EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0341

Kawża T-341/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Marzu 2008 — Compagnie générale de diététique vs L-UASI (GARUM) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GARUM — Raġuni assoluta għal rifjut — Pubbliku rilevanti — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

ĠU C 107, 26.4.2008, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Compagnie générale de diététique vs L-UASI (GARUM)

(Kawża T-341/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GARUM - Raġuni assoluta għal rifjut - Pubbliku rilevanti - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 107/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie générale de diététique SAS (Caen, Franza) (rappreżentanti: J.-J. Evrard u T. de Haan, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-7 ta' Settembru 2006 (Każ R 1401/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “GARUM” bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta' Settembru 2006 (Każ R 1401/2005-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Compagnie générale de diététique SAS.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top