EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0196

Kawża T-196/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ġunju 2011 — Edison vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

ĠU C 226, 30.7.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Edison vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 226/43

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Edison SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, R. Casati, M. Beretta, P. Merlino u E. Bruti Liberati, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment minn V. Di Bucci u F. Amato, sussegwentement minn V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Prinċiparjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa,

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lil Edison SpA.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 02.09.2006.


Top