EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0002

Kawża C-2/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps  et , Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto vs Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd (Direttiva 85/337/KEE — Stima ta' l-effetti ta' proġett fuq l-ambjent — Ajruport b' runway b'tul ta' aktar minn 2100  metru)

ĠU C 107, 26.4.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et, Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto vs Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd

(Kawża C-2/07) (1)

(Direttiva 85/337/KEE - Stima ta' l-effetti ta' proġett fuq l-ambjent - Ajruport b' runway b'tul ta' aktar minn 2 100 metru)

(2008/C 107/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et, Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto

Konvenuti: Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 1, 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Kunċett ta' “proġett li jista' jkollu effetti sinjifikanti fuq l-ambjent” — Ajruport b'runway b'tul ta' aktar minn 2 100 metru — Xogħlijiet ta' infrastrutturi u ta' ristrutturazzjoni ta' ajruport eżistenti mingħajr ma tiġi mtawla r-runway — Bżonn ta' studju ta' l-effetti

Dispożittiv

1)

Jekk ftehim bħal dak in kwistjoni fil-kawża prinċipali mhuwiex proġett fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, jekk tali ftehim jikkostitwixxix kunsens għal żvilupp skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/337. F'dan il-kuntest hemm lok li jiġi eżaminat jekk dan il-kunsens huwiex parti minn proċedura f'diversi stadji li tinkludi deċiżjoni prinċipali kif ukoll deċiżjonijiet ta' eżekuzzjoni u jekk hemmx lok li jiġi kkunsidrat l-effett kumulattiv ta' diversi proġetti li l-effetti tagħhom fuq l-ambjent għandhom ikunu evalwati globalment.

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 12 ta' l-Anness II moqrija flimkien ma' dawk tal-punt 7 ta' l-Anness I tad-Direttiva 85/337, fil-verżjoni oriġinali tagħhom, jinkludu wkoll ix-xogħolijiet ta' modifika mwettqa lill-infrastruttura ta' ajruport eżistenti mingħajr ma tiġi mwtawla r-runway sakemm dawn jistgħu jiġu meqjusa, b'mod partikolari min-natura, l-importanza u l-karatteristiċi tagħhom, bħala modifka ta' l-ajruport stess. L-istess japplika għaldaqstant, b'mod partikolari, għax-xogħolijiet intiżi sabiex tiżdied b'mod sinjifikattiv l-attività ta' l-ajruport u tat-traffiku ta' l-ajru. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tassigura ruħha li l-awtoritajiet kompetenti evalwaw korrettament jekk ix-xogħlijiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali għandhomx ikunu suġġetti għal stima ta' l-effett tagħhom fuq l-ambjent.

3)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iż-żieda pproġettata fl-attività ta' ajruport meta huma jeżaminaw l-effett fuq l-ambjent tal-modifiki mwettqa għall-infrastrutturi tiegħu bil-għan li jkun jista' jlaħħaq ma' din iż-żieda fl-attività.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


Top