Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0336

    Kawża T-336/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 10 ta' April 2008 — 2K-Teint et vs Il-Kummissjoni u Il-BEI ( Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratt ta' finanzjament konkluż mal-Marokk — Allegati nuqqasijiet u negliġenzi tal-BEI fil-monitoraġġ ta' self iffinanzjant mill-baġit Komunitarju — Preskrizzjoni — Inammissibbiltà )

    ĠU C 142, 7.6.2008, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 142/25


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 — 2K-Teint et vs Il-Kummissjoni u Il-BEI

    (Kawża T-336/06) (1)

    (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratt ta' finanzjament konkluż mal-Marokk - Allegati nuqqasijiet u negliġenzi tal-BEI fil-monitoraġġ ta' self iffinanzjant mill-baġit Komunitarju - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà’)

    (2008/C 142/46)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: 2K-Teint SARL (Casablanca, Il-Marokk); Mohammed Kermoudi, Khalid Kermoudi, Laila Kermoudi, Mounia Kermoudi, Salma Kermoudi u Rabia Kermoudi (Casablanca) (rappreżentant: P. Thomas, avocat)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u V. Joris, aġenti); u Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u J.-P. Minnaert, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqasijiet u negliġenzi li l-BEI wettaq fil-monitoraġġ ta' l-allokazzjoni tal-fondi intiżi għat-twettiq tal-proġett ta' 2K-Teint, f' eżekuzzjoni tal-kuntratt ta' finanzjament konkluż bejn il-BEI, bħala mandatarju tal-Komunità, u r-Renju tal-Marokk.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    2K-Teint SARL, MohammedKermoudi, Khalid Kermoudi, Laila Kermoudi, Mounia Kermoudi, Salma Kermoudi u Rabia Kermoudi għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż tal-Kummissjoni u tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI).


    (1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


    Top