EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0183

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-30 ta' Settembru 2009.
ir-Repubblika Portugiża vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Tessuti tal-għażel - Effettività tal-kontrolli.
Kawża T-183/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:370





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/06)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Tessuti tal-għażel – Effettività tal-kontrolli”

1.                     Agrikoltura - FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums (Regolament tal‑Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 31, 32)

2.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)) (ara l-punti 33-35)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta’ April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 124, p. 21).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta’ April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata sa fejn hija teskludi l-infiq kollu magħmul mir-Repubblika Portugiża fis-settur tal-għażeb.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-iżpejjeż.

Top