Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0381

    Kawża T-381/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2011 — FRA.BO vs Il-Kummisjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Ċirkustanzi attenwanti — Immunità mill-multi — Aspettatitvi leġittimi — Trattament ugwali” )

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — FRA.BO vs Il-Kummisjoni

    (Kawża T-381/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Ċirkustanzi attenwanti - Immunità mill-multi - Aspettatitvi leġittimi - Trattament ugwali)

    2011/C 145/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: FRA.BO SpA (Bordolano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment R. Celli, solicitor, u F. Distefano, avukat, sussegwentement F. Distefano)

    Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella, solicitor, u K. Nordlander, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    FRA.BO SpA hija kkundananta għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


    Top