EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0386

Kawża T-386/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2011 — Pegler vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Effett dissważiv” )

ĠU C 145, 14.5.2011, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Pegler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Effett dissważiv)

2011/C 145/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pegler Ltd (Doncaster, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Thompson, QC, u A. Collinson, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella u K. Daly, solicitors)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), huwa annullat inkwantu jikkonstata illi Pegler Ltd ipparteċipat fil-ksur matul il-perijodu mill-31 ta’ Diċembru 1988 sad-29 ta’ Ottubru 1993.

(2)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Pegler fl-Artikolu 2(h) tad-Deċiżjoni C(2006) 4180 huwa ta’ EUR 3,4 miljun.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


Top