Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0296

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-23 ta' Settembru 2009.
Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Dumping - Importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali - Artikolu 2(7)(a) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.
Kawża T-296/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:347





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 – Dongguan Nanzha Leco Stationery vs Il-Kunsill

(Kawża T-296/06)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw mir‑Repubblika Popolari taċ-Ċina – Determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping – Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni – Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali – Artikolu 2(7)(a) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96”

1.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal‑esportazzjoni - Aġġustamenti (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(10)) (ara l-punti 42-45, 51)

2.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Determinazzjoni tal-valur normali - Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq fis-sens tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96 - Applikazzjoni tar-regoli għall-pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq - Applikazzjoni rriżervata għall-produtturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96 (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(1) sa (6) u (7)(b) u (c), u Nru 1136/06) (ara l-punti 47-50)

3.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Determinazzjoni tal-valur normali - Użu tal-valur maħdum - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Limiti (Regolament tal‑Kunsill Nru 384/96, Artikoli 2(3), 6(8) u 16) (ara l-punti 58-63)

4.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping -Valur normali tal-prodotti - Kalkolu - Differenza bejn il-konklużjonijiet provviżorji u finali fir-rigward tal-għażla tal-metodu ta’ kalkolu - Ammissibbiltà - Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 2(7)(a) u 9(4)) (ara l-punti 71-75)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1136/2006, tal‑24 ta’ Lulju 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 352M, p. 451), sa fejn japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co. għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Europea, ta’ IML Industria Meccanica Lombarda Srl, ta’ Interkov spol. s r.o., ta’ MI.ME.CA. Srl u ta’ NIKO – kovinarsko podjetje, d.d., Železniki.

3)     Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top