Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0082

    Kawża C-82/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Comisión del Mercado de las Telecomuniaciones vs Administración del Estado (Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u servizzi — Artikoli 3(2) u 10(1) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva qafas ) — Pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni — Awtorità regolatorja speċifika)

    ĠU C 107, 26.4.2008, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 107/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Comisión del Mercado de las Telecomuniaciones vs Administración del Estado

    (Kawża C-82/07) (1)

    (Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Artikoli 3(2) u 10(1) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva “qafas’) - Pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni - Awtorità regolatorja speċifika)

    (2008/C 107/10)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Comisión del Mercado de las Telecomuniaciones

    Konvenuta: Administración del Estado

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1), (2) u (4) u ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru [Qafas]”) (ĠU L 108, p. 33) — Assenjazzjoni tar-riżorsi nazzjonali ta' numerazzjoni u amministrazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni — Funzjonijiet regolatorji u operattivi mogħtija lil awtorità speċifika

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 3(2) u (4) u 10(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru [Qafas]”), moqrija flimkien mal-ħdax-il premessa ta' l-istess direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-funzjonijiet ta' assenjazzjoni tar-riżorsi nazzjonali ta' numerazzjoni u ta' amministrazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala funzjonijiet regolatorji. L-Istati Membri m'humiex obbligati jattribwixxu dawn il-funzjonijiet differenti lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali differenti.

    2)

    L-Artikoli 10(1) u 3(2), (4) u (6) tad-Direttiva 2002/21 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-funzjonijiet ta' assenjazzjoni tar-riżorsi nazzjonali ta' numerazzjoni kif ukoll dawk ta' amministrazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni jitqassmu bejn diversi awtoritajiet regolatorji indipendenti, bil-kundizzjoni li t-tqassim ta' l-inkarigi jiġi ppubblikat, ikun faċilment aċċessibbli u jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


    (1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


    Top