Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0162

    Kawża T-162/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 14 ta' Jannar 2008 — Kronoply vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Motivazzjoni — Effett ta' inċentiv tal-għajnuna — Neċessità tal-għajnuna )

    ĠU C 55, 7.3.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2008 — Kronoply vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-162/06) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Motivazzjoni - Effett ta' inċentiv tal-għajnuna - Neċessità tal-għajnuna’)

    (2009/C 55/38)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kronoply GmbH & Co. KG (Heiligengrabe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn K. Gross u T. Scharf, sussegwentement minn V. Kreuschitz, K. Gross u T. Scharf, aġenti)

    Suġġett

    L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 2006/262/KE, tal-21 ta' Settembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat C 5/2004 (ex N 609/2003) li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lil Kronoply (ĠU 2006, L 94, p. 50).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kronoply GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


    Top