310/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas- 16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Lunds tingsrätt — L-Iżvezja) — Svenska staten genom Tillsynsmyndigheten i Konkurser vs Anders Holmqvist (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta' insolvenza ta' min iħaddem — Direttiva 80/987/KEE — Artikolu 8 a — Ħidmiet imwettqa f'diversi Stati Membri)
ĠU C 313, 6.12.2008, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 313/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Lunds tingsrätt — L-Iżvezja) — Svenska staten genom Tillsynsmyndigheten i Konkurser vs Anders Holmqvist
(Kawża C-310/07) (1)
(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta' insolvenza ta' min iħaddem - Direttiva 80/987/KEE - Artikolu 8 a - Ħidmiet imwettqa f'diversi Stati Membri)
(2008/C 313/12)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Lunds tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Svenska staten genom Tillsynsmyndigheten i Konkurser
Konvenuta: Anders Holmqvist
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Lunds tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8a tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KE, tal-20 ta' Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 23), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 270, p. 10) — Garanzija tas-salarju għal ħaddiem impieġat f'impriża tat-trasport bl-art li għandha s-sede tagħha u li hija stabbilita unikament fi Stat Membru u li tagħmel kunsinni ta' merkanzija bejn l-Istat Membru ta' l-orġini u Stati Membri oħra.
Dispożittiv
L-Artikolu 8a tad–Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE tat-23 ta' Settembru 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex impriża stabbilita fi Stat Membru tkun tista' tiġi meqjusa bħala li twettaq attivitajiet fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, mhuwiex meħtieġ li din ikollha fergħa jew stabbiliment permanenti f'dan l-Istat l-ieħor. Madankollu din l-impriża għandu jkollha, f'dan l-aħħar Stat, preżenza ekonomika stabbli, kkaratterizzata mill-eżistenza ta' riżorsi umani li jippermettulha li twettaq ħidmiet f'dan l-Istat Membru l-ieħor. Fil-każ ta' impriża ta' trasport stabbilita fi Stat Membru, is-sempliċi ċirkustanza li ħaddiem impjegat minn din l-impriża fl-imsemmi Stat jwettaq kunsinni ta' merkanzija bejn dan l-aħħar Stat u Stat Membru ieħor ma tippermettix li jiġi konkluż li l-imsemmija impriża għandha preżenza ekonomika stabbli fi Stat Membru ieħor.