Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0236

    Kawża T-236/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 3 ta' April 2008 — Landtag Schleswig-Holstein vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Aċċess għad-dokumenti — Parlament reġjonali — Nuqqas ta' locus standi — Inammissibbiltà )

    ĠU C 142, 7.6.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 142/25


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' April 2008 — Landtag Schleswig-Holstein vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-236/06) (1)

    (“Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Parlament reġjonali - Nuqqas ta' locus standi - Inammissibbiltà’)

    (2008/C 142/45)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Landtag Schleswig-Holstein (il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Laskowski u J. Caspar)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u C. Ladenburger, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Marzu u tat-23 ta' Ġunju 2006, li jiċħdu lir-rikorrent l-aċċess għad-dokument SEC(2005) 420, tat-22 ta' Marzu 2005, li jinkludi evalwazzjoni ġuridika ta' l-abbozz ta' deċiżjoni qafas, diskuss fil-Kunsill, dwar iż-żamma tad-data pproċessata u maħżuna fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi aċċessibbli għall-pubbliku jew data trażmessa permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi, għall-finijiet tal-prevenzjoni, ta' l-investigazzjoni, tas-sejbien, tal-prosekuzzjoni ta' delitti u ta' ksur kriminali, inkluż it-terroriżmu.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Mhemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent.

    3)

    Il-Landtag Schleswig-Holstein għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni, minbarra dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.

    4)

    Il-Landtag Schleswig-Holstein, il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.


    (1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


    Top