EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0100

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta' Novembru 2008.
Deepak Rajani vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ATOZ - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti ARTOZ - Nuqqas tal-obbligu li tingħata l-prova ta’ użu ġenwin - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ ħames snin - Data tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikoli 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94 u Artikolu 6 tal-KEDB.
Kawża T-100/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:527





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – Rajani vs UASI – Artoz-Papier (ATOZ)

(Kawża T-100/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ATOZ – Trade mark verbali internazzjonali preċedenti ARTOZ – Nuqqas tal-obbligu li tingħata l-prova ta’ użu ġenwin – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ ħames snin – Data tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikoli 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94 u Artikolu 6 tal-KEDB”

1.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 35, 43-45, 49)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 65, 66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Jannar 2006 (Każ R 1126/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Artoz-Papier AG u Deepak Rajani.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Deepak Rajani

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali ATOZ għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41 – Applikazzjoni Nru 1319961

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Artoz-Papier AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali internazzjonali ARTOZ għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deepak Rajani huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top