Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0295

    Kawża T-295/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 22 ta' Frar 2008 — Base vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Telekomunikazzjonijiet — Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE — Suq bl-ingrossa tat-terminazzjoni ta' sejħa telefonika bil-vuċi fuq in-netwerks mobbli individwali fil-Belġju — Saħħa sinjifikattiva fis-suq — Ittra ta' kummenti tal-Kummissjoni — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà )

    ĠU C 107, 26.4.2008, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 107/26


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Frar 2008 — Base vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-295/06) (1)

    (“Rikors għal annullament - Telekomunikazzjonijiet - Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE - Suq bl-ingrossa tat-terminazzjoni ta' sejħa telefonika bil-vuċi fuq in-netwerks mobbli individwali fil-Belġju - Saħħa sinjifikattiva fis-suq - Ittra ta' kummenti tal-Kummissjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)

    (2008/C 107/44)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Base NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Verheyden, Y. Desmedt u F. Bimont, avocats)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, M. Shotter u K. Mojzesowicz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Awwissu 2006, indirizzata lill-Institut belge des services postaux et des télécommunications u li fiha jinsabu kummenti, magħmula skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru”) (ĠU L 108, p. 33), dwar abbozz ta' deċiżjoni notifikat mill-imsemmi istitut (Każ BE/2006/0433).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Base NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

    3)

    Mobistar SA u r-Renju ta' l-Olanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


    Top