Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0242

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007.
    Miguel Cabrera Sánchez vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva el charcutero artesano - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti El Charcutero - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
    Kawża T-242/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:391





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2007 –

    Cabrera Sánchez vs UASI – Industrias Cárnicas Valle (el charcutero artesano)

    (Kawża T-242/06)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva el charcutero artesano – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti El Charcutero – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 84-86, 90, 92)

    Suġġett

    Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal-15 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 790/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA.

    Data relatata mal-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Industrias Cárnicas Valle, SA

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva bil-kulur el charcutero artesano għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni Nru 2823193

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Miguel Cabrera Sánchez

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Trade mark nazzjonali figurattiva El Charcutero għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni Nru 2047511

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni miċħuda u t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni rreġistrata

    Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell

    Appell miċħud


    1)

    Dispożittiv

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    3)

    Miguel Cabrera Sánchez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

    Top