Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0047

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) ta' l-10 ta' Mejju 2007.
    Antartica Srl vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva nasdaq - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NASDAQ- Raġuni relattiva għar-rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament KE 40/94.
    Kawża T-47/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:131





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 – Antartica vs UASI – Nasdaq Stock Market (nasdaq)

    (Kawża T-47/06)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva nasdaq – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NASDAQ – Raġuni relattiva għal rifjut – Reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja –Raġuni relattiva għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah u li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 61)

    Suġġett

    Rikors għall-annullament tad-deċizjoni tat-Tieni Bord ta’ Appell ta’ l-UASI tas-7 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 752/2004-2), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn The Nasdaq Stock Market, Inc. u Antartica Srl.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    L-applikant tat-trade mark Komunitarja:

    Antartica Srl

    It-trade mark Komunitarja  kkonċernata:

    It-trade mark figurattiva nasdaq għall-prodotti fil-klassijiet 9, 12, 14, 25 u 28

    Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    The Nasdaq Stock Market, Inc.

    It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    It-trade mark Komunitarja verbali NASDAQ għall-prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38 u 42, bħat-trade mark preċedenti NASDAQ, magħrufa sew fl-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea

    Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

    Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni

    Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

    Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni u ċaħda ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni


    Dispożittiv

     

    Ir-rikors huwa miċħud.

     

    Antartica Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top