Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0164

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) ta* 12 ta' Settembru 2007.
    ColArt/Americas, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BASICS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Trade mark deskrittiva - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Karattru distintiv miksub permezz ta’ l-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94.
    Kawża T-164/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:274





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – ColArt/Americas vs UASI (BASICS)

    (Kawża T-164/06)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BASICS – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Trade mark deskrittiva – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Karattru distintiv miksub permezz ta’ l-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”

    1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1) (ċ)) (ara l-punti 24-25)

    2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz ta’ l-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 45-47, 53)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-7 ta’ April 2006 (Każ R 788/2005-4) li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BASICS bħala trade mark Komunitarja.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    ColArt/Americas, Inc.

    Trade mark ikkonċernata:

    Trade mark verbali BASICS għal prodotti fil-klassi 2 – Applikazzjoni Nru 2433613

    Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:

    Reġistrazzjoni rrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    ColArt/Americas hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top