Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0027

    Kawża C-27/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat- 3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d'État — Franza) — Banque Fédérative du Crédit Mutuel vs Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie (Taxxa fuq il-kumpanniji — Direttiva 90/435/KEE — Profitti taxxabbli tal-kumpannija parent — Nuqqas ta' deduċibbiltà ta' spejjeż u imposti li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ishma fil-kumpannija sussidjarja — Iffissar ta' l-ammont ta' l-imsemmija spejjeż għal rata waħda uniformi — Limitu ta' 5 % tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja — Inklużjoni tal-krediti tat-taxxa)

    ĠU C 128, 24.5.2008, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 128/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d'État — Franza) — Banque Fédérative du Crédit Mutuel vs Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie

    (Kawża C-27/07) (1)

    (Taxxa fuq il-kumpanniji - Direttiva 90/435/KEE - Profitti taxxabbli tal-kumpannija parent - Nuqqas ta' deduċibbiltà ta' spejjeż u imposti li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ishma fil-kumpannija sussidjarja - Iffissar ta' l-ammont ta' l-imsemmija spejjeż għal rata waħda uniformi - Limitu ta' 5 % tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja - Inklużjoni tal-krediti tat-taxxa)

    (2008/C 128/20)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d'État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Banque Fédérative du Crédit Mutuel

    Konvenut: Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 4, 5 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji parent u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 6) — Integrazzjoni mill-ġdid fil-profitti taxxabbli ta' kumpannija parent ta' proporzjon fiss ta' spejjeż u ta' imposti ta' 5 % tad-dħul mill-ishma tagħha f'kumpannija sussidjarja, inklużi krediti tat-taxxa — Kompatibbiltà ta' din l-integrazzjoni mill-ġdid mal-limitu previst fl-Arikolu 4 tad-direttiva — Ħtieġa ta' tpaċija integrali tal-kreditu tat-taxxa mat-taxxa dovuta mill-kumpannija parent

    Dispożittiv

    Il-kunċett ta' “profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja”, skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(2), tad-Direttiva tal-Kunsill KEE/90/435, tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tinkludi, f'dawn l-imsemmija profitti, il-krediti tat-taxxa li kienu ġew mogħtija bil-għan li tiġi kkumpensata taxxa f'ras il-għajn imposta mill-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja fir-rigward tal-kumpannija parent


    (1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


    Top