Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0265

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla)tat-12 ta' Frar 2009.
Sara Lee/DE NV vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PIAZZA del SOLE - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PIAZZA u PIAZZA D’ORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali.
Kawża T-265/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:35





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2009 – Lee/DE vs UASI – Cooperativa italiana di ristorazione (PIAZZA del SOLE)

(Kawża T-265/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PIAZZA del SOLE – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PIAZZA u PIAZZA D’ORO – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Lulju 2006 (Każ R 235/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sara Lee/DE NV u Cooperativa italiana di ristorazione Soc. Coop. rl.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Cooperativa italiana di ristorazione Soc. coop. rl

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali PIAZZA del SOLE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 21, 25, 29, 30, 35, 36 u 42 – Applikazzjoni Nru 1518901

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Sara Lee/DE NV

Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali PIAZZA u PIAZZA D’ORO għal prodotti fil-klassijiet 21, 29, 30 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


 

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sara Lee/DE NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top