EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0008

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Ottubru 2009.
FAB Fernsehen aus Berlin GmbH vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali terrestri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lix-xandara li jużaw in-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri (DVB T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv ta’ obbligi tas-servizz pubbliku - Għajnuna intiża għall-promozzjoni tal-kultura - Aspettattivi leġittimi.
Kawża T-8/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:386





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 – FAB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-8/06)

“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali terrestri – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lix-xandara li jużaw in-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri (DVB T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg – Deċiżjoni li tiddikjara l‑għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Rikors għal annullament – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Riżorsi tal-Istat – Kumpens li jirrappreżenta l‑korrispettiv ta’ obbligi tas-servizz pubbliku – Għajnuna intiża għall-promozzjoni tal‑kultura – Aspettattivi leġittimi”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mogħtija lix-xandara tar-radju privati sabiex tiffavorixxi l-bidla lejn in-netwerk diġitali terrestri tat-televiżjoni, mingħajr proċedura miftuħa ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku u lanqas sejħa għal offerti – Inklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 48-58)

2.                     Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli biex joperaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali – Definizzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (Artikolu 86(2) KE) (ara l-punti 63, 64)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju (Artikolu 87(3) KE) (ara l-punti 77, 78)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Aspettattivi leġittimi eventwali tal-benefiċjarju (Artikolu 88 KE) (ara l-punti 92, 93)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE, tad-9 ta’ Novembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg (ĠU 2006, L 200, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FAB Fernsehen aus Berlin GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top