Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0054

    Kawża T-54/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2011 — Kendrion vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Entità ekonomika — Responsabbiltà in solidum — Proporzionalità — Trattament ugwali — Multi — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Kapaċità reali ta’ kontribuzzjoni” )

    ĠU C 6, 7.1.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/9


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Kendrion vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-54/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Entità ekonomika - Responsabbiltà in solidum - Proporzionalità - Trattament ugwali - Multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kapaċità reali ta’ kontribuzzjoni)

    2012/C 6/11

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kendrion NV (Zeist, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment P. Glazener u C. Meijer, sussegwentement P. Glazener u L. Haasbeek, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Nijenhuis u S. Noë, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, li tikkonċerna akkordju fis-suq ta’ boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll talba għal annullament jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Kendrion NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


    Top