Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0032

    Kawża C-32/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/84/KE — Drittijiet ta' l-awtur — Dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta' l-awtur ta' xogħol oriġinali ta' l-arti)

    ĠU C 79, 29.3.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 79/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    (Kawża C-32/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/84/KE - Drittijiet ta' l-awtur - Dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta' l-awtur ta' xogħol oriġinali ta' l-arti)

    (2008/C 79/10)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Vidal Puig u W. Wils, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta' l-awtur ta' xogħol oriġinali ta' l-arti (ĠU L 272, p. 32)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottax, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta' l-awtur ta' xogħol oriġinali ta' l-arti, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond din id-direttiva.

    2)

    Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


    Top