Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0291

    Kawża C-291/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — Żvezja) — Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetsrådet vs Skatteverket (VAT — Post ta' operazzjonijiet taxxabbli — Rabta fiskali — Fornitur ta' servizzi stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak li jirċievi s-servizzi — Kwalità ta' persuna taxxabbli — Servizzi pprovduti lil fondazzjoni nazzjonali li teżerċita attività ekonomika u attività li mhijiex ekonomika)

    ĠU C 327, 20.12.2008, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 327/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — Żvezja) — Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetsrådet vs Skatteverket

    (Kawża C-291/07) (1)

    (VAT - Post ta' operazzjonijiet taxxabbli - Rabta fiskali - Fornitur ta' servizzi stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak li jirċievi s-servizzi - Kwalità ta' persuna taxxabbli - Servizzi pprovduti lil fondazzjoni nazzjonali li teżerċita attività ekonomika u attività li mhijiex ekonomika)

    (2008/C 327/06)

    Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

    Qorti tar-rinviju

    Regeringsrätten

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetsrådet

    Konvenuta: Skatteverket

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Regeringsrätten — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(e) u l-Artikolu 21(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE, Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1), u tal-Artikolu 56(1)(ċ) u l-Artikolu 196 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Fondazzjoni nazzjonali, li fl-istess ħin twettaq attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet oħra, li tuża servizzi ta' konsulenza mingħand persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet tagħha li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva

    Dispożittiv

    l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, u l-Artikolu 56(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li dak li jirċievi servizzi ta' konsulent mingħand persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor, u li jeżerċita fl-istess waqt attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, għandu jitqies bħala persuna taxxabbli, anki jekk l-imsemmija provvista hija użata biss għall-bżonnijiet ta' dawn l-attivitajiet tal-aħħar.


    (1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


    Top