Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0379

    Kawża T-379/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2011 — Kaimer et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Drittijiet tad-difiża — Parteċipazzjoni fil-ksur — Tul tal-ksur — Multi — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzjonalità — Trattament ugwali” )

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Kaimer et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-379/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Drittijiet tad-difiża - Parteċipazzjoni fil-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Trattament ugwali)

    2011/C 145/30

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kaimer GmbH Co. Holding KG (Essen, il-Ġermanja); Sanha Kaimer GmbH Co. KG (Essen); u Sanha Italia Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: J. Brück, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 –Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-perijodu mit-30 ta’ Lulju 1996 sal-31 ta’ Lulju 1997 bħala l-parteċipazzjoni ta’ Kaimer GmbH Co. KG Holding u ta’ Sanha Kaimer GmbH Co. KG u l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sal 14 ta’ Lulju 1999 bħala l-parteċipazzjoni ta’ Sanha Italia Srl.

    (2)

    L-ammont tal-multa imposta fuq Kaimer huwa stabbilit għal EUR 7,15 miljun, li minnhom in solidum ma’ Sanha Kaimer għal ammont ta’ EUR 7,15 miljun u ma’ Sanha Italia għal anmmont ta’ EUR 6 325 miljun.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huma miċħud.


    (1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


    Top